Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Xogħlijiet - 98356-2014

Uri l-lista b'inqas dettalji

25/03/2014    S59

l-Italja-Ispra: Kostruzzjoni u manutenzjoni ta' toroq, pjazez, sistemi tad-drenaġġ u tal-ilma, li jinkludu xogħlijiet anċillari (taħt l-art, tħaffir ta' art u bini) fil-JRC — is-sit ta' Ispra

2014/S 059-098356

Avviż dwar kuntratt

Xogħlijiet

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, id-Direttorat tas-Sit ta' Ispra
Indirizz postali: via Enrico Fermi 2749
Belt: Ispra VA
Kodiċi postali: 21027
Pajjiż: L-Italja
Għall-attenzjoni ta’: Valeria Staltari
Posta elettronika: jrc-ism-c04-procurement@ec.europa.eu
Telefown: +39 0332789571
Feks: +39 0332789508

Indirizz(i) tal-Internet:

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=427

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Oħrajn: riċerka.
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Kostruzzjoni u manutenzjoni ta' toroq, pjazez, sistemi tad-drenaġġ u tal-ilma, li jinkludu xogħlijiet anċillari (taħt l-art, tħaffir ta' art u bini) fil-JRC — is-sit ta' Ispra.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Xogħlijiet
Eżekuzzjoni
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Il-JRC, via Enrico Fermi 2749, 21027 Ispra VA, L-ITALJA.

Kodiċi NUTS ITC41 Varese

II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien f’xhur: 48

Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas

Valur stmat mingħajr VAT: 4 500 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Il-kategoriji tax-xogħol taħt dan il-kuntratt huma:
— kostruzzjoni, manutenzjoni, alterazzjoni, rinnovament u tiswija ta' toroq, bankini, żoni ta' parkeġġ, pjazez u xogħlijiet anċillari oħrajn,
— kostruzzjoni, manutenzjoni, alterazzjoni, rinnovament u tiswija ta' sistemi ta' drenaġġ, kanali fejn jgħaddi l-ilma, tankijiet u xogħlijiet oħrajn marbutin mal-ilma,
— xogħlijiet ta' ħatt, tħaffir, mili u tisbiħ tal-pajsaġġ,
— xogħlijiet ta' konkrit u bini bil-ġebel (l-aktar passaġġi taħt l-art, kanali u aċċess għal utilitajiet, ħitan li jżommu l-bini, pedamenti, eċċ.),
— xogħol ta' bini u diversi xogħlijiet anċillari.
Il-kuntrattur se jipprovdi l-ħaddiema, ir-riżorsi u l-materjali għat-tlestija ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluża, jekk meħtieġ, il-provvista ta' materjali u l-possibbiltà ta' kiri ta' makkinarju u tagħmir speċifiku.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

45233141 Xogħlijiet tal-manutenzjoni tat-toroq, 45110000 Demolezzjoni ta’ bini u xogħol tat-tfarrik u xogħol tat-tneħija tal-materjal imfarrak, 45232410 Xogħol għad-drenaġġi, 45233120 Xogħlijiet tal-kostruzzjoni tat-toroq, 45233222 Xogħol ta' pavimentar u asfaltar

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
Valur stmat mingħajr VAT: 4 500 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 48 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Ara d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Ara d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Jistgħu jsiru offerti minn gruppi ta' operaturi ekonomiċi, li mhumiex se jkunu meħtieġa jadottaw bixra legali partikolari qabel ma' jingħata l-kuntratt.
Madankollu, grupp ta' operaturi ekonomiċi jrid jidentifika rappreżentant uniku li jkun responsabbli mill-ġbir u l-ipproċessar tal-ħlasijiet għall-membri tal-grupp, mill-immaniġġjar amministrattiv tas-servizz, u mill-koordinazzjoni u s-sigurtà.
Din il-parti responsabbli għandha tkun awtorizzata b'mod xieraq biex titfa' offerta f'isem il-membri l-oħra kollha tal-grupp u għandha tissottometti d-dikjarazzjoni korrispondenti ffirmata.
Il-membri kollha tal-grupp se jkunu responsabbli flimkien u individwalment lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, u jekk tingħata l-kuntratt, se jkunu mistennija jiffirmawh. Għal gruppi, id-dokumenti fil-punti III.2.1(a) u (b) għandhom ikunu pprovduti għal kull membru tal-grupp; id-dokument fil-punt III.2.2(b) għandu jinżamm minn mill-inqas membru 1 tal-grupp; id-dokument fil-punt III.2.3(d) għandu jinżamm mill-membri kollha tal-grupp. Il-kriterji l-oħra kollha jgħoddu għall-grupp kollu f'daqqa f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tiegħu.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: iva
Deskrizzjoni ta' kundizzjonijiet partikolari: l-operatur ekonomiku jista', jekk meħtieġ, jagħmel użu tal-ħiliet ta' korpi oħrajn, irrispettivament min-natura legali tar-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet. F'każ bħal dan, hu għandu jagħti prova lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt li se jkollu f'idejh ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt billi jagħti impenn bil-miktub li juri li l-entitajiet imsemmija se jgħaddulu dawn ir-riżorsi. Jekk operatur ekonomiku jqabbad entitajiet oħra, u jekk il-kuntratt jingħata lilu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt titlob li dawk l-entitajiet ukoll jiffirmaw il-kuntratt, biex b'hekk ikunu responsabbli flimkien u b'mod individwali flimkien mal-entità ewlenija li titfa' l-offerta. Kull entità li jsir użu minnha mill-operatur ekonomiku se tissottometti d-dokumenti meħtieġa fil-punti li ġejjin III.2.1(a) u III.2.1(b). Fil-każ ta' sottokuntrattar għal raġunijiet li jkunu koperti l-ħtiġijiet minimi, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tirriżerva d-dritt li titlob lis-sottokuntratturi biex jikkonformaw mal-kriterji rilevanti fil-punti li ġejjin III.2.2 u III.2.3.
Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-attivitajiet ta' kostruzzjoni u manutenzjoni fuq toroq u sistemi tad-drenaġġ, bħala xogħlijiet kritiċi, li jridu jitwettqu minn dak li jitfa' l-offerta.
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: (a) biex ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem f'din il-proċedura ta' għoti tal-kuntratt, il-kandidati, flimkien ma' xi operaturi ekonomiċi oħra jistgħu jagħmlu użu, iżda ma jistgħux ikunu f'xi sitwazzjonijiet ta' twarrib imniżżla f'Artikoli 106 u 107 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25.10.2012 (il-ĠU L 298 tas-26.10.2012) u, fil-każ li jingħataw il-kuntratt, għandhom jipprovdu wkoll id-dokumenti stipulati f'Artikolu 143(1) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012 (il-ĠU L 362, p. 1).
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-istandards imemmija qabel, dak li jitfa' l-offerta għandu jagħti dikjarazzjoni solenni li tagħti prova li m'huwa fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm f'Artikoli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju (id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti: Anness B tal-ittra tal-istedina għall-offerti). Jekk il-kuntratt jingħata, il-kuntrattur, flimkien ma' kull operatur ekonomiku li jista' jqabbad, se jkun meħtieġ li jagħti d-dokumenti ta' prova msemmija f'Artiklu 143(3) tar-regolament imsemmi.
(b) Il-kandidat għandu jissottometti kopja taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ fejn jintwera li huwa wettaq l-attività taħt din il-proċedura ta' ksib mill-1.1.2010.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: parteċipanti f'din il-proċedura għandhom jissottomettu d-dokumenti li ġejjin, taħt piena ta' twarrib:
(a) kopja tal-karti bilanċjali għall-2010, l-2011, l-2012;
(b) mill-inqas stqarrija bankarja 1, maħruġa wara l-1.2.2014, li tistqarr li dak li jitfa' l-offerta huwa f'qagħda finanzjarja xierqa.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: fejn jidħol il-punt:
(a) biex ikunu eliġibbli, il-kandidati għandu jkollhom medja ta' dħul annwali ta' mill-inqas EUR 1 500 000 fl-2010, l-2011, l-2012.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
(a) lista tax-xogħlijiet ewlenin fatturati fl-2011, l-2012 u l-2013 (fejn tistqarr l-informazzjoni li ġejja, bħala minimu: id-data tat-twettiq għax-xogħlijiet/is-servizzi, il-klijent, l-ammont fatturat, ir-referenza tal-fattura), akkunpanjata minn kopji tal-fatturi rrelatati. Jekk ir-referenzi fil-fatturi ma jispeċifikawx b'mod ċar it-tip u l-volum tax-xogħlijiet li twettqu, għandha tkun ipprovduta dokumentazzjoni xierqa li tagħti spjegazzjoni (e.g. stqarrija mingħand il-maniġment tax-xogħlijiet jew tal-klijent).
(b) kopja tal-organigramma tal-kumpanija, aġġornata fl-1.2.2014, fejn ikun speċifikat ir-rappreżentant maħtur, ir-responsabbiltajiet u r-rwol/il-kwalifiki ta' kull wieħed mill-impjegati. Dak li jitfa' l-offerta għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tagħti prova li għandu l-persunal professjonali meħtieġ (e.g. kopra tal-'Libro unico del lavoro' (reġistru singolu tal-impjiegi), kuntratti tax-xogħlijiet, mudelli Unilav, eċċ.).
(ċ) Prova li dak li qed jitfa' l-offerta għandu mill-inqas impjegat 1 fost il-persunal professjonali b'taħriġ xieraq u esperjenza sabiex iwettaq b'mod effettiv ir-rwol ta' tekniku tar-rappurtaġġ tal-kuntrattur, fil-każ li jingħata l-kuntratt (koordinazzjoni organizzattiva u operazzjonali ta' attivitajiet fis-siti, stimi tekniċi u amministrattivi tal-fluss tal-kontanti, laqgħat mal-kontrolluri tal-klijent, eċċ.), permezz ta' sottomissjoni tal-KK akkademiku u professjonali tal-persuna msemmija, flimkien ma':
— dokument xieraq li jagħti attestazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-impjegat professjonali fost il-persunal (e.g. kopja tal-kuntratt tax-xogħol, Unilav, dikjarazzjoni ta' impenn, eċċ.),
— kopja ta' kwalifiki,
— kopja tad-dokumentazzjoni bħala prova tal-esperjenza professjonali ddikjarata (e.g. stqarrija mingħand min jimpjega, il-klijenti, eċċ., bid-dettalji tax-xogħlijiet li twettqu, il-funzjonijiet li saru, it-tul, il-livell ta' responsabbiltà, eċċ.),
— dikjarazzjoni ta' impenn sabiex il-membru professjonali identifikat fost il-persunal ikun jista' jinħatar it-tekniku ta' rappurtaġġ tal-kuntrattur, jekk jingħata l-kuntratt.
(d) Kopja ta' ċertifikat validu li jagħti prova li l-kandidat jopera bi qbil ma' sistema tal-immaniġġjar tal-kwalità b'konformità mal-istandard tal-ISO 9001, maħruġ minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità Accredia/Sincert, jew xi korp ieħor li ffirma d-diversi ftehim ta' rikonoxximent reċiproku għall-attivitajiet li hemm referenza għalihom f'dan il-kuntratt.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
fejn jidħol il-punt:
(a) huwa meħtieġ l-inqas dħul divers li ġej, għat-3 snin:
— EUR 1 000 000 għal xogħlijiet ta' kostruzzjoni u manutenzjoni għal toroq (minbarra xogħlijiet fuq awtostradi, servizzi ta' tneħħija ta' silġ, trattamenti li jħollu s-silġ), pjazez, passaġġi għal min jimxi u għal biċikletti,
— EUR 1 000 000 għal xogħlijiet ta' kostruzzjoni u manutenzjoni għal sistemi tad-drenaġġ.
(b) Għandu jkun hemm mill-inqas 10 ħaddiema permanenti kompetenti/speċjalisti b'mill-inqas 3 snin esperjenza tax-xogħol, li jinkludu:
— 8 fil-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' toroq, pjazez u/jew sistemi tad-drenaġġ,
— 2 fis-settur tal-bini.
(ċ) Għandu jkun hemm persuna 1 professjonali fost il-persunal biex twettaq b'mod effettiv ir-rwol ta' tekniku tar-rappurtaġġ b'5 snin ta' edukazzjoni sekondarja fil-qasam tekniku/xjentifiku u mill-inqas 8 snin ta' esperjenza fil-qasam tal-attivitajiet taħt din l-istedina għall-offerti (organizzazzjoni u koordinazzjoni ta' attivitajiet operazzjonali, attivitajiet fis-sit tax-xogħol għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' bini, stimi tekniċi u amministrattivi dwar il-fluss tal-kontanti).
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JRC/IPR/2014/C04/0009/OC.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
7.5.2014
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 13.5.2014 - 15:00

Post:

Il-JRC, via Fermi 2147, Building 1, Room 7, Ispra VA, L-ITALJA.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali

1. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti u kull mistoqsija u tweġiba marbuta ma' dan l-avviż ta' kuntratt se jkunu disponibbli f'dan l-indirizz tas-sit tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=427 u jistgħu jitniżżlu billi tikklikkja fuq it-titlu 'Libreria di documenti'.

Jekk jixtiequ, il-partijiet interessati jistgħu jirreġistraw permezz tas-sit tal-Internet indikat hawn fuq. Dan se jippermettilhom li jkunu infurmati mis-sistema tat-tfigħ elettoniku tal-offerti (e-tendering) meta jkun hemm xi aġġornament li jikkonċerna din l-istedina għall-offerti. Partijiet li għadhom ma rreġistrawx huma mistiedna li jikkonsultaw is-sit b'mod regolari, għaliex hija r-responsabbiltà ta' min qed jitfa' l-offerta biex jiċċekkja għal aġġornamenti magħduda matul il-perijodu tas-sejħa għall-offerti.

2. https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=427 se jkun is-sors ewlieni ta' kull talba għal informazzjoni addizzjonali, li tkun tista' tintbagħat biss billi tikklikkja fuq it-titlu 'Domande&Risposte' staqsi mistoqsija.

3. Skont l-Artikolu 134(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tidħol fi proċedura nnegozjata mal-operatur ekonomiku li jkollu suċċess għal dan il-kuntratt għat-twettiq ta' xogħlijiet simili għal dawk ta' dan l-avviż.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: boulevard Konrad Adenauer
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 433766

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: fi żmien xahrejn mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mill-jum li fih sar jaf b'dan.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
13.3.2014