Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Agħti daqqa t’għajn lejn il-lista tal-kaxxi tat-tiftix fuq it-TED
It-TED toffrilek aċċess bla ħlas għal eluf ta’ avviżi ġodda kuljum. Fuq it-TED Developer Docs, tista’ ssib il-lista sħiħa tal-kaxxi tat-tiftix li jintużaw fuq is-sit web tat-TED. Inħeġġuk tagħti ħarsa lejn din it-tabella biex tikkombina l-kaxxi tat-tiftix l-iktar xierqa għat-tiftixa tiegħek fit-tiftixa esperta, u biex issib faċilment l-avviżi li jaqblu mal-ħtiġijiet tiegħek.
Inkella, tista’ tagħmel it-tiftixa tiegħek permezz tal-API tat-tiftix tat-TED.
Barra minn hekk, inti ġentilment mistieden tagħti ħarsa lejn l-istħarriġ tagħna dwar l-użu ta’ dokumentazzjoni tal-użu mill-ġdid fuq it-TED. Napprezzaw ħafna l-feedback u s-suġġerimenti tiegħek dwar kif nistgħu ntejbu d-dokumentazzjoni tagħna u naqdu l-ħtiġijiet tiegħek.
Iktar gwida tinsab fil-paġna tal-għajnuna u fil-video tutorials tagħna. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-OP Helpdesk tat-TED.