Ara l-indirizz tal-Internet ipprovdut fit-Taqsima I.3 għad-dokumenti tal-ksib.
Skont Artiklu 134(1)(e) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 kif emendat, matul it-3 snin wara l-konklużjoni tal-kuntratt originali l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar il-kuntratt biex tikseb servizzi addizzjonali magħmula mir-ripetizzjoni ta' servizzi simili (sa mhux iżjed minn 50 % tal-valur tal-kuntratt oriġinali) mingħand l-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt.
Fuq talba li ssir minn dak li qiegħed jitfa' l-offerta, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tipprovdi aktar informazzjoni biex tiċċara l-bixra tal-kuntratt biss.
Kwalunkwe talbiet għal tagħrif addizzjonali għandhom isiru bil-miktub biss permezz tas-sit tal-Internet għat-tfigħ tal-offerti b'mod elettroniku fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1412 fuq il-buttuna ‘questions and answers’, billi tagħfas fuq ‘create a question’.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt mhix marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jekk dawn jaslu inqas minn 5 ijiem tax-xogħol qabel id-data aħħarija għat-tfigħ tal-offerti.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista', fuq inizjattiva tagħha stess, tgħarraf lill-partijiet interessati dwar kwalunkwe żball, nuqqas ta' preċiżjoni, dettalji nieqsa jew kull żball klerikali ieħor fit-test tas-sejħa għall-offerti.
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, inkluża dik imsemmija hawn fuq, se tittella' fis-sit tal-Internet għat-tfigħ elettroniku tal-offerti msemmi hawn fuq. Is-sit se jkun aġġornat b'mod regolari u huwa fir-responsabbiltà ta' dawk li jitfgħu l-offerti li jiċċekjaw l-aġġornamenti u l-emendi waqt iż-żmien għat-tfigħ tal-offerti.