Is-sit web tat-TED ilu lest għall-Formoli elettroniċi mit-02.11.2022. It-tfittxija nbidlet: jekk jogħġbok adatta l-mistoqsijiet esperti predefiniti tiegħek. Skopri l-bidliet fl- aħbarijiet tas-sit u fl- Paġni ta’ Għajnuna aġġornati.

Servizzi - 80766-2016

10/03/2016    S49

il-Belġju-Brussell: Servizzi ta' loġistika għall-immaniġġjar ta' oġġetti mobbli

2016/S 049-080766

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea
Indirizz postali: CSM 1 05/43
Belt: Brussell
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Persuna ta’ kuntatt: Office pour les infrastructures et la logistique
Posta elettronika: oib-marches-publics@ec.europa.eu
Telefown: +32 22986989
Faks: +32 22960570
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://ec.europa.eu
Indirizz tal-profil tax-xerrej: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1354
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Servizzi ta' loġistika għall-immaniġġjar ta' oġġetti mobbli.

Numru ta' referenza: OIB.DR.2/PO/2015/075/682
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
63120000 Servizzi tal-ħażna u tal-magażinaġġ
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Dan il-kuntratt jinvolvi servizzi ta' loġistika għall-immaniġġjar ta' oġġetti mobbli maħżuna f'imħażen kif ukoll diversi attivitajiet fuq is-sit u/jew f'imħażen.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 2 200 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
79991000 Servizzi ta' l-għadd tal-merkanzija u oġġetti oħrajn
50800000 Servizzi varji ta’ tiswija u tal-manutenzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Brussell.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Dan il-kuntratt jinvolvi servizzi ta' loġistika għall-immaniġġjar ta' oġġetti mobbli maħżuna f'imħażen kif ukoll diversi attivitajiet fuq is-sit u/jew f'imħażen.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 2 200 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

it-tagħrif u l-formalitajiet neċessarji għall-valutazzjoni jekk intlaħqux il-ħtiġijiet:

dak li jitfa' offerta għandu jehmeż dettalji tal-identità (ara l-Anness I.1 tal-ispeċifikazzjonijiet), u d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt il-punt III.1 'Kundizzjonijiet għas-sehem' ta' dan l-avviż u elenkati fl-Anness I tal-ispeċifikazzjonijiet.

Dak li jitfa' offerta għandu jehmeż prova dokumentarja bl-isem tal-pajjiż fejn għandu l-uffiċċju ewlieni tiegħu jew fejn huwa ddomoċiljat, kif meħtieġ skont il-liġi fil-pajjiż tar-residenza tiegħu.

Dak li jitfa' offerta għandu jehmeż stqarrija solenni ffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' teskludih milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. L-istqarrija solenni trid issir fl-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, f'kull aspett tiegħu: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

NB: min jirbaħ il-kuntratt għandu jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex iwieżen l-istqarrija solenni qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jkun qiegħed jipperikola li jitwarrab:

— silta reċenti minn dokument ġudizzjarju jew, fin-nuqqas ta' dan, dokument tal-istess tip maħruġ dan l-aħħar minn entità ġudizzjarja jew amministrattiva xierqa fil-pajjiż fejn joqgħod min qiegħed jitfa' l-offerti, li juri li mhux fallut jew qiegħed jingħalaqlu n-negozju, l-affarijiet tiegħu mhumiex qegħdin ikunu amministrati mill-qorti, ma daħalx fi ftehim mal-kredituri, ma waqqafx l-attivitajiet tan-negozju, mhux is-suġġett ta' proċeduri ta' dan it-tip, lanqas ma jinsab f'xi sitwazzjoni bħal din li ġejja minn proċedura tal-istess tip skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali,

— silta reċenti mir-reġistru ġudizzjarju jew, fin-nuqqas ta' din, dokument ekwivalenti maħruġ reċenti minn korp ġudizzjarju jew amministrattiv xieraq fil-pajjiż fejn joqgħod min jitfa' l-offerti, li jistqarr li huwa ma kienx suġġett għal ġudizzju li għandu s-saħħa ta' 'res judicata' għal ksur tal-liġi marbut mal-imġiba professjonali tiegħu jew għal frodi, il-korruzzjoni, minħabba li kien midħla f'organizzazzjoni kriminali jew minħabba xi attività oħra illegali li tkun ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

— ċertifikat maħruġ riċenti minn korp xieraq fil-pajjiż fejn joqgħod dak li jitfa' l-offerta, li juri li wettaq l-obbligi tiegħu fejn għandu x'jaqsam il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali,

— ċertifikat maħruġ dan l-aħħar minn entità xierqa fil-pajjiż fejn joqgħod min qiegħed jitfa' l-offerta, li juri li wettaq l-obbligi tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħlas tat-taxxi (taxxi diretti u VAT) skont id-dispożizzjonijiet legali fil-pajjiż imsemmi.

Jekk ma jinħarġu l-ebda dokumenti jew ċertifikati bħal dawn fil-pajjiż li għandu x'jaqsam, minflok tista' ssir stqarrija taħt ġurament jew, fin-nuqqas ta' din, stqarrija solenni magħmula minn dak li qiegħed jitfa' l-offerta quddiem entità ġudizzjarja jew amministrattiva, nutar jew entità professjonali kkwalifikata fil-pajjiż imsemmi.

NB: f'każ li jingħataw il-kuntratt, il-gruppi jridu jagħtu l-istqarrija solenni flimkien mad-dokumenti u l-informazzjoni li jsostnu, għal kull membru individwali.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

dak li jitfa' l-offerta għandu jipprovdi:

— kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet operattivi) għall-aħħar 3 snin finanzjarji, li juru l-qligħ annwali ta' qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, min qiegħed jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, hu għandu jehmeż rendikont tal-qligħ annwali qabel il-ħlas tat-taxxa għall-aħħar 3 snin. Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew l-istqarrija juru medja ta' telf matul dawn l-aħħar 3 snin, min qiegħed jitfa' l-offerta jrid jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa minn terza entità (p.e. il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand l-awdituri, akkawntants awtorizzati jew ekwivalenti,

— stqarrija dwar id-dħul kollu annwali matul it-3 snin finanzjarji li għaddew,

— rendikont tad-dħul fis-sena li hu speċifiku għall-qasam li jaqa' taħt dan l-avviż tal-kuntratt, li sar matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

biex jingħażel, dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi prova tad-dħul medju annwali għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji ta' EUR 1 000 000.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

1) dak li jitfa' l-offerta għandu jipprovdi lista tas-servizzi ewlenin ipprovduti matul l-aħħar 3 snin fil-qasam kopert minn dan il-kuntratt, b'dettalji tal-valuri, id-dati, u d-dettalji ta' dawk li rċevew is-servizz;

2) dak li jitfa' l-offerta għandu jissottometti KK għat-3 profili deskritti hawn taħt:

(a) mexxej tat-tim tal-loġistika b'taħriġ fil-loġistika/it-trasport (livell ta' Baċellerat); esperjenza ta' mmaniġġjar ta' tim (5 snin); u mill-inqas esperjenza ta' 5 snin f'pożizzjoni ta' maniġer operazzjonali fis-settur tad-distribuzzjoni /tal-loġistika; għarfien tajjeb tal-għodod tal-'MS Office' u għarfien u esperjenza tas-'SAP' (Sistemi, Applikazzjonijiet u Prodotti) (5 snin);

(b) tekniku tal-loġistika b'esperjenza ta' 5 snin fi proċeduri ta' intervent tekniku fuq is-sit jew fi ħwienet tax-xogħol;

(ċ) operatur ta' trakk bil-'forklift' b'ċertifikat ta' operatur ta' trakk bil-'forklift' jew liċenzja tas-sewqan ta' trakk 'reach' (trakk bil-'forklift' li l-furketta tiegħu tista' titressaq 'il fuq u 'l isfel, lura u 'l quddiem), u esperjenza ta' 3 snin fil-qasam; ċertifikat ta' operatur ta' trakk bil-'forklift' u trakk 'reach'; ċertifikat VCA (sigurtà bażika għall-persunal operazzjonali).

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

il-minimu meħtieġ: dak li jitfa' l-offerta se jipprovdi lill-Kummissjoni b'tim ta' 5 persuni bil-profili u l-esperjenza msemmijin qabel, jiġifieri:

— mexxej 1 ta' tim,

— 2 tekniċi,

— 2 operaturi ta' trakkijiet bil-'forklift'.

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 11/04/2016
Ħin lokali: 17:30
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 18/04/2016
Ħin lokali: 10:00
Post:

Office pour les infrastructures et la logistique — Bruxelles (OIB), bâtiment «CSM 1», cours Saint-Michel 1 (entrée côté rue Père de Deken 23) — 1040 Bruxelles, IL-BELĠJU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta, li jkun awtorizzat kif xieraq, jista' jattendi għall-ftuħ tal-offerti (irid ikun ippreżentat passaport jew karta tal-identità). Jekk dawk li jitfgħu l-offerti jixtiequ jattendu għandhom jgħarrfu lit-Taqsima OIB.02.002 Il-Ksib Pubbliku, bil-miktub (ara d-dettalji tal-indirizz mogħtija fil-punt I), mhux aktar tard minn jumejn (2) tax-xogħol qabel is-seduta tal-ftuħ.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: iva
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

1) L-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti addizzjonali (fosthom il-mistoqsijiet u t-tweġibiet) se jkunu disponibbli fl-indirizz tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1354 Il-partijiet interessati huma mistiedna jirreġistraw permezz tas-sit tal-Internet. Wara dan huma jkunu nnotifikati mis-sistema ta' ksib pubbliku onlajn dwar xi aġġornamenti disponibbli għal din l-istedina għall-offerti. Il-partijiet li mhumiex irreġistrati fuq is-sit huma mitluba jikkonsultawh b'mod regolari. Il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli jekk dawk li jitfgħu l-offerti ma jkunux konxji minn xi tagħrif addizzjonali dwar din l-istedina għall-offerti mogħti fuq dan is-sit tal-Internet.

Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari; hija r-responsabbiltà ta' dawk li jitfgħu l-offerti li jiċċekkjaw għal xi aġġornamenti u modifikazzjonijiet matul il-perijodu għat-tfigħ tal-offerti.

Informazzjoni addizzjonali dwar it-termini tal-kuntratt, it-tiġdidiet tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni, l-inqas livelli ta' ħila li huma meħtieġa, l-istima tal-volum totali tal-kuntratt, eċċ. jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet li jistgħu jinkisbu mis-sit tal-Internet imsemmi qabel. Mhix se tinħareġ verżjoni stampata. Iċċertifikat mill-EMAS (Skema tal-Immaniġġjar u l-Verifika tal-Ekoloġija) sa mill-2005, l-OIB (l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika — Brussell) jadotta attitudni favur l-ambjent. L-EMAS hija l-iskema tal-immaniġġjar u l-verifika tal-ekoloġija, l-istrument volontarju tal-UE li jintuża minn organizzazzjonijiet biex itejbu t-twettiq ambjentali tagħhom.

2) Il-kuntratt se jkollu tul ta' żmien inizjali ta' sentejn (2), b'2 tiġdidiet ta' sena (1) (2+1+1). Matul it-3 snin wara t-twettiq tal-kuntratt tal-bidu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tkun tista' tuża l-proċedura nnegozjata, mingħajr ma' ssir pubblikazzjoni minn qabel tal-avviż tal-kuntratt għal servizzi ġodda li jiġbru fihom ir-ripetizzjoni ta' servizzi simili għal dawk li ngħataw lill-parti li ngħatat dan il-kuntratt mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.

3) Għal aktar tagħrif fuq is-sehem fl-istediniet għall-offerti u fuq is-sekwenza tal-proċeduri għall-ksib pubbliku fl-OIB, jekk jogħġbok ikkonsulta l-'Gwida għal dawk li jitfgħu l-offerti' u l-fuljett 'In-negozju mal-Kummissjoni Ewropea', li huwa aċċessibbli permezz tas-sit: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: GeneralCourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 43031
Faks: +352 43032100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew la jissospendi dan il-perijodu, lanqas jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
29/02/2016