Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Dwar it-TED
X'inhu TED?
It-TED (Tenders Electronic Daily) huwa l-verżjoni onlajn tas-'Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea', iddedikat għall-akkwist pubbliku Ewropew.
Kif nista' nibbenefika mit-TED?
It-TED jipprovdi aċċess liberu għal opportunitajiet ta' negozju mill-Unjoni Ewropea, iż-Żona Ekonomika Ewropea u lil hinn minnhom.
Kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fuq TED jiġu ppubblikati aktar minn 3,000 avviż tal-akkwist pubbliku.
Tista' tibbrawżja, tfittex u tissortja l-avviżi ta' akkwist pubbliku skont il-pajjiż, ir-reġjun, is-settur tan-negozju u aktar.
L-informazzjoni dwar kull dokument tal-akkwist hi ppubblikata bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
Għaliex għandi nirreġistra fuq it-TED?
- biex tippersonalizza l-profili tat-tfittxija, skont il-ħtiġijiet tiegħek;
- biex tirċievi twissijiet bl-email ibbażati fuq il-profili tat-tfittxija tiegħek;
- biex tippersonalizza l-RSS feeds għas-siti web u l-RSS readers tiegħek;
- għal aċċess għall-għodda tat-traduzzjoni awtomatika għall-avviżi kollha.