Skopri aktar dwar il-politika tal-użu ġust fuq it-TED

Biex aktar u aktar utenti jkunu jistgħu jgawdu s-servizzi tagħna, daħħalna għadd ta’ regoli li jiddefinixxu l-politika tal-użu ġust li qed inħaddmu bħalissa fuq it-TED. Il-limiti msemmija hawn taħt jirrappreżentaw l-għadd massimu tat-talbiet li jistgħu jsiru tul il-perjodi taż-żmien indikati għall-operazzjonijiet partikolari.

Operazzjoni Limiti
Ara jew niżżel l-avviżi minn IP unika 600 viżwalizzazzjoni jew download f’inqas minn 6 minuti
Talbiet HTTP 700 talba fl-aħħar minuta
Servizz HTTPS għad-download tal-pakketti ta’ kuljum jew ta’ kull xahar 3 downloads simultanji

 

L-arkitettura tal-portal TED tfasslet kif ġej:

- Il-paġni web huma mħaddmin kollha kemm huma minn CMS li tipprovdi esperjenza aħjar lill-utenti u li tfasslet skont il-ħtiġijiet tagħhom. Din is-CMS hi effiċjenti meta topera f’ċerta firxa ta’ tagħbijiet.

- L-API pubblika ddedikata li tfittex l-avviżi u link diretta għad-download tal-kontenut tagħhom hija għodda effiċjenti u skalabbli.

Għaldaqstant, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jirrakkomanda ferm li l-utenti tekniċi jużaw l-API pubblika ħalli jgawdu l-prestazzjoni u l-iskalabbiltà tagħha, filwaqt li jħallu r-riżorsi tas-CMS disponibbli għall-utenti ordinarji.

Issa li taf kif taħdem is-sistema tagħna, nawgurawlek li tibbenefika mis-sit web tat-TED! Aktar gwida tinsab fil-help page u fit-tutorials tagħna. Jekk għandek xi mistoqsijiet, tista’ tikkuntattjana direttament mill-OP TED Helpdesk.