Servizzi - 96719-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

20/03/2015    S56

il-Belġju-Brussell: L-argument għan-negozju dwar id-diversità għall-intrapriżi, il-bliet u r-reġjuni b'enfasi fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tas-sessi

2015/S 056-096719

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, it-Taqsima JUST/A4 L-Immaniġġar tal-Programm
Indirizz postali: L-Uffiċċju MO59 04/21
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Għall-attenzjoni ta’: Is-Sur Renatas Mazeika
Telefown: +32 22962152
Feks: +32 22988812

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://ec.europa.eu/justice/newsroom/contracts/index_en.htm

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=715

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
L-argument għan-negozju dwar id-diversità għall-intrapriżi, il-bliet u r-reġjuni b'enfasi fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tas-sessi.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 11: Servizzi ta’ ġestjoni u konsulenza [6] u servizzi relatati
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Fil-bini tal-kuntrattur.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Il-produzzjoni ta' pubblikazzjoni dwar l-argument għan-negozju favur l-inklużjoni tal-LGBTI fil-kumpaniji.
Il-produzzjoni ta' pubblikazzjoni dwar il-benefiċċji tad-diversità LGBTI għall-bliet u r-reġjuni.
Stħarriġ tal-każ ekonomiku tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u l-inklużjoni tal-LGBTI.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

79315000 Servizzi dwar stħarriġ soċjali, 98200000 Servizzi ta' konsulenza dwar opportunitajiet indaqs, 79311000 Servizzi ta' l-istħarriġ, 73210000 Servizzi ta' konsulenza dwar ir-riċerka

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Biex jagħtu prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tagħhom, dawk li jitfgħu l-offerti (i.e. fil-każ ta' offerta konġunta, il-ħila magħquda tal-membri kollha tal-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati) għandhom juru li d-dħul ikkonsolidat tagħhom fis-sena jaqbeż EUR 300 000 (il-medja għal dawn l-aħħar 3 snin).
Għandhom jingħataw il-provi li ġejjin:
— il-'Karta bilanċjali ssimplifikata' kompluta u l-'Kont tal-qligħ & t-telf issimplifikat' li jridu jimtlew għal dawn l-aħħar 3 snin (għandu jimtela Anness 2), u
— kopja tal-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta bilanċjali għal dawn l-aħħar 3 snin li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
Fin-nuqqas ta' dan:
— rendikonti xierqa mill-banek,
— u, jekk jgħodd, prova ta' assigurazzjoni li tilqa' kontra l-perikli professjonali.
Jekk, minħabba xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, min qiegħed jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħti wieħed jew iktar mid-dokumenti t'hawn fuq, hu jew hi j/tista' j/tagħti prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tiegħu jew tagħha b'kull dokument ieħor li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li jkun xieraq. Ikun xi jkun il-każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-inqas trid tkun avżata dwar ir-raġuni eċċezzjonali u dwar il-ġustifikazzjoni tagħha fl-offerta. Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li titlob kull dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dak li qiegħed jitfa' l-offerta.
Kummenti:
Dawk li jitfgħu l-offerti mhux se jkunu obbligati li jagħtu l-provi permezz tad-dokumenti msemmija hawn fuq jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħataw għall-iskopijiet ta' proċedura oħra tal-ksib imnedija mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, u jekk dawn id-dokumenti ma jkunux ilhom li nħarġu iktar minn sena 1 li tibda mid-data ta' meta nħarġu u jekk ikunu għadhom jgħoddu. F'dan il-każ, min qiegħed jitfa' l-offerta jrid jistqarr fuq l-unur tiegħu li l-provi bid-dokumenti diġà jkunu ngħataw fi proċedura ta' ksib li saret qabel, u għandu jniżżel ir-referenza tas-sejħa għall-offerti li ngħataw id-dokumenti għaliha, u jikkonferma li ma sar l-ebda tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
Il-kuntrattur għandu jkollu struttura xierqa biex ikun jista' jwettaq ix-xogħlijiet imfissra hawn fuq.
Il-kuntrattur għandu jfassal din l-istruttura skont kif hu/hi j/tqis li jkun xieraq. Dawk li jitfgħu l-offerti huma liberi biex jiddeċiedu jekk għandhomx jinkludu jew le organizzazzjonijiet differenti f'konsorzju u/jew esperti individwali esterni (li għalihom min qiegħed jitfa' l-offerta jrid jipprovdi lill-Kummissjoni b'ittri ta' impenn iffirmati minn kull wieħed minnhom meta jitfa' l-offerta).
Il-kuntrattur għandu jaħtar punt ewlieni ta' kuntatt għall-Kummissjoni li se jkun responsabbli mill-kontroll ġenerali tal-kwalità biex jagħti garanzija li l-Kummissjoni tingħata informazzjoni preċiża, aġġornata u rilevanti tal-ogħla kwalità.
Il-kuntrattur se jkun meħtieġ li jivverifika s-sors ta' kwalunkwe informazzjoni li tingħata mit-tim u jagħti garanzija li ssir verifika ddettaljata tal-kwalità ta' kwalunkwe materjal li jingħata. Matul it-twettiq tal-kuntratt, il-kuntrattur se jikkomunika, skont kif ikun xieraq, mal-uffiċjali rilevanti mill-Kummissjoni u l-entitajiet li għandhom interess (awtoritajiet pubbliċi, negozji u assoċjazzjonijiet ta' dawk li jimpjegaw, OMG (Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi), imsieħba soċjali, statuti tad-diversità, entitajiet tal-ugwaljanza, netwerks rilevanti ta' esperti mwaqqfa mill-Kummissjoni u l-Aġenziji Ewropej).
Il-kuntrattur se jwettaq ix-xogħlijiet tiegħu f'kollaborazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-kuntrattur għandu jqis kif xieraq ix-xogħol li diġà sar mill-Kummissjoni u l-informazzjoni li tħejjiet min-netwerks differenti Ewropej biex ikompli jibni fuq il-kompetenza u l-esperjenza tagħhom u jevita kwalunkwe ripetizzjoni li jista' jkun hemm fix-xogħol.
Il-lingwa tax-xogħol se tkun l-Ingliż u din se tkun il-lingwa li biha se jitħejjew l-affarijiet kollha li jridu jingħataw u r-rapporti ta' dan il-kuntratt.
a. Il-kriterji marbuta ma' dawk li jitfgħu l-offerti:
Il-ħila professjonali u teknika ta' min qiegħed jitfa' l-offerta se tkun ivvalutata skont it-tabella tal-organizzazzjoni li tispjega x-xogħlijiet ta' kull persuna individwali proposta minn dak li jitfa' l-offerta. Min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jagħti prova li għandu l-kompetenzi meħtieġa fl-oqsma ewlenin kif imfisser hawn taħt biex jilħaq l-għanijiet imsemmija hawn fuq.
It-tim, li għandu jkun magħmul minn mill-inqas 4 persuni, se jilħaq il-kriterji li ġejjin:
— mill-inqas persuna 1 fit-tim irid ikollha esperjenza ta' mill-inqas 5 snin fl-immaniġġar tad-diversità fil-kumpaniji f'iktar minn Stat Membru 1 tal-UE,
— mill-inqas persuna 1 fit-tim irid ikollha esperjenza ta' mill-inqas 5 snin f'xogħol marbut b'mod dirett mal-LGBTI f'qasam 1 jew iktar li jkunu rilevanti għal din is-sejħa għall-offerti (l-inklużjoni soċjali, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni, id-diversità tal-LGBTI fuq il-post tax-xogħol),
— mill-inqas persuna 1 fit-tim irid ikollha esperjenza ta' mill-inqas 3 snin fl-iżvilupp ta' miżuri politiċi pubbliċi ta' xejra ekonomika u soċjali (jew għajnuna lill-awtoritajiet pubbliċi) f'livell lokali/reġjonali f'qasam 1 jew iktar li hu rilevanti għal din is-sejħa għall-offerti (id-diversità, it-turiżmu, l-ugwaljanza, l-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp urban),
— mill-inqas persuna 1 fit-tim irid ikollha esperjenza ta' mill-inqas 3 snin fil-qasam tar-riċerka fid-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza soċjali, l-aktar l-ispiża/il-benefiċċji tal-inklużjoni soċjali ta' gruppi vulnerabbli,
— l-esperti kollha jrid ikollhom edukazzjoni universitarja, l-aħjar fl-oqsma tal-ekonomija, ix-xjenzi soċjali, in-negozju, l-istudji legali jew politiċi,
— mill-inqas persuna 1 fit-tim irid ikollha esperjenza rilevanti fit-tħejjija tal-abbozzi ta' rapporti għal udjenza li tkopri l-Ewropa,
— il-persuna li tkun identifikata bħala l-koordinatur/id-direttur tal-proġett tal-kuntratt irid ikollha prova tal-ħila li twettaq ix-xogħlijiet tal-koordinazzjoni u amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-organizzazzjoni u l-immaniġġar tal-kuntratti u l-proġetti f'livell Ewropew. Hu/hi j/trid ikollu/ikollha esperjenza ta' mill-inqas 5 snin fl-immaniġġar tal-proġett, inkluża s-sorveljanza tal-kunsinna tal-proġett, il-kontroll tal-kwalità tas-servizz li jingħata, esperjenza marbuta mal-orjentazzjoni tal-klijent u fit-tiftix tas-soluzzjonijiet biex jissolva l-kunflitt fi proġett tal-istess tip u firxa, b'esperjenza fl-immaniġġar ta' tim,
— mill-inqas persuna 1 fit-tim irid ikollha ħiliet lingwistiċi ta' livell nattiv fl-Ingliż.
Jekk bosta fornituri tas-servizz/sottokuntratturi jieħdu sehem fl-offerta, huma jrid ikollhom ilkoll flimkien il-ħila professjonali u teknika biex iwettqu x-xogħlijiet mogħtija lilhom.
b. Il-provi:
Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw biex jintlaħqu l-kriterji t'hawn fuq:
1. dawk li jitfgħu l-offerti, flimkien mal-offerta tagħhom, għandhom jagħtu kurrikuli tal-karriera ddettaljati għal kull impjegat li se jkun responsabbli mit-twettiq tax-xogħol, li jridu jinkudu l-isfond edukattiv tiegħu jew tagħha, il-gradi universitarji u d-diplomi, l-esperjenza professjonali, ix-xogħol tar-riċerka, il-pubblikazzjonijiet u l-ħiliet lingwistiċi. Ikun aħjar jekk il-KK jingħataw skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għamla komuni tal-kurrikulu Ewropew tal-karriera, ippubblikata fil-ĠU L 79 tat-22.3.2002, p. 66;
2. lista tas-servizzi ewlenin tal-istess tip li ngħataw matul dawn l-aħħar 5 snin, bl-ammonti, id-dati u l-entitajiet, kemm jekk pubbliċi jew privati, li rċevew is-servizzi mogħtija, flimkien maċ-ċertifikati maħruġa jew iffirmati mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-klijenti privati, jew jekk ma jingħatawx dawn, għandha ssir stqarrija sempliċi mill-fornitur tas-servizz li turi li dawn twettqu;
3. il-parti tal-kuntratt li l-fornitur tas-servizz bi ħsiebu jgħaddi lil ħaddieħor b'sottokuntratt.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari: le
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz
L-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: iva

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet, fis-sejħa għall-offerti jew għan-negozjar jew fid-dokument deskrittiv
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JUST/2014/RDIS/PR/EQUA/117.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Limitu ta’ żmien għall-wasla tat-talbiet għad-dokumenti jew għall-aċċess għad-dokumenti: 30.4.2015
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
5.5.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 12.5.2015 - 10:00

Post:

rue Montoyer 59, Brussels, IL-BELĠJU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Għall-ftuħ tal-offerti jista' jattendi rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Ksib elettroniku — l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi qegħdin fuq is-SIMAP.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni

Isem uffiċjali: L-istess bħal hawn fuq

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mill-jum li fih isir jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew mhux se jwassal biex jew jissospendi dan il-perijodu jew biex jinfetaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
10.3.2015