Kif issir TED eSender

Kif taġixxi bħala TED eSender

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jipprovdi diversi applikazzjonijiet għall-ġbir, il-validazzjoni, l-ipproċessar, il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid tal-formoli standard tal-akkwist pubbliku, jiġifieri:

Sal-24 ta’ Ottubru 2023, it-TED eSenders jistgħu jużaw l-applikazzjoni tal-eSentool biex jibagħtu files XML strutturati li jikkonformaw mal-iskema attwali tat-TED u mar-regoli ta’ validazzjoni. Biex issir TED eSender trid issegwi u tgħaddi proċedura ta’ kwalifika, li hi spjegata bis-sħiħ fl-ispazju tax-xogħol tat-TED eSender.

Mill-14 ta’ Novembru 2022, it-TED eSenders jistgħu jużaw l-applikazzjoni eNotices2 biex jibagħtu l-Formoli elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. eNotices2 se tissostitwixxi l-applikazzjonijiet li qed jintużaw bħalissa, jiġifieri l-eNotices u l-eSentool. L-avviżi jridu jiġu sottomessi u mmaniġġjati permezz tal-interface tal-utent tal-web jew permezz tal-interface għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet TED (API). Informazzjoni dwar kif tuża t-TED API hi disponibbli fuq https://docs.ted.europa.eu/home/index.html.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet żviluppa ambjenti ta’ previżjoni biex jippermetti li l-eSenders u l-partijiet ikkonċernati jkollhom aċċess bikri. Verżjonijiet bikrija tal-applikazzjonijiet tat-TED għall-ipproċessar tal-Formoli elettroniċi se jittellgħu fuq dan is-sit hekk kif isiru disponibbli.