Fornituri - 48108-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

11/02/2015    S29

l-Italja-Ispra: Provvista ta' ikel (ħobż, ikel magħmul mill-għaġina, ħut) għall-kantin taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka f'Ispra VA, l-Italja

2015/S 029-048108

Avviż dwar kuntratt

Provvisti

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea
Indirizz postali: CSM 1 05/43
Belt: Ispra VA
Kodiċi postali: 21027
Pajjiż: L-Italja
Persuna ta’ kuntatt: L-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika — Brussell
Għall-attenzjoni ta’: OIB.DR.2 Il-Finanzi u l-Ksib Pubbliku
Posta elettronika: oib-marches-publics@ec.europa.eu
Telefown: +32 22986989
Feks: +32 22960570

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://ec.europa.eu

Indirizz tal-profil tax-xerrej: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=705

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Provvista ta' ikel (ħobż, ikel magħmul mill-għaġina, ħut) għall-kantin taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka f'Ispra VA, l-Italja.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Provvisti
Xiri

Kodiċi NUTS ITC41 Varese

II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’diversi operaturi
Għadd tal-parteċipanti għall-ftehim qafas previst: 3

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien f’xhur: 48

Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas

Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 1 050 000 u 1 150 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkonsidra d-dħul f'oqfsa ta' kuntratti multipli suċċessivi għax-xiri u l-kunsinna ta' ikel liċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.
Il-kuntratt huwa magħmul minn 3 lottijiet:
— l-1 lott: ħobż u prodotti tal-ikel magħmula mill-għaġina,
— it-2 lott: prodotti tal-ikel magħmula mill-għaġina,
— it-3 lott: ħut frisk, iffriżat u fil-bottijiet.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

15811000 Prodotti mill-ħobż, 15812000 Oġġetti ta' l-għaġina u kejkijiet, 03310000 Ħut, krostaċej u prodotti akkwatiċi

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: iva
L-offerti jistgħu jintbagħtu għal lott wieħed jew aktar
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 48 (mill-għoti tal-kuntratt)

Informazzjoni dwar il-lottijiet

Nru tal-lott: 1 Titlu: Ħobż u prodotti tal-ikel magħmula mill-għaġina
1)Deskrizzjoni qasira
Provvista ta' ħobż u ikel magħmul mill-għaġina għall-kantin taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka f'Ispra VA, l-Italja.
2)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

15811000 Prodotti mill-ħobż

3)Kwantità jew ambitu
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 230 000 u 255 000 EUR
4)Indikazzjoni dwar data differenti għat-tul ta' żmien tal-kuntratt jew bidu/tlestija
5)Informazzjoni addizzjonali dwar il-lottijiet
Nru tal-lott: 2 Titlu: Prodotti tal-ikel magħmula mill-għaġina
1)Deskrizzjoni qasira
Provvista ta' ikel magħmul mill-għaġina għall-kantin taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka f'Ispra VA, l-Italja.
2)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

15812000 Oġġetti ta' l-għaġina u kejkijiet

3)Kwantità jew ambitu
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 290 000 u 325 000 EUR
4)Indikazzjoni dwar data differenti għat-tul ta' żmien tal-kuntratt jew bidu/tlestija
5)Informazzjoni addizzjonali dwar il-lottijiet
Nru tal-lott: 3 Titlu: Ħut frisk, iffriżat u fil-bottijiet
1)Deskrizzjoni qasira
Provvista ta' ħut frisk, iffriżat u fil-bottijiet għall-kantin taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka f'Ispra VA, l-Italja.
2)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

03310000 Ħut, krostaċej u prodotti akkwatiċi

3)Kwantità jew ambitu
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 530 000 u 570 000 EUR
4)Indikazzjoni dwar data differenti għat-tul ta' żmien tal-kuntratt jew bidu/tlestija
5)Informazzjoni addizzjonali dwar il-lottijiet

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Ħlas fi żmien 30 jum kif mistqarr fil-provvedimenti tal-abbozz tal-kuntratt mehmuż mal-ispeċifikazzjonijiet.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Kull membru individwali tal-grupp għandu jikkonforma mal-kriterji li ma jwasslux għal twarrib. Il-grupp bħala entità waħda għandu jikkonforma mal-kriterji tal-għażla (ara punti III.2.2 u III.2.3) u l-membri differenti tal-grupp se jkunu responsabbli flimkien u individwalment għat twettiq tal-kuntratt.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: il-kuntrattur għandu jehmeż dettalji tal-identità (ara Anness I.1 tal-ispeċifikazzjonijiet), u d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt punt III.2 'Kondizzjonijiet għas-sehem' ta' dan l-avviż u fil-lista fl-Anness I tal-ispeċifikazzjonijiet.
Min qiegħed jitfa' l-offerti għandu jehmeż prova permezz tad-dokumenti bl-isem tal-pajjiż fejn għandu l-uffiċċju ewlieni tiegħu jew fejn joqgħod, kif meħtieġ skont il-liġi tal-pajjiż fejn joqgħod.

Min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jehmeż stqarrija solenni ffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' żżommu milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. Id-dikjarazzjoni solenni għandha tieħu l-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, fis-sħuħija tagħha: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

NB: dak li jirbaħ il-kuntratt għandu jagħti l-evidenza dokumentata li ġejja f'appoġġ għad-dikjarazzjoni solenni qabel il-firma tal-kuntratt, inkella jitwarrab:
— silta riċenti minn dokument ġudizzjarju jew, fin-nuqqas ta' dan, dokument tal-istess tip maħruġ dan l-aħħar minn entità ġudizzjarja jew amministrattiva xierqa fil-pajjiż fejn joqgħod min qiegħed jitfa' l-offerta, li juri li mhux fallut jew qiegħed jingħalaqlu n-negozju, l-affarijiet tiegħu m'humiex qegħdin ikunu amministrati mill-qorti, ma daħalx fi ftehim mal-kredituri, ma waqqafx l-attivitajiet tan-negozju, mhux is-suġġett ta' proċeduri ta' dan it-tip, lanqas ma jinsab f'xi sitwazzjoni bħal din li ġejja minn proċedura tal-istess tip skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali,
— silta riċenti minn dokument ġudizzjarju jew, fin-nuqqas ta' dan, dokument tal-istess tip maħruġ dan l-aħħar minn entità ġudizzjarja jew amministrattiva fil-pajjiż fejn joqgħod dak li qiegħed jitfa' l-offerta, li juri li ma kienx instab ħati ta' nuqqas marbut mal-imġiba professjonali tiegħu permezz ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' 'res judicata' u ma kienx is-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' 'res judicata' minħabba frodi, korruzzjoni, jew għax kien midħla ta' xi organizzazzjoni kriminali jew kull attività illegali oħra li tmur kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,
— ċertifikat maħruġ riċenti minn korp xieraq fil-pajjiż fejn joqgħod dak li jitfa' l-offerta, li juri li ħallas l-obbligi tiegħu fejn għandu x'jaqsam il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali,
— ċertifikat riċenti maħruġ minn korp xieraq fil-pajjiż fejn joqgħod dak li jitfa' l-offerta, li jistqarr li hu wettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu fejn jidħol il-ħlas ta' taxxi (taxxi diretti u l-VAT) skont il-provvedimenti legali fil-pajjiż imsemmi.
Jekk ma jinħarġu l-ebda dokumenti jew ċertifikati bħal dawn fil-pajjiż li għandu x'jaqsam, minflok tista' ssir stqarrija taħt ġurament jew, fin-nuqqas ta' dan, stqarrija solenni magħmula minn dak li qiegħed jitfa' l-offerta quddiem entità ġudizzjarja jew amministrattiva, nutar jew entità professjonali kkwalifikata fil-pajjiż imsemmi.
NB: fil-każ li jingħataw il-kuntratt, il-gruppi għandhom jagħtu l-istqarrija solenni meħtiega flimkien mad-dokumenti u t-tagħrif li jsostnu, għal kull membru individwali.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: dak li jitfa' l-offerta għandu jipprovdi:
— kopji tal-istqarrijiet finanzjarji (il-karti bilanċjali u tal-kontijiet imħaddma) għat-3 snin finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ annwali ta' qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, dak li qed jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, għandu jehmeż rendikont tal-qligħ fis-sena qabel it-taxxa għal dawn l-aħħar 3 snin. Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew l-istqarrija juru medja ta' telf matul dawn l-aħħar sentejn (3), min qiegħed jitfa' l-offerta jrid jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa minn terza entità (e.g. il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand l-awdituri, il-professjonisti kkwalifikati li jżommu l-kontijiet jew dokumenti tal-istess tip.
— stqarrija dwar id-dħul kollu fis-sena matul it-3 snin finanzjarji li għaddew,
— għal kull lott, stqarrija li turi d-dħul annwali speċifiku li twettaq fis-settur kopert mil-lott(ijiet) matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: biex wieħed jingħażel, dak li jitfa' l-offerta għandu jipprovdi prova tad-dħul medju annwali għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji ta':
l-1 lott (ħobż u prodotti tal-ikel magħmula mill-għaġina): EUR 25 000;
it-2 lott (prodotti tal-ikel magħmula mill-għaġina): EUR 30 000;
it-3 lott (ħut): EUR 50 000.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
— prova ta' mill-inqas 3 snin ta' esperjenza fil-qasam tal-attività li għandu x'jaqsam ma' dan il-kuntratt. Għal dan il-għan, dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi kopja tad-dħul tiegħu fir-reġistru professjonali u tal-kumpaniji (CCIAA) jew stqarrija taħt ġurament jew ċertifikat, skont il-provvedimenti tal-pajjiż fejn joqgħod,
— prova li min qiegħed jitfa' l-offerti jimxi mal-leġislazzjoni nazzjonali u tal-Komunità li tinsab fis-seħħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-HACCP (Analiżi tal-Perikli u Punt Kritiku tal-Kontroll). Il-mezzi ta' prova aċċettati: kopja tal-manwal HACCP jew ċertifikati tal-istess tip,
— prova li dak li jitfa' l-offerta għandu sistema ta' awto-spezzjoni u traċċabilità li tista' toqgħod fuqha (ir-Regolament (KE) Nru 178/2002). Il-mezzi ta' prova aċċettati: kopja tar-reġistru tal-oriġini tal-baċċijiet u tal-ingredjenti.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
OIB.DR.2/PO/2014/091/646.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
8.4.2015 - 17:30
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 16.4.2015 - 10:00

Post:

L-offerti se jinfetħu fl-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika, Il-Binja 1 Cours Saint Michel, rue Père de Deken 23, il-kamra SDR 05/029, 1040 Brussels, IL-BELĠJU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: rappreżentant 1 awtorizzat kif suppost għal kull min jitfa' l-offerti jista' jkun preżenti għall-ftuħ tal-offerti, jew fi Brussell jew f'Ispra. Għandhom jiġu ppreżentati passaport jew karta tal-identità.
Dawk li jitfgħu l-offerti li jixtiequ jattendu għandhom jinfurmaw lit-Taqsima OIB DR.2 tal-'Finanzi u l-Ksib Pubbliku' permezz ta' faks jew Email (ara d-dettalji mogħtija f'punt I.1) mill-inqas jumejn ta' xogħol qabel is-sessjoni tal-ftuħ tal-offerti.
Is-sessjoni tal-ftuħ se tiġi trasmessa permezz ta' konferenza bil-vidjow għall-JRC f'Ispra fl-indirizz li ġej: via E. Fermi 2749, 21027 Ispra VA, L-ITALJA, il-Binja 66 – TP 660.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: iva
Żmien stmat biex jiġu ppubblikati aktar avviżi: 36 xahar wara l-għoti.
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali

1) L-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti addizzjonali (inklużi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet) jistgħu jitniżżlu mill-indirizz tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=705

Il-partijiet interessati huma mistiedna jirreġistraw permezz tas-sit tal-Internet. Wara dan huma jkunu nnotifikati mis-sistema ta' ksib pubbliku fuq l-Internet dwar xi aġġornamenti disponibbli għal din l-istedina għall-offerti. Dawk il-partijiet li ma jkunux irreġistrati fuq is-sit huma mitluba biex jikkonsultawh regolarment. Il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli jekk dawk li jitfgħu l-offerti jonqsu milli jagħtu kas ta' xi tagħrif addizzjonali mogħti dwar din l-istedina għall-offerti fuq is-sit tal-Internet.
Is-sit se jkun aġġornat b'mod regolari u hi r-responsabbiltà ta' dawk li jitfgħu l-offerti li jiċċekkjaw jekk hemmx aġġornamenti u emendi waqt il-perijodu għat-tfigħ tal-offerti.
Aktar informazzjoni dwar it-termini tal-kuntratt, it-tiġdid tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, il-livelli minimi tal-ħila li huma meħtieġa, l-istima tal-volum sħiħ tal-kuntratt, eċċ. jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet li jistgħu jinkisbu mis-sit tal-Internet imsemmi qabel. Mhijiex se tinħareġ verżjoni stampata. Wara li kien iċċertifikat skont l-'EMAS' mill-2005 'il quddiem, l-UIL (Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika) jadotta attitudni favur l-ambjent. L-'EMAS' hija l-iskema tat-tmexxija u l-verifika ekoloġika, l-istrument volontarju tal-UE li jintuża mill-organizzazzjonijiet biex itejjeb it-twettiq ambjentali.

2) Għal aktar tagħrif fuq is-sehem fl-istediniet għall-offerti u fuq is-sekwenza tal-proċeduri għall-ksib pubbliku fl-OIB, jekk jogħġbok ikkonsulta l-'Gwida għal dawk li jitfgħu l-offerti' u l-fuljett 'In-negozju mal-Kummissjoni Ewropea', li huwa aċċessibbli permezz tas-sit: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

3) Il-qafas ta' kuntratt se jdum għal massimu ta' 4 snin; sena 1 bit-tiġdid permezz ta' ftehim taċitu għal 3 perijodi ta' sena 1 (=1+1+1+1).
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew ma jfissirx li se jwassal biex iwaqqaf dan il-perijodu, jew biex jinfetaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
30.1.2015