Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Irreġistra issa għall-avveniment TED-together tat-3–4 ta’ Diċembru 2024
Bħala l-maniġer tat-TED (Tenders Electronic Daily), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu l-pjaċir iħabbar l-avveniment imminenti tiegħu “TED-together”, li se jsir fit-3-4 ta’ Diċembru 2024 f’format ibridu fil-Lussemburgu u online.
Dan l-avveniment se jkun ta’ interess għal għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati u sħab tat-TED, b’mod partikolari l-utenti u l-utenti mill-ġdid tad-data tat-TED, l-eSenders, u l-komunitajiet tal-Ontoloġija tal-Akkwist elettroniku u tad-Dokument Uniku Ewropew għall-Akkwist (DUEA). Id-diskussjonijiet tal-avveniment se jiffukaw fuq il-bidliet li jmiss u li se jiffaċilitaw l-użu tad-data dwar l-akkwist pubbliku u l-mezzi biex il-kwalità ta’ tali data tkompli tittejjeb.
Għal aktar informazzjoni ara l-aġenda. Tista’ tirreġistra hawnhekk biex tattendi l-avveniment u tesplora flimkien id-dinja multidimensjonali tad-data dwar l-akkwist pubbliku.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil: OP-EVENTS@publications.europa.eu