L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE qiegħed fil-proċess li jaġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Servizzi - 12498-2016

Uri l-lista b'inqas dettalji

15/01/2016    S10    Parlament Ewropew - Servizzi - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Għajnuna fl-immaniġġjar tekniku tal-binjiet tal-Uffiċċju tat-Tagħrif tal-Parlament Ewropew

2016/S 010-012498

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: plateau de Kirchberg
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2929
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Għall-attenzjoni ta’: unité des contrats et marchés publics
Posta elettronika: INLO.AO-Lux@ep.europa.eu
Telefown: +352 430023570

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://europarl.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1130

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Għajnuna fl-immaniġġjar tekniku tal-binjiet tal-Uffiċċju tat-Tagħrif tal-Parlament Ewropew.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 12: Servizzi arkitettoniċi; servizzi ta’ inġinerija u servizzi ta’ inġinerija integrata; ippjanar urban u servizzi ta’ inġinerija tal-pajsaġġi; servizzi relatati ta' konsulenza xjentifika u teknika; servizzi ta’ ttestjar u analiżi teknika
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Lussemburgu.

Kodiċi NUTS LU000

II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
L-għan hu li jkollu pariri arkitettoniċi, tekniċi u finanzjarji u għajnuna fir-rigward tal-immaniġġjar tal-proprjetà u l-manutenzjoni tal-binjiet li għandu ġo fih l-uffiċċju tat-tagħrif, fil-kwartieri ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropea fil-Lussemburgu. Is-servizzi li għandhom jingħataw jinvolvu pariri, disinji, studji u monitoraġġ tax-xogħlijiet sabiex jipprovdu assistenza fit-twettiq tax-xogħlijiet deskritti hawn fuq.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

71310000, 71311100, 71314200, 71314300, 71315210, 71315400

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
Provvista ta' 3 persuni fultajm (inġiniera gradwati). Is-servizzi huma skedati li jibdew minn April tal-2016.
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 60 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Mhijiex meħtieġa garanzija finanzjarja.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Pagamenti għandhom ikunu magħmula kull xahar fi żmien 60 jum kalendarji, suġġetti għall-approvazzjoni tar-rapport dwar l-attività għax-xahar li tkun inħarġet fattura għalih.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Il-gruppi ta' operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jekk il-membri tagħhom huma responsabbli b'mod konġunt jew individwali. Dan jista' jinkludi entità li jkollha bixra legali u anki jekk le: konsorzju, ftehim privat jew kull għamla xierqa oħra ta' kooperazzjoni. Qabel l-iffirmar tal-kuntratt, il-Parlament Ewropew jirriserva d-dritt li jitlob li l-grupp li ngħata l-kuntratt jassumi bixra legali speċifika jekk din hija neċessarja għat-twettiq b'mod xieraq tal-kuntratt.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: il-Parlament Ewropew jeħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom awtorizzazzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iwettqu l-attività involuta fil-kuntratt skont il-liġi nazzjonali.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: xhieda dokumentarja kif ġej:
— kopja tal-istqarrijiet finanzjarji kompluti (il-karta bilanċjali, il-kont tal-qligħ u t-telf, it-tabella bil-fluss tal-kontanti u l-annessi) ippubblikata fir-rapport annwali u vverifikata jew, jekk din ma tkunx obbligatorja, iċċertifikata eżatta u sinċiera minn rappreżentant ta' min jitfa' l-offerta, għal mill-inqas l-aħħar sentejn (2) finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet,
— prova ta' kopertura valida ta' assigurazzjoni kontra r-riskju professjonali.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: ħila ekonomika u finanzjarja suffiċjenti, u b'mod partikulari:
— dħul fis-sena ta' mill-inqas EUR 1 000 000, li sar fil-qasam li jaqa' taħt il-kuntratt li se jingħata, matul dawn l-aħħar sentejn (2) finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu,
— assigurazzjoni kontra r-riskju professjonali rilevanti.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
xhieda dokumentarja kif ġej:
— tagħrif fuq kwalifikazzjonijiet akkademiċi u professjonali tal-persunal maniġerjali tal-kumpanija u, b'mod partikulari, tal-persuna/persuni responsabbli għall-għoti tas-servizzi jew it-twettiq tax-xogħlijiet; b'mod partikulari il-KK għad-direttur tas-servizzi u għall-persuni proposti għall-kuntratt futur,
— lista tas-servizzi ewlenin mogħtija matul l-aħħar 3 snin, bil-valuri, id-dati u r-riċevituri pubbliċi jew privati involuti; għas-servizzi u l-provvisti għal istituzzjoni Ewropea, prova għandha tingħata fil-forma ta' ċertifikati maħruġa jew kontrofirmati mill-korp xieraq,
— deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku (l-istrumenti tal-kejl, eċċ.) u l-materjali disponibbli għall-kumpanija għat-twettiq tal-kuntratt,
— informazzjoni dwar it-tekniċi jew l-entitajiet tekniċi, kemm jekk jagħmlu parti mill-kumpanija u anki jekk le, l-aktar dawk li huma responsabbli mill-kontroll tal-kwalità,
— rendikont dwar in-numru medju annwali ta' ħaddiema tal-fornitur jew il-kuntrattur u n-numru tal-persunal maniġerjali matul l-aħħar 3 snin, b'mod partikulari fir-rigward tad-dipartiment responsabbli għall-għoti tas-servizzi taħt il-kuntratt, inkluż lista tal-inġiniera gradwati jaħdmu hemm,
— deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku u l-miżuri użati biex jiżgura l-kwalità tal-provvisti u s-servizzi, inkluż iċ-ċertifikati mfassla minn korpi indipendenti li juri li l-operatur ekonomiku jaqbel mal-istandards tal-assigurazzjoni tal-kwalità li jirreferu għas-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità ibbażati fuq standards Ewropej f'dak ir-rigward u ċċertifikati minn korpi akkreditati.
Intervisti:
la darba l-ħila tkun ġiet evalwata bbażata fuq evidenza dokumentarja, il-ħila professjonali ta' dak li jitfa' l-offerta, fir-rigward tal-ħiliet tekniċi fil-ħiliet professjonali u tal-lingwa, għandhom jiġu kkonfermati f'intervisti individwali mal-membri tat-tim propost għall-kuntratt futur u mal-persuna responsabbli għall-għoti tas-servizz (fi Frar/Marzu tal-2016).
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
ħila teknika u professjonali suffiċjenti, b'mod partikulari:
— esperjenza ta' mill-inqas 3 snin f'servizzi li huma simili għal dawk imsemmija fil-kuntratt li għandu x'jaqsam,
— tim ta' esperti fil-qasam tas-servizzi li għandhom x'jaqsmu li jinkludu mill-inqas 10 persuni (inġiniera gradwati), li d-direttur tas-servizzi tagħhom għandu jkollu 10 snin ta' esperjenza ppruvata fil-qasam tal-istedina għall-offerti u l-persuni proposti għall-kuntratt futur għandu jkollhom kwalifikazzjonijiet (i.e. grad universitarju), esperjenza (i.e. 5 snin) u għarfien (inkluż ħakma tal-Franċiż (livell Ewropew C1) u l-Ingliż (livell Ewropew B2); tagħrif tal-Ġermaniż se jkun ta' vantaġġ) skont il-ħtiġijiet tal-Artiklu 2.2. tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi,
— ċertifikazzjoni skont l-istandard tal-immaniġġjar tal-kwalità ISO 9001 jew ekwivalenti, jew l-implimentazzjoni ta' sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità integrata b'manwal tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għar-reviżjoni interna jew esterna u t-titjib kontinwu,
— provvista ta' tagħmir tekniku u tagħmir tal-kejl neċessarju biex iwettaq il-kuntratt, skont l-Anness ST1 għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari: le
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz
L-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: iva

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
06A40/2015/M049.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
16.2.2016
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
f’jiem: 180 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: l-offerti se jkunu miftuħa f'seduta tal-ftuħ pubblika (il-partijiet amministrattivi u finanzjarji) skont il-kundizzjonijiet għat-tfigħ tal-offerti (dokument għat-tniżżil mingħajr ħlas mill-indirizz għat-tfigħ elettroniku fl-I.1). Jekk jogħoġbok ikkonsulta dawn il-kundizzjonijiet.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: iva
Żmien stmat biex jiġu ppubblikati aktar avviżi: il-ħarifa, tal-2020.
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Laqgħat fil-qosor obbligatorji (in-nuqqas ta' attendenza se jrendi l-offerti inammissibbli) għandhom jiġu organizzati skont il-kundizzjonijiet għat-tfigħ tal-offerti (dokument għat-tniżżil mingħajr ħlas mill-indirizz għat-tfigħ elettroniku fil-I.1). Jekk jogħoġbok ikkonsulta dawn il-kundizzjonijiet għall-attendenza tal-laqgħa fil-qosor.
Il-limitu ta' żmien mogħti fil-punt IV.3.4 huwa d-data sa meta dawk li jitfgħu l-offerti jridu jkunu wasslu fiżikament jew bagħtu lill-Parlament Ewropew; jew inkella, l-offerti ma jkunux jistgħu jintlaqgħu.
Il-Parlament Ewropew iżomm id-dritt li juża l-għażla ta' proċedura nnegozjata skont Artiklu 134(1)(f) tar-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, biex min jirbaħ l-offerta jingħata xogħlijiet ġodda li jkunu magħmula minn ripetizzjoni ta' servizzi jew xogħlijiet tal-istess tip, sakemm dawn ix-xogħlijiet ikunu jaqblu mal-proġett bażiku ta' din l-istedina għall-offerti.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali, il-korp tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: xahrejn (2), miżjud minħabba d-distanza b'10 ġranet.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
5.1.2016