Fornituri - 14425-2016

Uri l-lista b'inqas dettalji

16/01/2016    S11    Parlament Ewropew - Fornituri - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Belġju-Brussell: Stedina għall-offerti Nru 06A50/2015/M078 — Provvista ta' ċwievet għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell — Provvista u installazzjoni ta' ċilindri tas-serraturi għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell

2016/S 011-014425

Avviż dwar kuntratt

Provvisti

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: rue Wiertz 60
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1047
Pajjiż: Il-Belġju
Għall-attenzjoni ta’: unité des contrats et marchés publics
Posta elettronika: INLO.AO-BRU@ep.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://europarl.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1181

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: rue Wiertz 60
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1047
Pajjiż: Il-Belġju
Għall-attenzjoni ta’: bureau MTY 08R003

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Stedina għall-offerti Nru 06A50/2015/M078 — Provvista ta' ċwievet għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell — Provvista u installazzjoni ta' ċilindri tas-serraturi għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Provvisti
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Brussell.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien fi snin: 4
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Provvista ta' ċwievet għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
Provvista u installazzjoni ta' ċilindri tas-serraturi għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

44316500

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 48 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Se titwaqqaf garanzija irrevokabbli, mhux kondizzjonali, li titħallas mal-ewwel talba, għall-ammont ta' EUR 40 000 qabel ma ssir l-ewwel talba għall-ħlas. Din il-garanzija se tkun murija permezz ta' ittra ta' garanzija maħruġa minn bank, istituzzjoni finanzjarja jew terza parti approvata minn min jieħu ħsieb il-ħlasijiet tal-Parlament Ewropew.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Il-Parlament Ewropew se jkollu 30 jum kalendarji biex iħallas l-ammonti dovuti taħt il-kuntratt.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti jistgħu jieħdu sehem indaqs il-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt l-iskop tat-trattati — l-aktar dawk li ġejjin minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea — u l-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-entitajiet pubbliċi ta' pajjiżi li mhumiex membri u li daħlu fi ftehim speċjali mal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ksib pubbliku, skont il-kundizzjonijiet imfissra f'dan il-ftehim.
Il-gruppi ta' operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jekk il-membri tagħhom huma responsabbli b'mod konġunt jew individwali.
Dan jista' jinkludi entità li jkollha bixra legali u anki jekk le: konsorzju, ftehim privat jew kull għamla xierqa oħra ta' kooperazzjoni.
Qabel l-iffirmar tal-kuntratt, il-Parlament Ewropew iżomm id-dritt li jitlob li l-grupp li jirbaħ il-kuntratt jieħu bixra legali speċifika jekk din tkun meħtieġa biex il-kuntratt jitwettaq b'mod xieraq.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: biex wieħed jiftakar il-kriterji għal twarrib — l-Artikli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012 fuq ir-regolamenti finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002:
'L-Artiklu 106 — Kriterji ta' twarrib u sanzjonijiet amministrattivi:
1. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se twarrab operatur ekonomiku milli jieħu sehem fil-proċeduri ta' ksib li jaqgħu taħt dan ir-Regolament fejn:
(a) operatur ekonimiku huwa fallut, suġġett għal proċeduri ta' falliment jew li qed jingħalaqlu n-negozju, fejn l-assi tiegħu qed ikunu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn daħal f'arranġament mal-kredituri, fejn l-attivitajiet tan-negozju jinsabu sospiżi, jew fejn jinsab f'sitwazzjoni analoga li ġejja minn proċedura simili li hemm provvediment għaliha taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;
(b) ġie stabbilit minn sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku qiegħed jikser l-obbligazzjonijiet tiegħu marbutin mal-ħlas tat-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-servizzi soċjali kif titlob il-liġi tal-pajjiż fejn huwa stabbilit, kif jitolbu dawk il-liġijiet tal-pajjiż fejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt hija domiċiljata jew kif meħtieġ mil-liġijiet tal-pajjiż tat-twettiq tal-kuntratt;
(ċ) fejn ġie stabbilit permezz ta' ġudizzju finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku huwa ħati li ġab ruħu b'mod ħażin ħafna professjonali billi kiser il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli jew l-istandards etiċi tal-professjoni li l-operatur ekonomiku jifforma parti minnha, jew billi kien parti minn imġieba ħażina li tħalli impatt fuq il-kredibilità professjonali fejn komportament ta' dan it-tip juri li hemm intenzjoni ħażina jew traskuraġni kbira, inkluż, b'mod partikolari, xi waħda minn dawn li ġejjin:
(i) l-għoti b'mod qarrieq bi skop ta' frodi jew negliġenza ta' tagħrif meħtieġ minħabba biex tkun tista' ssir verifika li mhemmx raġunijiet għal twarrib jew biex jkunu sodisfatti l-kriterji tal-għażla jew fit-twettiq tal-kuntratt;
(ii) id-dħul fi ftehim ma' operaturi ekonomiċi oħra bil-għan li tkun imfixkla l-kompetizzjoni;
(iii) il-vjolazzjoni tal-proprjetà intellettwali;
(iv) b'attentat li jkun influwenzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt matul il-proċedura tal-ksib;
(v) biex isir attentat li jinkiseb tagħrif kunfidenzjali li jista' jagħti vantaġġi b'mod li mhux xieraq fil-proċedura tal-ksib;
(d) li kien stabbilit permezz ta' sentenza finali li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta' kwalunkwe nuqqas minn dawn li ġejjin:
(i) frodi, kif hemm fl-Artiklu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej li tfasslet mill-Att tal-Kunsill tas-26.7.1995;
(ii) korruzzjoni, kif iddefinita fl-Artiklu 3 tal-Konvenzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfasslin bl-Att tal-Kunsill tas-26.5.1997, u fl-Artiklu 2(1) tal-Qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/568/JHA, kif ukoll il-korruzzjoni kif iddefinita fil-liġi tal-pajjiż fejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt hija domiċiljata, il-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit jew fil-pajjiż tat-twettiq tal-kuntratt;
(iii) is-sehem f'organizzazzjoni kriminali, kif imfisser fl-Artiklu 2 tal-Qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/841/JHA;
(iv) ħasil ta' flus jew iffinanzjar ta' terroriżmu, kif iddefinit fl-1 Artiklu tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(v) offiżi marbutin ma' terroriżmu jew offiżi marbutin ma' attivitajiet terroristiċi, kif iddefiniti fl-Artikoli 1 u 3 tal-Qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/475/JHA. rispettivament, jew l-inċitar, l-appoġġ, it-tħajjir jew l-attentat biex jitwettqu offiżi bħal dawn, kif hemm referenza għalihom fl-Artiklu 4 ta' dik id-Deċiżjoni;
(vi) ix-xogħol minn tfal jew għamliet oħra ta' traffikar ta' persuni umani kif iddefiniti fl-Artiklu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(e) l-operatur ekonomiku wera nuqqasijiet sinifikattivi biex jikkonforma mal-obbligazzjonijiet ewlenin fit-twettiq tal-kuntratt iffinanzjat mill-baġit li kien avvjat għal twaqqif kmieni jew għall-applikazzjoni tal-likwidazzjoni tad-danni jew penalitajiet kuntrattwali oħra, jew li nstabu wara li sar iċċekkjar, saru verifiki jew investigazzjonijiet minn uffiċjal awtorizzat, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;
(f) kien ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku kien ikkommetta irregolarità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95.
2. Fin-nuqqas ta' sentenza finali jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali fil-każi li hemm referenza għalihom fil-punti (ċ), (d) u (f) tal-1 paragrafu jew fil-każ li hemm referenza għalih fil-punt (e) tal-1 paragrafu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se twarrab operatur ekonomiku fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni preliminari fil-liġi minħabba kondotta li hemm referenza għaliha f'dawn il-punti, meta wieħed iqis fatti stabbiliti jew sejbiet oħra li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-penil li hemm referenza għalih fl-Artikolu 108.
Il-klassifikazzjoni preliminari li hemm referenza għaliha fl-ewwel sottoparagrafu ma tagħtix deċiżjoni preliminari fuq il-valutazzjoni tal-kondotta tal-operatur ekonomiku kkonċernat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tistudja d-deċiżjoni tagħha biex twarrab lill-operatur ekonomiku u/jew biex timponi penalità finanzjarja fuqu mingħajr dewmien wara n-notifikazzjoni tas-sentenza finali jew ta' deċiżjoni amministrattiva finali. F'każi fejn is-sentenza finali jew id-deċiżjoni amministrattiva finali ma jagħtux it-tul tat-twarrib, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tqis dan it-tul ta' żmien fuq il-bażi ta' fatti stabbiliti u sejbiet u billi tqis ir-rakkomandazzjoni tal-penil li hemm referenza għalih fl-Artiklu 108.
Fejn tali sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva tqis li l-operatur ekonomiku mhux ħati tal-kondotta suġġetta għal klassifikazzjoni preliminari fil-liġi, fuq il-bażi li minħabba fiha ġiet eskluża, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt sejra, mingħajr dewmien, twassal għat-tmien ta' dak it-twarrib u/jew tħallas lura, kif xieraq, kull penalità finanzjarja imposta.
Il-fatti u s-sejbiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel sottoparagrafu se jinkludu, b'mod partikolari:
(a) fatti stabbiliti fil-kuntest tal-verifiki jew investigazzjonijiet li twettqu mill-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF jew verifika interna, jew kull iċċekkjar ieħor, verifika jew kontroll imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni;
(b) deċiżjonijiet amministrattivi mhux finali li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinari li ttieħdu mill-korp ta' sorveljanza kompetenti responsabbli għall-verifika tal-applikazzjoni tal-istandards ta' etika professjonali;
(ċ) deċiżjonijiet tal-ECB, l-EIB, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d) deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbutin mal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew ta' awtorità nazzjonali kompetienti marbuta mal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali.
3. Kull deċiżjoni mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt meħuda taħt l-Artikoli 106 sa 108 jew, fejn applikabbli, kull rakkomandazzjoni tal-penil li hemm referenza għaliha fl-Artiklu 108, se tittieħed bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità u b'mod partikolari billi titqies il-gravità tas-sitwazzjoni, inkluż l-impatt fuq l-interessi u d-dehra finanzjarja tal-Unjoni, iż-żmien li għadda minn meta tfaċċat il-kondotta rilevanti, it-tul tagħha u jekk kienx hemm ripetizzjoni, l-intenzjoni jew grad ta' negliġenza, l-ammont limitat li kien involut għall-punt (b) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu jew kull ċirkostanza oħra li naqset l-impatt, bħall-grad ta' kollaborazzjoni tal-operatur ekonomiku mal-awtorità kompetenti rilevanti u l-kontribuzzjoni tiegħu għall-investigazzjoni kif rikonoxxut mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, jew il-kxif tas-sitwazzjoni ta' twarrib permezz tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-10 paragrafu ta' dan l-Artikolu.
4. L-awtorità lli qiegħda toħroġ il-kuntratt se teskludi lill-operatur ekonomiku fejn il-persuna li hija membru tal-amministrazzjoni, tal-maniġment jew il-korp ta' sorveljanza ta' dak l-operatur ekomomiku, jew li għandu l-poteri tar-rappreżentanza, tad-deċiżjoni jew kontroll fir-rigward tal-operatur ekonomiku, li jinsab f'1 jew aktar mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (ċ) sa (f) tal-1 paragrafu.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se twarrab lill-operatur ekonomiku fejn il-persuna naturali jew legali li tassumi r-responsabbiltà limitata għad-djun ta' dak l-operatur ekonomiku hija f'1 jew aktar mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punt (a) jew (b) tal-1 paragrafu.
5. Fejn il-baġit huwa implimentat taħt l-immaniġġjar indirett ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista', meta tqis, fejn applikabbli, bis-saħħa tar-rakkomandazzjoni tal-penil li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 108, jieħu deċiżjoni għal twarrib u/jew jimponi penalità finanzjarja taħt il-kundizzjonijiet li hemm f'dan l-Artikolu, wara n-nuqqas ta' azzjoni tal-pajjiż terz li kien fdat bi qbil mal-punt (ċ) tal-Artikolu 58(1) biex isir dan. Dan mhux se jkollu effett fuq ir-responsabbiltà, taħt l-Artikolu 60(3), tal-pajjiż terz biex ma jħallix, jidditektja, jikkoreġi u jinnotifika irregolaritajiet u frodi, jew li jieħu deċiżjoni ta' twarrib jew li jimponi penalitajiet finanzjarji.
6. Fil-każi li hemm referenza għalihom fit-2 paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' twarrab operatur ekonomiku proviżorjament mingħajr ir-rakkomandazzjoni minn qabel tal-penil li hemm referenza għalih fl-Artikolu 108, fejn is-sehem tal-operatur ekonomiku kkonċernat fil-proċedura ta' ksib se jikkostitwixxi theddida serja u imminenti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'każi bħal dawn, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tirreferi l-każ immedjatament lill-penil u se tieħu deċiżjoni finali mhux aktar tard minn 14-il jum wara li tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni mingħand il-penil.
7. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, meta tqis, fejn applikabbli, għar-rakkomandazzjoni tal-penil li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 108, mhux se twarrab lill-operatur ekonomiku milli jieħu sehem f'proċedura ta' ksib fejn:
(a) operatur ekonomiku wettaq il-miżuri ta' rimedju kollha speċifikati fit-8 paragrafu ta' dan l-Artikolu, b'hekk jagħti xhieda tal-kredibilità tiegħu. Dan il-punt mhux se japplika fil-każ li hemm referenza għalih fil-punt (d) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu;
(b) huwa assolutament importanti li tkun assigurata l-kontinwità tas-servizz, għal tul ta' żmien limitat u sakemm ikunu adottati l-miżuri ta' rimedju speċifikati fit-8 paragrafu ta' dan l-Artikolu;
(ċ) twarrib ta' dan it-tip se jkun disproporzjonat fuq il-bażi tal-kriterji li hemm referenza għalihom fit-3 paragrafu ta' dan l-Artikolu.
Barra minn hekk, il-punt (a) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu mhux se japplika fil-każ ta' xiri ta' provvisti fuq termini partikolarment vantaġġużi kemm mingħand il-fornitur li jkun qiegħed definittivament jagħlaq l-attivitajjiet tan-negozju tiegħu jew tal-likwidaturi fi proċedura ta' falliment, arranġament ma' kredituri, jew proċedura simili taħt il-liġi nazzjonali.
Fil-każi ta' nuqqas ta' twarrib li hemm referenza għalih fl-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ta' dan il-paragrafu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tispeċifika r-raġunijiet għalfejn ma twarrabx l-operatur ekonomiku u tinforma lill-penil li hemm referenza għalih fl-Artikolu 108 ta' dawk ir-raġunijiet.
8. Il-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 7, li jagħtu rimedju f'sitwazzjoni ta' twarrib jistgħu jinkludu, b'mod partikolari:
(a) miżuri għall-identifikazzjoni tal-oriġini tas-sitwazzjonijiet li jwasslu għal twarrib u miżuri konkreti tekniċi, organizzazzjonali u tal-persunal fi ħdan il-qasam tan-negozju rilevanti tal-operatur ekonomiku, xierqa biex jikkoreġu l-kondotta u ma jħallux li dan jerġa' jiġri;
(b) prova li l-operatur ekonomiku adotta l-miżuri biex jikkompensa jew iwieġeb għad-dannu jew ħsara li ġew ikkawżati lill-interessi finanzjarj tal-Unjoni billi jissottolinea l-fatti li wasslu għas-sitwazzjoni ta' twarrib;
(ċ) prova li l-operatur ekonomiku ħallas jew assigura l-pagament ta' kull penalità imposta mill-awtorità kompetenti jew kull taxxa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li hemm referenza għalihom fil-punt (b) tal-1 paragrafu.
9. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, meta tqis, fejn applikabbli, għar-rakkomandazzjoni riveduta tal-penil li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 108, sejra, mingħajr dewmien, tirrevedi d-deċiżjoni tagħha biex twarrab lill-opratur ekonomiku ex officio jew fuq talba tal-operatur ekonomiku, fejn dan tal-aħħar wettaq il-miżuri ta' rimedju b'mod suffiċjenti biex juri l-kredibbiltà tiegħu jew li pprovda elementi ġodda fejn bihom juri li s-sitwazzjoni ta' twarrib li hemm referenza għaliha fl-1 paragrafu ta' dan l-Artiklu ma teżistix aktar.
10. Il-kandidat jew dak li qed jitfa' l-offerta se jiddikjara, fil-mument tat-tfigħ tat-talba għas-sehem jew tal-offerta, jekk jinsabx f'1 mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 107(1), u, fejn applikabbli, jekk wettaqx miżuri ta' rimedju li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. Fejn xieraq, il-kandidat jew dak li qed jifta' l-offerta se jipprovdi l-istess dikjarazzjoni ffirmata minn entità li se jiddependi fuq il-ħila tagħha. Madankollu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' twarrab dawn il-ħtiġijiet għal kuntratti b'valur baxx ħafna li jridu jkunu ddefiniti fl-atti ddelegati skont l-Artikolu 210.
11. Meta jkun mitlub mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt u fejn ikun meħtieġ li tkun assigurata t-tmexxija xierqa tal-proċedura, il-kandidat jew dak li jitfa' l-offerta kif ukoll l-entità li fuq il-ħila tagħha l-kandidat jew dak li qed jitfa' l-offerta għandu l-ħsieb li jiddependi, se jipprovdi:
(a) xhieda xierqa li l-kandidat, dak li qed jitfa' l-offerta jew l-entità ma jinsabux f'1 mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib li hemm referenza għalihom fl-1 paragrafu;
(b) informazzjoni fuq persuni li huma membri tal-korp amministrattiv, tal-immaniġġjar jew tas-sorveljanza tal-kandidat, dak li qed jitfa' l-offerta jew l-entità jew min għandu l-poteri tar-rappreżentanza, it-teħid ta' deċiżjonijiet jew kontroll fejn jidħol dak il-kandidat, dak li jitfa' l-offerta jew l-entità u xhieda xierqa li persuna 1 jew diversi persuni ma jinsabux f'1 mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib li hemm referenza għalihom fil-punti (ċ) sa (f) tal-1 paragrafu;
(ċ) xhieda xierqa li l-persuni naturali jew legali li jassumu responsabbiltà limitata għad-djun ta' dak il-kandidat, dak li qed jitfa' l-offerta jew l-entità f'sitwazzjoni ta' twarrib li hemm referenza għaliha fil-punt (a) jew (b) tal-1 paragrafu.
12. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tapplika wkoll il-paragrafi 1 sa 11 lis-sottokuntrattur.
F'każ bħal dan, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se jkun jeħtiġilha li l-kandidat jew dak li qed jitfa' l-offerta jibdel sottokuntrattur jew entità li fuq il-ħila tagħhom il-kandidat jew dak li qed jitfa' l-offerta għandu l-ħsieb li jiddependi, li hija sitwazzjoni li twassal għal twarrib.
13. Sabiex ikun assigurat l-effett deterrent, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista', meta tqis, fejn applikabbli, għar-rakkomandazzjoni tal-penil li hemm referenza għalih fl-Artikolu 108, timponi penalità finanzjarja fuq l-operatur ekonomiku li kien ipprova jkollu aċċess għall-fondi tal-Unjoni billi jieħu sehem jew jitlob li jieħu sehem fi proċedura ta' ksib filwaqt li, mingħajr ma jkun iddikjara dan bi qbil mal-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, f'1 mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib li ġejjin:
(a) fejn jidħlu s-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (ċ), (d), (e) u (f) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu, bħala alternattiva għal deċiżjoni biex jitwarrab l-operatur ekonomiku, fejn dan it-twarrib se jkun sproporzjonat fuq il-bażi tal-kriterji li hemm referenza għalihom fit-3 paragrafu ta' dan l-Artikolu;
(b) fejn jidħlu s-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (ċ), (d) u (e) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu, minbarra t-twarrib li huwa meħtieġ biex tingħata protezzjoni lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fejn l-operatur ekonomiku kien adotta kondotta sistemika u rikorrenti bl-intenzjoni li b'mod indeċenti jikseb fondi tal-Unjoni.
L-ammont tal-penalità finanzjarja se jirrappreżenta bejn 2 % u 10 % tal-valur totali tal-kuntratt.
14. It-tul tat-twarrib mhux xe jaqbeż xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) it-tul. jekk hemm, issettjat minn sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali ta' Stat Membru;
(b) 5 snin għall-każi li hemm referenza għalihom fil-punt (d) tal-1 paragrafu:
(ċ) 3 snin għall-każi li hemm referenza għalihom fil-punti (ċ), (e) u (f) tal-1 paragrafu:
Operatur ekonomiku mhux se jitħalla jieħu sehem sakemm ikun f'1 mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-1 paragrafu.
15. Il-perijodu ta' limitazzjoni biex ikunu esklużi u/jew imposti l-penalitajiet finanzjarji tal-operatur ekonomiku se jkun ta' 5 snin ikkalkolati minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) id-data tal-kondotta li wasslet għat-twarrib jew, fil-każ ta' atti kontinwi jew ripetuti, id-data li fiha tieqaf din il-kondotta, fil-każi li hemm referenza għalihom fil-punti (b), (ċ). (d) u (e) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu;
(b) id-data tas-sentenza finali ta' ġurisdizzjoni nazzjonali jew tad-deċiżjoni amministrattiva finali fil-każi li hemm referenza għalihom fil-punti (b), (ċ) u (d) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu.
Il-perijodu ta' limitazzjoni se jkun interrott permezz ta' att tal-Kummissjoni, l-OLAF, il-penil li hemm referenza għalih fl-Artikolu 108 jew ta' kull entità involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit, innotifikat lill-operatur ekonomiku u b'rabta ma' investigazzjonijiet jew proċeduri ġudizzjarji. Perijodu ġdid ta' limitazzjoni se jibda jiddekorri fil-ġurnata wara l-interruzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (f) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu, se japplika l-perijodu ta' limitazzjoni li se jeskludi u/jew jimponi penalitajiet finanzjarji fuq l-operatur ekonomiku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95.
Fejn il-kondotta tal-operatur ekonomiku tikkwalifika taħt diversi mir-raġunijiet li jidhru ġewwa lista fl-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu, se japplika l-perijodu ta' limitazzjoni tal-aktar serji fost dawk ir-raġunijiet.
16. Sabiex, fejn ikun meħtieġ, ikun irrinfurzat l-effett deterrent tat-twarrib u/jew tal-penalità finanzjarja, il-Kummissjoni sejra, suġġetta għal deċiżjoni tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha l-informazzjoni li ġejja marbuta mat-twarrib u, fejn applikabbli, il-penalità finanzjarja fil-każi li hemm referenza għalihom fil-punti (ċ), (d), (e) u (f) tal-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu:
(a) l-isem tal-operatur ekonomiku kkonċernat;
(b) is-sitwazzjoni ta' twarrib permezz tar-referenza fl-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu;
(ċ) it-tul ta' żmien tat-twarrib u/jew l-ammont tal-penalità finanzjarja.
Fejn id-deċiżjoni dwar it-twarrib u/jew il-penalità finanzjarja ttieħdet fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni preliminari kif hemm referenza għaliha fit-2 paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-pubblikazzjoni se tindika li mhemmx sentenza finali jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali. F'dawk il-każijiet, l-informazzjoni dwar xi appelli, l-istatus u r-riżultati tagħhom, kif ukoll kull deċiżjoni tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt li ġiet irreveduta, se tkun ippubblikata mingħajr dewmien. Fejn ġiet imposta penalità finanzjarja, il-pubblikazzjoni se tindika wkoll jekk il-penalità ġietx imħallsa.
Id-deċiżjoni għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni tittieħed mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratrt kemm wara l-ġudizzju finali rilevanti jew, fejn applikabbli, deċiżjoni finali amministrattiva, jew wara r-rakkomandazzjoni tal-penil li hemm referenza għalih fl-Artikolu 108, skont il-każ. Id-deċiżjoni se jkollha effett 3 xhur wara n-notifika tagħha lill-operatur ekonomiku.
L-informazzjoni ppubblikata se titneħħa hekk kif it-twarrib jasal fit-tmiem tiegħu. Fil-każ tal-penalità finanzjarja, il-pubblikazzjoni se titneħħa 6 xhur wara l-pagament ta' dik il-penalità.
Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn id-dejta personali hija kkonċernata, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tinforma lill-operatur ekonomiku dwar id-drittijiet tiegħu taħt ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta u tal-proċeduri disponibbli għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet.
17. L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 16 ta' dan l-Artikolu mhux se tkun ippubblikata fi kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) fejn huwa meħtieġ li tkun ippreservata l-kunfidenzjalità ta' investigazzjoni jew ta' proċeduri nazzjonali ġudizzjarji;
(b) fejn il-pubblikazzjoni se tikkawża dannu sproporzjonat lill-operatur ekonomiku kkonċernat jew b'xi mod ieħor sejra tkun sproporzjonata fuq il-bażi tal-kriterji tal-proporzjonalità kif jidhru fit-3 paragrafu ta' dan l-Arikolu u tal-ammont tal-penalità finanzjarja;
(ċ) fejn persuna naturali hija kkonċernata, sakemm il-pubblikazzjoni ta' dejta personali hija ġġustifikata b'mod eċċezzjonali, inter alia, permezz tal-gravità tal-kondotta jew tal-impatt tagħha fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'każi bħal dawn, id-deċiżjoni li tkun ippubblikata l-informazzjoni se tqis kif xieraq id-dritt għall-privatezza u drittijiet oħra li hemm provvediment għalihom fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
18. Il-Kummissjoni se tingħata s-saħħa biex tadotta atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 210 li jikkonċerna regoli ddettaljati fuq il-kontenut tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-10 paragrafu ta' dan l-Artikolu, dwar ix-xhieda li hemm referenza għaliha fil-punt (a) tal-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu, li operatur ekonomiku ma jkunx jinsab f'1 mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib, inkluż permezz ta' referenza għad-Dokument ta' Ksib Singolu Ewropew kif ipprovdut fl-Artikolu 59(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u fuq is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt ikollha l-ħtieġa li jkunu sottomessi dikjarazzjoni jew xhieda bħal din.
Artikolu 107 — Twarrib minn proċedura ta' ksib partikolari:
1. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt ma tistax tagħti kuntratt għal proċedura ta' ksib partikolari lil operatur ekonomiku li:
(a) jinsab f'sitwazzjoni ta' twarrib determinata bi qbil mal-Artikolu 106;
(b) qarraq bl-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għas-sehem fil-proċedura jew naqas milli jagħti dik l-informazzjoni;
(ċ) qabel kien involut fit-tħejjija tad-dokumenti tal-ksib fejn dan iwassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni li ma jistax jingħata rimedju ieħor għalih.
2. Qabel tittieħed deċiżjoni biex jitwarrab operatur ekonomiku minn proċedura ta' ksib partikolari, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tagħti l-opportunità lill-operatur ekonomiku biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, sakemm it-twarrib ma kienx iġġustifikat bi qbil mal-punt (a) tal-1 paragrafu b'deċiżjoni ta' twarrib meħuda fir-rigward tal-operatur ekonomiku, wara eżami tal-osservazzjonijiet tagħha.
3. Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 210 li jikkonċerna regoli ddettaljati fuq il-miżuri biex ikun evitat tfixkil tal-kompetizzjoni u fuq id-dikjarazzjoni u l-evidenza li operatur ekonomiku ma jinsabx f'xi 1 mis-sitwazzjonijiet li jidhru fil-lista fl-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu.'
(...)
Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jissottomettu dokumenti li jsostnu meħtieġa taħt il-provvedimenti tad-dokumenti tal-istedina għall-offerti.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jissottomettu dokumenti li jsostnu meħtieġa taħt il-provvedimenti tad-dokumenti tal-istedina għall-offerti.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: dak li qed jitfa' l-offerta għandu jagħtu prova ta' dħul minimu annwali ta' EUR 800 000 matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu fid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż dwar il-kuntratt.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jissottomettu dokumenti li jsostnu meħtieġa taħt il-provvedimenti tad-dokumenti tal-istedina għall-offerti.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
dak li qed jitfa' l-offerta għandu jipprovdi prova ta' preżenza fir-reġistru tal-kummerċ b'oġġettiv irrelatat għal dak taħt dan il-kuntratt.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
06A50/2014/M078.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
7.3.2016 - 17:00
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
f’jiem: 180 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 14.3.2016 - 9:30

Post:

rue Montoyer 70, Bruxelles, IL-BELĠJU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Il-Parlament Ewropew se jorganizza żjara fuq is-sit li se ssir fid-9.2.2016 (fl-10:00).
Il-post tal-laqgħa se jkun fid-daħla taċ-ċentru tal-akkreditazzjoni fil-Binja Altiero Spinelli fi Brussell (ara l-mappa mehmuża mal-klawsoli amministrattivi).
Jistgħu jattendu sa 2 rappreżentanti għal kull kumpanija.

Sabiex tħejji l-'pass' għad-dħul tiegħek, jekk jogħġbok ipprovdi permezz ta' Email (preferibbilment) fuq l-indirizz li ġej: inlo.ao-bru@ep.europa.eu

jew bil-posta f'dan l-indirizz: Il-Parlament Ewropew, direction générale des infrastructures et de la logistique, unité des contrats et marchés publics, bureau MTY 08R003, rue Wiertz 60, 1047 Bruxelles, IL-BELĠJU,
l-informazzjoni li ġejja mill-inqas jumejn (2) tax-xogħol qabel iż-żjara:
— l-isem uffiċjali tal-kumpanija tiegħek,
— l-indirizz tal-Email tal-kumpanija tiegħek,
— l-isem, it-titlu, in-numru tal-karta tal-identità u d-data tat-twelid ta' dawk kollha li qed jieħdu sehem fiż-żjara.
Ir-rappreżentanti tiegħek irid ikollhom fuqhom għamla ta' identifikazzjoni valida.
NB: jekk wieħed jonqos milli jibgħat l-informazzjoni mitluba hawn fuq f'waqtha, dan jista' jwassal biex is-servizzi tas-sigurtà tal-Parlament Ewropew ma jagħtux aċċess lir-rappreżentanti ta' min qiegħed jitfa' l-offerti.
Ir-reġistrazzjoni għaż-żjara fuq is-sit se tkun ikkonfermata permezz ta' Email jew faks.
Xi spejjeż tal-ivvjaġġar liż-żjara fuq is-sit għandhom jitħallsu minn dawk li jitfgħu l-offerta u m'humiex se jintraddu lura mill-Parlament Ewropew.
Is-sehem fiż-żjara fuq is-sit huwa mandatarju. huma dawk biss li jattendu li se jitħallew jitfgħu l-offerti. Il-firma fir-reġistru tal-attendenza se sservi bħala prova tal-parteċipazzjoni.

Id-dokumentazzjoni tal-istedina għall-offerti tista' titniżżel mill-indirizz tal-konnessjoni li ġejja: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1181

VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell
VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
6.1.2016