Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Merħba fit-TED il-ġdid
Merħba fit-TED il-ġdid imtejjeb (Tenders Electronic Daily), ippakkjat b’għadd kbir ta’ titjib, karatteristiċi ġodda u funzjonalitajiet estiżi. Biex l-esperjenza tiegħek issir aktar bla xkiel, aħna kkompilajna l-bidliet ewlenin u l-funzjonalitajiet il-ġodda li qed jistennewk fil-portal il-ġdid. Skopri l-potenzjal sħiħ tat-ted.europa.eu l-ġdid!
Dawn il-bidliet jimplimentaw ir-regolament tal-Formoli elettroniċi, li jistabbilixxi sensiela ta’ oqsma ġodda u jirristruttura d-data f’formoli u avviżi standard. Barra minn hekk, biex tittejjeb il-kwalità u jitħeġġeġ użu mill-ġdid aktar effiċjenti, it-TED il-ġdid joffrilek interface tal-utent aġġornata, kontenut simplifikat, funzjonalitajiet personalizzati u tfittxija aktar b’saħħitha.
It-TED imġedded se jkollu dehra ġdida u jintegra teknoloġiji tal-IT tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. Se tgawdi minn navigazzjoni intuwittiva u għażliet ġodda biex tippersonalizza l-kontijiet tiegħek. Il-funzjoni tat-tfittxija se tkun appoġġjata minn magna tat-tfittxija bi prestazzjoni għolja għal irkupru rapidu u faċli tal-informazzjoni.
Hawn taħt issib lista mhux eżawrjenti tal-funzjonalitajiet il-ġodda ewlenin.
Tfittxija:
- Tfittxija Rapida:
- It-tiftixa hija multilingwi, jiġifieri se tkun tista’ tfittex b’lingwi oħra minbarra l-lingwa tal-interface.
- Tista’ tfittex it-test kollu tal-avviżi.
- Tista’ tfittex tikketti tal-valuri tal-kodiċi, pereżempju: jekk tfittex comp-tend se ssib l-avviżi kollha bit-tip ta’ proċedura “Sejħa għall-offerti Kompetittiva”.
- Tfittxija Esperta
- Peress li l-avviżi tal-Formoli elettroniċi huma kompletament indiċjati, issib oqsma ġodda ta’ tfittxija mill-paġna tat-tfittxija esperta.
- Tista’ tagħżel kif trid tara t-tfittxija fil-kaxxa tat-tfittxija, jew bħala kodiċi jew bħala test. Ġew introdotti żewġ taqsimiet addizzjonali li jippermettulek tara l-oqsma tat-tfittxija kollha u l-valuri rispettivi tagħhom u tagħżel fosthom biex taġġorna faċilment it-tfittxija tiegħek.
- Hemm ukoll funzjoni ta’ ffiltrar biex tgħinek issib malajr l-oqsma tat-tfittxija u/jew il-valuri li tixtieq permezz ta’ kliem ewlieni.
- Hemm karatteristika ta’ awtosuġġeriment biex tgħinek jekk tippreferi tittajpja direttament fil-kaxxa tat-tfittxija.
- Hemm funzjoni ġdida “Iċċekkja s-sintassi” biex tikkonferma li t-tfittxija hi valida jew biex tenfasizza punti invalidi li għandek bżonn issolvi.
- Riżultati tat-Tfittxija:
- Fil-paġna tar-Riżultati tat-Tfittxija, tista’ tirfina r-riżultati permezz ta’ aspetti bħal: opportunità tan-negozju, CPV, natura tal-kuntratt, pajjiż speċifiku, tip ta’ proċedura, sena tal-pubblikazzjoni, pajjiż tax-xerrej.
- Tista’ tesporta l-lista tar-riżultati f’diversi formati.
- Tista’ tiddawnlowdja l-avviżi mill-paġna tar-riżultati f’diversi formati.
- Il-URL tar-riżultat tat-tfittxija jinkludi l-kriterji tat-tfittxija għat-tfittxijiet kollha.
- Viżwalizzazzjoni tal-avviż:
- Il-paġna tal-viżwalizzazzjoni tal-avviż tinftiehem aktar
- Il-viżwalizzazzjoni tal-avviżi hija armonizzata u hemm werrej li jgħinek tinnaviga fil-kontenut tal-avviż.
- Tista’ taddawnlowdja l-avviż f’diversi formati
- Tista’ tagħmel traduzzjoni awtomatika tal-avviż
Id-dashboard tiegħi:
Tista’ faċilment toħloq “twissijiet tat-tfittxija” għat-tfittxijiet tal-preferenza tiegħek. Barra minn hekk, tista’ tagħżel diversi avviżi u toħloq twissijiet tal-avviżi, tiddawnlowdja avviżi f’formati ta’ files differenti u fl-aħħar nett tesporta l-lista tar-riżultati wara li tagħżel il-metadata mixtieqa.
SIMAP:
Is-sit web il-ġdid se jipprovdi wkoll aċċess imtejjeb għas-SIMAP (Système d’Information pour les Marchés Publics, jiġifieri Sistema ta’ informazzjoni għall-akkwist pubbliku), il-punt uniku ta’ servizz dwar l-akkwist pubbliku tal-UE kif definit mid-Direttivi tal-UE dwar l-Akkwist u li l-utenti tat-TED iżuru ta’ spiss. It-TED il-ġdid se jiddependi kompletament fuq il-Formoli elettroniċi, li huma formoli standard diġitali użati mix-xerrejja pubbliċi biex jippubblikaw l-avviżi. Dan ġie ppreżentat u spjegat f’bosta sessjonijiet ta’ ħidma għall-eSenders u l-Utenti mill-Ġdid tad-data tat-TED organizzati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
Nittamaw li l-portal il-ġdid tat-TED jogħġbok! Għal aktar gwida nistednuk tikkonsulta l-help page u t-tutorials tal-video tagħna. Jekk għandek aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana direttament permezz tal-OP TED Helpdesk.