Esplora tagħna "TED Open Data Service"
Kif inhu spjegat fil-paġna tagħna li ġiet aġġornata dan l-aħħar tar-Rokna tal-iżviluppaturi għall-utenti mill-ġdid, id-data tat-TED hija disponibbli għall-użu mill-ġdid f’formati multipli. L-aħħar żieda hija d-Data Miftuħa Llinkjata (jew LOD, jiġiefieri Linked Open Data), li tista’ ssir taf aktar dwarha billi tuża is-Servizz tad-Data Miftuħa tat-TED tagħna.
L-LOD hija metodu li bih tiġi ppubblikata data strutturata li tenfasizza l-interoperabbiltà tad-data, u l-konsistenza semantika. Bħala teknoloġija, hija msejsa fuq il-Qafas tad-Deskrizzjoni tar-Riżorsi (RDF), li huwa mudell standard għall-interkambju tad-data fuq il-web.
Id-Data Miftuħa Llinkjata, li hija komuniment msejħa “Data RDF”, tista’ tiġi interrogata bil-lingwa tal-interrogazzjoni SPARQL, u hija mfassla biex tiġi llinkjata faċilment ma’ sorsi tad-data oħrajn fuq il-web.
Is-Servizz tad-Data Miftuħa tat-TED jippermettilek torganizza l-informazzjoni fl-avviżi tat-TED bi graff tal-għarfien u tippubblikaha għall-analiżi u l-użu mill-ġdid, permezz ta’ punt tat-tmiem SPARQL.
Jekk għandek xi domanda jew kumment x’taqsam magħna, nistednuk tikkuntattja lit-tim direttament permezz tal-GitHub: https://github.com/OP-TED/ted-rdf-docs/issues/new/choose
