https://www.cencenelec.eu/

Is-CEN jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea bi standards tekniċi volontarji li jippromwovu l-kummerċ ħieles, is-sikurezza tal-ħaddiema u tal-konsumaturi, l-interoperabbiltà tan-networks, il-protezzjoni ambjentali, l-użu tal-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp, u l-akkwist pubbliku.

digital-strategy.ec.europa.eu/en/activities/digital-programme

Dan hu inizjattiva ta’ finanzjament maħsuba biex tħaffef it-trasformazzjoni diġitali tas-settur pubbliku tal-Ewropa, inkluż tal-akkwist pubbliku. Fost l-azzjonijiet ewlenin ta’ dan il-programm hemm id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika b’għodod bħall-formoli elettroniċi u l-fatturazzjoni elettronika, it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà għall-pjattaformi tal-akkwist pubbliku elettroniku, u l-iżvilupp ta’ spazji tad-data biex titjieb l-analitika bejn il-fruntieri.

https://ec.europa.eu/tools/ecertis/#/about 

eCertis hija database online u għodda ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet li żviluppat il-Kummissjoni Ewropea biex tissimplifika l-ambjent kumpless taċ-ċertifikati u tal-evidenza dokumentarja li hemm bżonn għall-akkwist pubbliku madwar l-UE. Il-pjattaforma eCertis hija punt ta’ referenza ċentralizzat għan-negozji u l-awtoritajiet kontraenti, u tintegra ma’ pjattaformi oħra tal-akkwist tal-UE, bħal TED u SIMAP, biex toħloq ekosistema faċli għan-negozji u l-awtoritajiet. Għall-awtoritajiet kontraenti, eCertis hi mezz biex jistandardizzaw u jissimplifikaw ir-rekwiżiti dokumentarji tagħhom.

https://een.ec.europa.eu/

In-Network Enterprise Europe jagħti pariri u appoġġ lill-SMEs biex ikabbru u jkunu innovattivi madwar id-dinja. Dan għandu aktar minn 500 organizzazzjoni sieħba mill-UE u mill-bqija tad-dinja. Fost is-servizzi li jipprovdu s-sħab tan-Network fis-27 Stat Membru tal-UE hemm informazzjoni u pariri lill-SMEs fuq ir-regoli tal-akkwist pubbliku, servizzi ta’ tagħrif/notifika dwar sejħiet għall-offerti u servizzi ta’ sħubija internazzjonali. Dawk il-pariri jingħataw mingħajr ħlas.

european-union.europa.eu/priorities-and-actions/actions-topic/single-market_mt 

Din il-paġna tiġbor fil-qosor il-prijoritajiet strateġiċi li jmexxu l-approċċ tal-UE għall-akkwist, fosthom il-modernizzazzjoni bid-diġitalizzazzjoni, il-promozzjoni ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku u soċjali, u li tkun żgurata kompetizzjoni ġusta għall-SMEs u l-offerenti minn barra l-fruntiera. Din tagħti prominenza lil-leġiżlazzjoni ewlenija, bħad-Direttivi dwar l-Akkwist tal-2014, u inizjattivi bħall-Istrateġija tas-Suq Uniku, u tindirizza anki l-aġġustamenti ta’ wara l-Brexit għar-relazzjonijiet tal-akkwist pubbliku ma’ pajjiżi minn barra l-UE.

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home

Il-Portal tal-UE għall-Finanzjament u l-Offerti hu l-post online ċentralizzat li jagħti aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament, għotjiet, u sejħiet għall-offerti tal-akkwist pubbliku ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Immexxi mill-Kummissjoni Ewropea, dan il-portal hu bieb waħdieni għan-negozji, ir-riċerkaturi, l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs), l-awtoritajiet pubbliċi, u partijiet ikkonċernati oħra li qed ifittxu appoġġ finanzjarju jew opportunitajiet ta’ kuntratt permezz tal-programmi tal-UE. Il-portal ilaqqa’ l-attivitajiet kollha ta’ finanzjament u offerti tal-UE fuq pjattaforma waħda, jissostitwixxi s-sistemi frammentati ta’ qabel, u jissimplifika l-proċess biex wieħed isib proġetti ffinanzjati mill-UE, japplika għalihom u jimmaniġġjahom.

https://ted.europa.eu/mt/simap/preparatory-action

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (OP) kien responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Azzjoni Preparatorja għal Trasparenza fl-Akkwist Pubbliku, li saret bejn l-2022 u l-2024. L-OP identifika erba’ oqsma ta’ attività li jistrieħu fuq id-data tat-TED: id-disponibbiltà, il-kwalità, il-leġibbiltà u l-interoperabbiltà.

https://www.eipa.eu/courses/ 

L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA) hu istitut ewlieni tat-taħriġ u tar-riċerka maħsub biex jappoġġa lill-professjonisti tas-settur pubbliku, lil dawk li jfasslu l-politika, u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex itejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom fil-governanza Ewropea, fl-amministrazzjoni pubblika, u fil-materji tal-UE. Il-portal tal-korsijiet tal-EIPA joffri firxa komprensiva ta’ programmi tat-taħriġ, imfassla biex jindirizzaw l-isfidi li qed jevolvu fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE, il-ġestjoni pubblika u r-riforma amministrattiva.

ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement_en

Is-Suq Uniku Ewropew: it-taqsima dwar l-Akkwist Pubbliku fuq il-website tal-Kummissjoni Ewropea hija librerija ċentrali tar-riżorsi kollha relatati mal-akkwist pubbliku. Tkopri l-leġiżlazzjoni, l-għodod diġitali (bħat-TED, il-formoli elettroniċi, u d-DEUA), u inizjattivi ta’ politika bħall-akkwist ekoloġiku u l-akkwist tal-innovazzjoni.

ec.europa.eu/growth/smes

Il-portal tal-SMEs hu riżorsa apposta tal-Kummissjoni Ewropea li tfasslet biex tagħti aċċess faċli lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) għal informazzjoni, appoġġ u opportunitajiet minn madwar l-UE. Dan joffri pariri prattiċi dwar kif l-SMEs jistgħu jieħdu sehem fl-offerti tal-UE, jinnavigaw ir-rekwiżiti amministrattivi, u jużaw l-għodod diġitali bħat-TED u d-DEUA biex jikkompetu b’mod aktar effettiv.

https://ec.europa.eu/solvit/index_mt.htm

SOLVIT hu servizz online għas-soluzzjoni tal-problemi li tipprovdi l-Kummissjoni Ewropea biex tgħin lin-negozji u ċ-ċittadini jsolvu kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ħażina tar-regoli tas-Suq Uniku tal-UE mill-awtoritajiet nazzjonali.

ec.europa.eu/info/strategy/relations-non-eu-countries/relations-united-kingdom/new-normal/consequences-brexit_mt

Din il-paġna tikkoordina r-relazzjoni tal-UE mar-Renju Unit wara l-Brexit, b’attenzjoni partikolari fuq l-implikazzjonijiet tal-akkwist pubbliku. Fost l-oħrajn, din tiċċara r-regoli skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (FKK), bħall-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq għan-negozji tar-Renju Unit u tal-UE, l-esklużjoni tar-Renju Unit mill-għodod tal-UE bħat-TED, u l-qalba lejn is-Servizz “Sib Offerta” tar-Renju Unit.

https://europa.eu/youreurope/business/index_mt.htm

L-Ewropa Tiegħek - Negozju hi gwida prattika online li tfasslet biex tgħin lill-kumpaniji li jixtiequ jespandu jew joperaw f’xi pajjiż ieħor tal-UE, jew fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja. Il-portal jipprovdi informazzjoni ċara u pass pass dwar ir-rekwiżiti legali u amministrattivi għat-twettiq ta’ negozju f’pajjiż ieħor tal-UE, li din tkopri oqsma ewlenin bħar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji, it-tassazzjoni, il-liġijiet dwar l-impjiegi, u r-regoli dwar l-akkwist pubbliku.