Fittex u Bbrawżja

Fittex l-avviżi

Tista’ tagħżel bejn 3 tipi ta’ tfittxijiet biex tfittex l-avviżi:

  • Tfittxija rapida
  • Tfittxija avvanzata
  • Tfittxija esperta.

L-ambitu tat-tfittxija

Hemm firxa ta’ 3 tfittxijiet possibbli, skont l-ambitu li trid: 

  • L-aħħar ħarġa tal-ĠU S — avviżi ppubblikati fil-ħarġa attwali tal-ĠU S.
  • Avviżi attivi — tirrestrinġi t-tfittxija għall-aktar avviżi reċenti. Dan normalment ifisser għall-avviżi ta’ ‘Ippjanar’, dawk mibgħuta għall-pubblikazzjoni matul l-aħħar 364 jum; għal avviżi ta’ ‘Kompetizzjoni’, se jiġu mfittxija avviżi li l-iskadenza tagħhom ma tkunx għaddiet; u għal avviżi ta’ ‘Riżultat’, il-firxa tirrigwarda avviżi mibgħuta għall-pubblikazzjoni fl-aħħar 99 jum..
  • L-avviżi kollha — tfittex l-avviżi kollha matul l-aħħar 10 snin (data disponibbli mill-1/1/2014)

L-għażla “tinkludi biss l-aħħar ver’jonijiet” tiffiltra verżjonijiet antiki ta’ avviż u tintwera biss l-aħħar verżjoni tal-avviż fir-riżultati tat-tiftix. Dan ifisser li jekk jiġu ppubblikati avviżi ta’ tibdil, jintwera l-aħħar avviż ta’ bidla. Il-verżjonijiet il-qodma tal-avviż bin-numri tal-pubblikazzjoni tagħhom stess għadhom fuq it-TED iżda mhux se jintwerew fir-riżultati tat-tiftix jekk din l-għażla tiġi mmarkata.

Ibbrawżja skont is-suġġett

Fi kwalunkwe ħin, waqt li qed tfittex fis-sit web tat-TED, permezz tat-taqsima “Tfittxija” tista’ tfittex għal avviżi billi tagħżel li tibbrawżja skont suġġett speċifiku:

  • L-opportunità ta’ negozju
  • Is-settur tan-negozju (CPV)
  • Il-post tat-twettiq

Awtomatikament, “L-avviżi attivi” jidhru, imma tista’ tagħżel li tillimita n-numru ta’ avviżi li jidhru billi tagħżel L-aħħar ħarġa tal-ĠU S fl-intestatura “Ambitu tat-tfittxija”.

Ibbrawżja skont l-opportunità tan-negozju

Din l-għażla turi l-avviżi ppubblikati skont il-gruppi jew skont it-tipi speċifiċi tal-opportunitajiet tan-negozju. Tista’ tagħżel li tara avviżi speċifiċi billi tagħżel grupp ta’ opportunitajiet tan-negozju jew tip speċifiku.

Barra minn hekk, tista’ tuża l-“Kaxxa tal-filtru” biex tfittex tip speċifiku ta’ opportunità tan-negozju. Ir-riżultati li jissodisfaw il-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jkunu ssottolinjati bl-isfar.

Ibbrawżja skont is-settur tan-negozju (CPV)

Din l-għażla turi l-avviżi ppubblikati maqsumin skont is-settur tan-negozju. Dawn is-setturi tan-negozju huma kkategorizzati f’forma ta’ siġra, abbażi tal-“Vokabularju komuni tal-akkwist” (CPV).

Espandi s-siġra biex tfittex avviżi speċifiċi.

Barra minn hekk, tista’ tuża l-“Kaxxa tal-filtru” biex tfittex settur tan-negozju jew kodiċi tas-CPV. Ir-riżultati li jissodisfaw il-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jkunu ssottolinjati bl-isfar.

Ibbrawżja skont il-post tat-twettiq

Din l-għażla turi avviżi ppubblikati skont il-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Tista’ tuża l-mappa fit-taqsima tax-xellug biex tibbrawżja bl-użu tan-nomenklatura NUTS (nomenklatura ta' unitajiet territorjali għall-istatistika), jew skont il-pajjiż. Id-dehra awtomatika għall-mappa hija l-pajjiżi, imma billi tuża l-menù fuq ix-xellug, tkun tista’:

  • Tkabbar / Iċċekken
  • Tara l-mappa fuq livell ieħor tan-NUTS (NUTS 1, NUTS 2, NUTS 3)
  • Tara fuq skrin sħiħ / Toħroġ mill-iskrin sħiħ

Il-kuluri differenti jidentifikaw in-numru ta’ avviżi fil-post speċifiku tat-twettiq.

Id-didaskalija tinsab isfel fuq in-naħa tax-xellug tal-mappa.

Minflok tuża l-mappa, tista’ tfittex billi tuża t-taqsima tax-xellug, li fiha tista’ tfittex billi:

  • Tespandi post speċifiku tat-twettiq
  • Tittajpja fil-Kaxxa tal-filtru biex tfittex post speċifiku tat-twettiq. Ir-riżultati li jissodisfaw il-kriterji tat-tfittxija tiegħek se jkunu ssottolinjati bl-isfar.

Kull darba li tagħżel il-buttuna tal-espansjoni għal post speċifiku tat-twettiq, il-mappa tirrispondi għall-għażla tiegħek. Billi tikklikkja fuq post speċifiku tat-twettiq se tiġi ridirett għall-paġna tar-riżultati tat-tfittxija, li fiha l-avviżi għal dak il-post tat-twettiq.