L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu l-pjaċir iħabbar it-tieni edizzjoni tal-avveniment “TED-together — Laqgħa konġunta għall-eSenders, l-utenti mill-ġdid, u l-komunitajiet tal-ontoloġija tal-akkwist elettroniku u tad-Dokument Uniku Ewropew tal-Akkwist (DUEA)”. Iffukat fuq it-TED (Tenders Electronic Daily) u fuq id-data dwar l-Akkwist Pubbliku tal-UE, l-avveniment se jsir bejn is-27 u t-28 ta’ Novembru 2025 f’format ibridu, fil-Lussemburgu u online.

Dan l-avveniment se jkun ta’ interess għal għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati u sħab tat-TED, b’mod partikolari l-utenti u l-utenti mill-ġdid tad-data tat-TED, l-eSenders, u l-komunitajiet tal-ontoloġija tal-akkwist elettroniku u tad-DUEA. Id-diskussjonijiet tal-avveniment se jiffukaw fuq il-bidliet reċenti u dawk li jmiss, li jiffaċilitaw l-użu tad-data dwar l-akkwist pubbliku u l-mezzi biex il-kwalità ta’ din id-data tkompli tittejjeb. Se jindirizzaw ukoll il-bidliet regolatorji li jmiss fl-Akkwist Pubbliku tal-UE.

Ibqa’ segwina għal aktar informazzjoni dwar din l-opportunità unika li tesplora d-dinja multidimensjonali tad-data dwar l-akkwist pubbliku u li tkabbar in-network tiegħek fil-komunità tat-TED.

Aktar dettalji dwar l-avveniment u r-reġistrazzjoni se jingħataw dalwaqt.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil: OP-EVENTS@publications.europa.eu