Sit web uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Agħti fehmtek dwar ir-reviżjoni tad-Direttivi tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku
L-akkwist pubbliku jiddetermina kif jintefqu triljuni ta’ euro madwar l-Ewropa kull sena. Issa, il-Kummissjoni Ewropea trid tissimplifika, timmodernizza u tagħmel din is-sistema aktar strateġika u teħtieġ il-kontribut tiegħek.
Bħala segwitu tal evalwazzjoni tad-Direttivi tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku tal-2014, il-Kummissjoni Ewropea fetħet konsultazzjoni ta’ 12-il ġimgħa, li fiha tfittex kontributi u evidenza biex tagħti kontribut informattiv għar-reviżjoni ta’ dawn id-direttivi.
Il-Kummissjoni tfittex kontributi mill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, u l-akkademja, dwar kif jistgħu jittejbu r-regoli tal-UE dwar l-akkwist. Kwestjonarju pubbliku hu disponibbli fuq ilportal Semma’ Leħnek.
Il-konsultazzjoni se tibqa’ għaddejja sas-26 ta’ Jannar 2026 u l-feedback kollu miġbur se jikkontribwixxi għat-tħejjija ta’ proposta leġiżlattiva mħabbra għat-tieni trimestru tal-2026.

