Servizzi - 129464-2018

24/03/2018    S59    Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Servizzi - Tagħrif ieħor - Proċedura miftuħa 

il-Belġju-Brussels: Provvista ta' servizzi maħsuba għat-tifi tan-nar fil-binjiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell

2018/S 059-129464

Tiswija

Avviż għal tibdiliet jew informazzjoni addizzjonali

Servizzi

(Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, 2018/S 049-106993)

Il-bażi ġuridika:

Taqsima I: Awtorità/entità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, General Secretariat
Indirizz postali: Rue de la Loi 175
Belt: Brussels
Kodiċi NUTS: BE100 Arr. de Bruxelles-Capitale / Arr. van Brussel-Hoofdstad
Kodiċi postali: 1048
Pajjiż: Il-Belġju
Posta elettronika: tendering@consilium.europa.eu
Telefown: +32 22818062
Faks: +32 22800262

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ewlieni: http://www.consilium.europa.eu/contacts/procurement

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Provvista ta' servizzi maħsuba għat-tifi tan-nar fil-binjiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell

Numru ta' referenza: UCA 18/016
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
75250000 Servizzi tal-brigata għat-tifi tan-nar u tas-salvataġġ
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Dan il-kuntratt għandu l-għan li jipprovdi servizzi maħsuba għat-tifi tan-nar għall-binjiet ta' uffiċċji okkupati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell li jinkludu b'mod partikolari: l-istabbiliment ta' timijiet tal-ewwel u t-tieni rispons, ta' assistenti għall-evakwazzjoni għall-avvenimenti ta' importanza u ta' operaturi għall-immaniġġjar tekniku tal-installazzjonijiet tat-tifi tan-nar.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
20/03/2018
VI.6)Referenza għall-avviż oriġinali
Numru tal-avviż fil-ĠU S: 2018/S 049-106993

Taqsima VII: Tibdiliet

VII.1)L-informazzjoni li se tinbidel jew tiżdied
VII.1.2)It-test li jrid jitranġa fl-avviż oriġinali
In-numru tat-taqsima: III.2.1)
Il-post fejn irid jitranġa t-test: Informazzjoni dwar professjoni partikolari
Minflok:

Dak li jitfa' l-offerta jrid ikun awtorizzat li jeżerċita l-professjoni skont il-Liġi tal-Belġju tal-10.4.1990 li tirregola s-sigurtà privata u individwali, sabiex ikun jista' jeżerċita l-attivitajiet imsemmija fil-punti 1, 2, 4 u 5 tal-Artikolu 1 §1 tal-Liġi.

Il-kundizzjonijiet biex wieħed ikollu aċċess u jwettaq il-professjoni ta' servizz ta' gwardja fil-Belġju huma mmexxija mil-Liġi tal-10.4.1990 dwar il-kumpaniji tal-gwardji tas-sigurtà, ditti tas-sigurtà u servizzi interni tal-gwardji tas-sigurtà (magħrufa bħala l-"Liġi Tobback") ippubblikata fil-"Moniteur Belge" fid-29.5.1990 (implimentata permezz ta' sensiela ta' Digrieti Rjali u li kienet emendata bosta drabi).

Din il-liġi teħtieġ, b'mod partikolari, awtorizzazzjoni mill-Ministeru Belġjan tal-Intern biex jeżerċita l-professjoni.

Meta jibagħtu d-dokumentazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom, il-kandidati għandhom jippreżentaw prova ta' din l-awtorizzazzjoni.

Aqra:

Dak li jitfa' l-offerta jrid ikun awtorizzat li jeżerċita l-professjoni skont il-Liġi tal-Belġju tat-2.10.2017 li tirregola s-sigurtà privata u individwali, sabiex ikun jista' jeżerċita l-attivitajiet imsemmija fil-punti 1, 2, 4, 5 u 13 tal-Artikolu 2 tagħha.

Il-kundizzjonijiet biex wieħed ikollu aċċess u jwettaq il-professjoni ta' servizz ta' gwardja fil-Belġju huma mmexxija mil-liġi msemmija qabel ippubblikata fil-Moniteur Belge tal-31.10.2017.

Din il-liġi teħtieġ, b'mod partikolari, awtorizzazzjoni mill-Ministeru Belġjan tal-Intern biex jeżerċita l-professjoni.

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 271 ta' din l-istess liġi, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-Liġi Tobback (tal-10.4.1990) jibqgħu validi sakemm jiskadu.

Meta jibagħtu d-dokumentazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom, il-kandidati għandhom jippreżentaw prova ta' din l-awtorizzazzjoni.

VII.2)Informazzjoni addizzjonali oħra: