Are you an ambitious procurement expert with recent publications? Check out the TED Ambassador award, our competition that aims to identify and reward research in the field of public procurement. Apply here by 28 April 2023.

Servizzi - 70158-2016

Uri l-lista b'inqas dettalji

02/03/2016    S43

il-Belġju-Brussell: avviż ta' tagħrif AMBJENTALI minn qabel għall-2016

2016/S 043-070158

 1.L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt:

Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for the Environment, Unit SRD.2 — Finance, BU-9 01/005, 1049 Brussels, IL-BELĠJU. Telefown (+32-2-296.00.08). Email: env-tenders@ec.europa.eu
 2.Ksib maħsub għall-2016:

ENV A.1 — l-innovazzjoni ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
L-istudju tal-implimentazzjoni tal-EMAS — aktar integrazzjoni tal-EMAS fil-leġislazzjoni tal-UE u nazzjonali, l-iżvilupp ta' eżenzjoni regolatorja u aġġornament tad-derogi tal-IŻM; f'April tal-2016; 150 000; SER;
l-implimentazzjoni tal-iskema ecolabel tal-UE fil-qasam tar-rappreżentazzjoni tal-partijiet interessati; f'April tal-2016; 120 000; SER;
l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-konformità tal-Artiklu 11.1 tar-Regolament Ecolabel tal-UE; f'Ġunju tal-2016; 100 000; SER;
l-appoġġ għall-politiki potenzjali li jimplimentaw il-metodi li jħallu effett ambjentali; f'Mejju tal-2016; 100 000; SER;
l-iżvilupp ta' 24 mudell PEFCR u żewġ (2) mudelli OEFSR; f'April tal-2016; 280 000; SER;
il-komunikazzjoni fuq u l-promozzjoni ta' għodod u politiki tal-ekonomija ċirkulari (il-komunikazzjoni fuq l-ecolabel tal-UE, l-EMAS, l-ETV u l-innovazzjoni ekoloġika); f'Ġunju tal-2016; 1 200 000 (300 000 x 4); SER.
ENV A.2 — l-immaniġġjar tal-iskart u r-riċiklaġġ:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-istudju dwar il-PCB; f'Mejju tal-2016; 170 000; ETU.
ENV A.3 — il-kimiki:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-għajnuna xjentifika u teknika għal aktar żvilupp u manutenzjoni ta' indikaturi biex jissorveljaw il-benefiċċji ambjentali u tas-saħħa REACH; f'Ġunju tal-2016; 250 000; ETU;
l-istudju b'appoġġ għall-formulazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġija ambjentali mhux tossika; f'Mejju tal-2016; 200 000; ETU;
l-istudju dwar il-kwistjonijiet legali u tal-politika fil-konnessjoni tal-iskart tal-prodotti kimiċi marbuta mal-ekonomika ċirkulari; f'Ġunju tal-2016; 250 000; ETU.
ENV B.1 — il-biedja, il-foresti u l-ħamrija:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tematika tal-ħamrija; f'April tal-2016; 360 000 (120 000 x 3); SER.
ENV B.2 — il-bijodiversità:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-appoġġ tekniku u xjentifiku fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22.10.2014 dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-introduzzjoni u l-firxa ta' speċi aljeni invażivi; f'April tal-2016; 1 350 000 (450 000 x 3); SER;
l-ispeċi aljeni invażivi — l-iżvilupp tal-valutazzjoni tar-riskju biex jindirizza l-ispeċi ta' prijorità u jtejjeb il-prevenżjoni; f'Ġunju tal-2016; 900 000 (300 000 x 3); ETU;
l-appoġġ tekniku marbut mat-2 mira tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-UE tal-2020 — iż-żamma u r-restawr tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom; f'Mejju tal-2016; 870 000 (290 000 x 3); SER;
il-pjattaforma tan-negozju u l-bijodiversità; f'Mejju tal-2016; 300 000 (100 000 x 3); SER;
l-appoġġ tekniku għall-aktar żvilupp tal-kontabilità tal-kapital naturali; f'Mejju tal-2016; 420 000 (140 000 x 3); SER.
ENV B.3 — in-natura:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-appoġġ tekniku u xjentifiku għall-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Għasafar u l-Abitati; f'April tal-2016; 1 800 000 (600 000 x 3); SER;
it-tkomplija tal-valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kontrolli ; f'April tal-2016; 500 000; SER;
il-valutazzjoni tal-movitazzjonjiet ewlenin tal-implimentazzjoni b'suċċess tad-Direttivi tan-Natura; f'Mejju tal-2016; 125 000; ETU;
l-iskema ta' għotjiet ta' Natura 2000; f'April tal-2016; 1 200 000 (600 000 x 2); SER;
it-tnaqqis tal-mard amfibju infettiv ġdid biex jikkumbatti t-telf tal-bijodiversità Ewropea kif mitlub mid-Direttiva tal-Abitati; f'Mejju tal-2016; 900 000; SER;
it-tnaqqis tal-impatt tal-iżvilupp tat-turbini tar-riħ u l-enerġija l-oħra li tiġġedded fuq il-popolazzjonijiet tal-friefet il-lejl, l-għasafar u l-annimali marini u r-rotot ta' migrazzjoni tagħhom; f'Ġunju tal-2016; 1 000 000; SER.
ENV C.1 — l-ilma:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-evalwazzjoni, ir-reviżjoni u l-iżvilupp tal-politika tal-ilma tal-UE; f'Marzu tal-2016; 12 000 000 (3 000 000 x 4 snin); FRA;
l-istudju dwar il-benefiċċji ekonomiċi tal-politika tal-ilma tal-UE u l-ispejjeż tan-nuqqas ta' implimentazzjoni; f'April tal-2016; 500 000; SER;
l-operazzjoni tas-segretarjat tal-EIP (dwar l-ilma); f'Marzu tal-2016; 500 000; SER;
il-valutazzjoni tal-għażliet tal-politika għall-immaniġġjar tan-nutrijenti b'mod sostenibbli; f'April tal-2016; 300 000; SER.
ENV C.2 — l-ambjent marittimu u l-industrija tal-ilma:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
il-kuntratt ta' servizz għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fuq il-Qafas tal-Istrateġija Marittima (id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill); f'Marzu tal-2016; 1 500 000 (500 000 x 3); SER;
il-kuntratt ta' servizz għall-appoġġ tal-attivitajiet irrelatati mal-politika tal-UE fuq l-immaniġġjar integrat tal-kosta u l-ippjanar spazjali marittimu; f'Marzu tal-2016; 600 000 (200 000 x 3); SER;
il-qafas ta' kuntratt għal servizzi rrelatati mal-koordinazzjoni bejn reġjuni marittimi differenti fl-implimentazzjoni tal-approwċ tal-ekosistema; f'Marzu tal-2016; 8 000 000 (4 000 000 x 2); FRA;
il-qafas ta' kuntratt għas-servizzi li jappoġġjaw il-ksib ta' stat ambjentali tajjeb fl-ilmijiet marittimi taħt id-Direttiva fuq il-Qafas tal-Istrateġija Marittima; f'Marzu tal-2016; 12 000 000 (6 000 000 x 2); FRA.
ENV C.3 — l-arja:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-appoġġ lill-Forum tal-Arja Nadifa Ewropew u l-gruppi ta' esperti; f'Mejju tal-2016; 275 000; SER;
it-trawwim tal-ħila għall-QA/QC għall-inventarji tal-emissjoni; fi Frar tal-2016; 1 000 000; SER;
il-prattiċi kurrenti fl-infurzar tal-fornituri tal-fjuwil marittimu u l-għażliet għat-titjib; f'Ġunju tal-2016; 75 000; SER;
l-appoġġ lid-djalogi tal-pajjiżi dwar arja nadifa; fi Frar tal-2016; 520 000; SER.
ENV D.2 — l-infurzar, il-politika ta' koeżjoni u s-semestru Ewropew, it-2 grupp:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
il-kooperazzjoni mal-imħallfin nazzjonali fil-qasam tal-liġi ambjentali; f'April tal-2016; 1 200 000 (iżjed minn 4 snin); FRA.
ENV D.3 — l-infurzar, il-politika ta' koeżjoni u s-semestru Ewropew, it-3 grupp:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
il-verifika tal-konformità tal-miżuri tal-Istati Membri għat-traspożizzjoni ta' direttivi fil-qasam tal-ambjent u l-valutazzjoni teknika tal-konformità tal-Istati Membri mal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE applikabbli (l-1 lott u t-2 lott); f'Marzu tal-2016; 5 200 000 (1 100 000 x 4 għall-1 lott) (200 000 x 4 għat-2 lott); FRA (4 snin).
ENV D.4 — it-tmexxija, it-tagħrif u r-rappurtaġġ:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
il-qafas ta' kuntratt dwar l-appoġġ amministrattiv, tekniku u legali għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tat-tmexxija ambjentali u l-politiki; fi Frar; 6 000 000 aktar minn 4 snin; FRA.
ENV E.1 — ir-relazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u bilaterali:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-istudju dwar l-impatt ambjentali tal-konsum taż-żejt tal-palma u dwar l-istandards tas-sostenibbiltà eżistenti; f'Mejju tal-2016; 100 000; ETU.
ENV E.2 — is-sostenibbilità globali, il-kummerċ u l-ftehimiet multilaterali:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament ABS tal-UE; f'Ġunju tal-2016; 130 000; SER;
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament tal-KE dwar il-Kummerċ tal-Annimali Selvaġġi; f'Marzu tal-2016; 350 000; SER;
is-servizzi ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-FLEGT u r-Regolament tal-Injam tal-UE; f'April tal-2016; 300 000; SER.
ENV F.1 — l-effiċjenza tar-riżorsi u l-analiżi ekonomika:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
l-iżvilupp ta' sett ta' indikaturi tal-ekonomika ċirkulari; f'Mejju tal-2016; 150 000; SER;
l-immudellar ġenerali tal-ambjent u l-poltiki ambjentali (OMEEP); f'Mejju tal-2016; 300 000; ETU;
l-iżvilupp ta' pjattaforma tal-Internet madwar l-UE għall-fjuwils tal-fossili mhux konvenzjonali; f'Mejju tal-2016; 250 000; SER;
l-appoġġ għall-istrateġiji ta' konsultazzjoni dwar il-miżuri regolatorji u/jew mhux regolatorji li għandhom jiġu żviluppati wara r-reviżjoni tal-effettività tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-22.1.2014 dwar il-prinċipji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (bħall-gass minn blat artab stratifikat li jitfarrak malajr magħmul mit-tajn jew tafal magħqud) permezz tat-tkissir idrawliku ta' volum għoli (2014/70/UE); f'Mejju tal-2016; 100 000; SER;
l-implimentazzjoni tal-konkluzzjonijiet tar-reviżjoni tal-effettività tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (2014/70/UE); f'Mejju tal-2016; 320 000; SER;
l-effiċjenza tar-riżorsi u l-impjiegi; f'Mejju tal-2016; 190 000; SER;
il-mudelli tan-negozju ġodda u l-ekonomika kollaborattiva; f'Mejju tal-2016; 170 000; SER.
ENV F.3 — l-għarfien, ir-riskji u l-ambjent urban:
it-titlu tal-proġett; ix-xahar proviżorju tal-pubblikazzjoni; il-baġit indikattiv f'EUR; it-tip ta' kuntratt (SER, ETU jew FRA):
il-kuntratt tal-aħbarijiet ta' twissija tax-xjenza għall-politika tal-ambjent; fi Frar tal-2016; 495 000 (165 000 x 3); SER;
il-qafas metodoloġiku għall-identifikazzjoni tar-riskji ambjentali emerġenti; f'Marzu tal-2016; 100 000; ETU.