Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Kont tat-TED
Oħloq kont tat-TED
Biex toħloq kont tat-TED:
- Ikklikkja fuq Idħol / Irreġistra fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna ewlenija.
- Se tiġi dirett mill-ġdid fl-EU Login, fejn tista’ toħloq kont ġdid. Jekk diġà għandek kont, tista’ tuża l-istess kredenzjali biex taċċessa s-servizz.
- Biex tikkonferma r-reġistrazzjoni, ikklikkja l-link tal-attivazzjoni mibgħut bl-email. Se tiġi dirett mill-ġdid fil-formola tar-reġistrazzjoni tat-TED biex tikkonferma ċerta informazzjoni.
- Agħżel il-pajjiż tiegħek u ċċekkja r-regoli tal-privatezza tat-TED.
- Ikklikkja Ikkonferma.
Idħol
Biex tidħol, fir-rokna leminija ta’ fuq tal-paġna ewlenija ikklikkja fuq Idħol / Irreġistra u daħal il-kredenzjali tiegħek.
Oħroġ
Biex toħroġ mis-sit web tat-TED:
- Fir-rokna leminija ta’ fuq tal-paġna ewlenija, ikklikkja fuq l-isem tiegħek muri.
- Agħżel Oħroġ.
Ħriġt b’suċċess mis-sit web tat-TED, iżda għadek irreġistrat fl-EU Login. Segwi l-passi pprovduti fil-messaġġ pop-up biex toħroġ mill-EU Login.
Immodifika d-dettalji tal-kont tat-TED
Biex timmodifika d-dettalji tal-kont tiegħek, trid tkun utent reġistrat:
- Fir-rokna leminija ta’ fuq tal-paġna ewlenija, ikklikkja fuq l-isem tiegħek muri.
- Agħżel Preferenzi.
- Daħħal il-bidliet tiegħek, imbagħad ikklikkja Aġġorna.
Ħassar il-kont tat-TED tiegħek
Biex tħassar il-kont tat-TED tiegħek, trid tkun irreġistrat:
- Fir-rokna leminija ta’ fuq tal-paġna ewlenija, ikklikkja fuq l-isem tiegħek muri.
- Agħżel Preferenzi.
- Fit-taqsima “Kont tal-utent’ ikklikkja Ħassar.
- Ikklikkja fuq Ikkonferma.
Id-data personali kollha tiegħek se titħassar.
Il-kont tiegħek se jitħassar awtomatikament jekk jibqa’ inattiv għal aktar minn 120 jum. Se tintbagħat email awtomatika fl-indirizz tal-email tiegħek qabel jitħassar (90 jum, 60 jum u 30 jum qabel jitħassar).
Utenti reġistrati
Biex taċċessa l-kontenut kollu tas-sit web tat-TED trid tkun utent reġistrat. Għal dan huwa meħtieġ kont tal-EU Login.
- Jekk diġà utent irreġistrat tal-EU Login, tista’ tidħol billi ddaħħal il-kredenzjali tiegħek.
- Inkella, tista’ tirreġistra billi toħloq kont ġdid tal-EU Login (https://ecas.ec.europa.eu/cas)
Li tkun utent irreġistrat, jippermettilek li:
- timmaniġġja l-preferenzi tal-kont tiegħek
- tissejvja l-avviżi fil-kont tiegħek
- tissejvja l-profili tat-tfittxija fil-kont tiegħek
- toħloq twissijiet jew RSS feeds u tirċievi avviżi ġodda ta’ interess mibgħutin direttament fl-inbox tal-email jew fil-qarrej tal-RSS tiegħek
Id-Dashboard Tiegħi
Fil-paġna “Id-Dashboard tiegħi, bħala utent reġistrat, għandek ħarsa ġenerali tat-tfittxijiet, it-twissijiet u l-informazzjoni relatata mal-avviż issejvjati tiegħek, organizzati fit-taqsimiet li ġejjin.
It-tfittxijiet issejvjati tiegħi / It-tfittxijiet reċenti tiegħi
Din it-tabella għandha żewġ tabs:
It-tfittxijiet issejvjati tiegħi
- Għandek ħarsa ġenerali tal-avviżi kollha (sa 25) li għalihom ħloqt “Issejvja it-tfittxija”. Għal kull tfittxija ssejvjata, tista’:
- Tagħti isem ġdid
- Tagħti isem ġdid lit-tfittxija ssejvjata u Tattiva / tiddiżattiva l-RSS feed (huwa attivat awtomatikament):
- Meta attivat, se tidher l-ikona tal-RSS fit-tabella. Billi tikklikkja fuqu se tiġi dirett mill-ġdid għall-paġna korrispondenti tal-RSS għal din it-tfittxija ssejvjata, fejn tkun tista’ tabbona għal din l-RSS feed. Tista’ wkoll tippersonalizza n-numru ta’ elementi li jidhru fl-RSS feed personalizzat mill-paġna “Preferenzi tas-sit”.
- Tagħti isem ġdid lit-tfittxija ssejvjata u Tattiva / tiddiżattiva l-RSS feed (huwa attivat awtomatikament):
- Tagħti isem ġdid
- Editja t-tfittxija
- B’din l-għażla se tiġi ridirett għat-Tfittxija Avvanzata jew għat-Tfittxija Esperta (skont il-metodu użat inizjalment biex toħloq it-tfittxija).
- Ħassar
- Ħassar it-tfittxija ssejvjata magħżula
It-tfittxijiet reċenti tiegħi
- Taħt din it-tab, se tara r-reġistrazzjoni tal-aktar tfittxijiet reċenti li wettaqt fuq is-sit web tat-TED. Billi tikklikkja fuq tfittxija, se tiġi dirett mill-ġdid għall-paġna tar-riżultati korrispondenti. Barra minn hekk, permezz tal-kolonna “Azzjonijiet”, tista’ żżid tfittxija reċenti mat-tfittxijiet issejvjati tiegħek.
It-twissijiet tat-tfittxija tiegħi
Din it-tabella turi t-“Twissijiet tat-tfittxija” li ħloqt (sa 25), kif ukoll il-frekwenza tagħhom. Għal kull twissija tat-tfittxija tista’ twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
- Tagħti isem ġdid
- Tagħti isem ġdid it-Twissija tat-tfittxija, u taġġorna l-frekwenza tat-tfittxija:
- Kuljum
- Kull ġimgħa
- Kull ħmistax
- Kull xahar
- Tagħti isem ġdid it-Twissija tat-tfittxija, u taġġorna l-frekwenza tat-tfittxija:
- Editja t-tfittxija
- B’din l-għażla se tiġi ridirett għall-paġna tat-“Tfittxija Avvanzata (skont il-metodu użat inizjalment biex toħloq it-tfittxija).
- Ħassar
- Ħassar it-twissija tat-tfittxija magħżula
L-avviżi tiegħi / L-avviżi li ntwerew reċentament
Din it-tabella għandha żewġ tabs:
L-avviżi tiegħi
- Din it-tab turi l-avviżi li għalihom inti ħloqt twissija tal-avviż. Għal kull avviż tista’ twettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
- Editja
- Tista’ tiddefinixxi “Data ta’ tfakkira” jew tattiva / tidiżattiva t-twissijiet
- Jekk it-twissija hija attivata se tidher ikona ta’ “qanpiena” fil-kolonna “Twissija”.
- Tista’ tiddefinixxi “Data ta’ tfakkira” jew tattiva / tidiżattiva t-twissijiet
- Ħassar
- Ħassar it-twissija tal-avviż magħżula
- Editja
L-avviżi li ntwerew reċentament
- Din it-tab turi l-lista ta’ avviżi li rajt l-aktar reċenti fuq is-sit web tat-TED. Billi tikklikkja fuq kull avviż fil-lista, se tkun dirett mill-ġdid għall-paġna “Id-dehra tal-avviż” korrispondenti. Barra minn hekk, permezz tal-kolonna “Azzjonijiet” tista’ Oħloq twissija għal kull wieħed mill-avviżi, u mmaniġġjaha permezz tat-tab “L-avviżi tiegħi”.
Preferenzi
Bħala utent reġistrat, fil-paġna “Preferenzi” tista’ tippersonalizza l-preferenzi fil-kont tiegħek tal-utent u l-preferenzi tiegħek tas-sit.
Il-kont tal-utent
Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali tal-kont tiegħek. Għandek l-għażla li tibdel il-pajjiż speċifikat tiegħek, u tmur fuq il-kont tiegħek tal-EU Login u taġġorna l-informazzjoni tiegħek.
Preferenzi tas-sit
F’din it-taqsima tista’ tippersonalizza l-preferenzi tiegħek tas-sit TED. L-għażliet disponibbli huma dawn li ġejjin:
- Numru ta’ elementi għal kull riżultat tat-tfittxija f’paġna (10, 25, 50, 100)
- Numru ta’ elementi għall-RSS personalizzat: (10, 25, 50, 100)
- Uri l-kodiċijet (Attiva / Iddiżattiva)
- jintwerew jew jinħbew il-kodiċijiet użati għat-tfittxija avvanzata.
- Uri l-kriterji tat-tfittxija fil-lista tar-riżultati (Attiva / Iddiżattiva)
- Issottolinja x-xejriet tat-tfittxija tat-test sħiħ (Attiva / Iddiżattiva)
- Isottolinja t-test li fittixt fil-paġna tar-riżultati u fid-dehra tal-avviz
- Kamp ta’ applikazzjoni tal-avviż awtomatiku
- agħżel ambitu tat-tfittxija differenti għall-avviżi:
- L-aħħar ħarġa tal-ĠU S
- Avviżi attivi
- L-avviżi kollha
- agħżel ambitu tat-tfittxija differenti għall-avviżi:
- Lingwa preferuta
- agħżel il-lingwa tal-interfaċċa tal-utent fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Din hija wkoll l-lingwa li biha se tirċievi n-notifiki tiegħek tal-email.
- Informazzjoni li tintwera fil-lista tar-riżultati tat-tfittxija
- Tista’ tippersonalizza l-informazzjoni li tara fir-riżultati tat-tfittxija tiegħek, billi tagħżel jew ma tagħżilx kwalunkwe mill-elementi disponibbli (kaxex tal-immarkar):
- Il-post tat-twettiq
- Natura tal-kuntratt
- Isem tal-awtorità
- Tip ta’ proċedura
- Tista’ tippersonalizza l-informazzjoni li tara fir-riżultati tat-tfittxija tiegħek, billi tagħżel jew ma tagħżilx kwalunkwe mill-elementi disponibbli (kaxex tal-immarkar):
Ktieb personali tal-indirizzi
Tista’ toħloq il-ktieb personali tal-indirizzi tiegħek stess b’lista ta’ indirizzi tal-email (sa 10). Minn din il-lista, tkun tista’ tagħżel l-indirizz tal-email tar-riċevitur biex tibgħat avviżi permezz tal-email (bl-użu tal-azzjoni Ibgħat b’email fil-paġna “Id-dehra tal-avviż”)