Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Servizzi - 133878-2017

11/04/2017    S71

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Paviljun tas-sigurtà

2017/S 071-133878

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: plateau de Kirchberg
Belt: Lussemburgu
Kodiċi NUTS: LU000 Luxembourg (Grand-Duché)
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Persuna ta’ kuntatt: Gabriele Dunker
Posta elettronika: gabriele.dunker@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-5841
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://curia.europa.eu
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_7009/#appels_encours
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Paviljun tas-sigurtà.

Numru ta' referenza: COJ-PROC-17/017.
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
45212600 Xogħol ta' kostruzzjoni ta' paviljuni
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Il-kostruzzjoni u l-iffittjar ta' paviljun tas-sigurtà għall-kontroll tal-aċċess pedonali estern għal binjiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Servizz li jinkludi kollox, inkluż ix-xogħlijiet preparatorji u l-installazzjonijiet tekniċi.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 1 100 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU000 Luxembourg (Grand-Duché)
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

plateau de Kirchberg.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Xogħlijiet strutturali biex jippreparaw il-bażi għall-paviljun.

Il-kostruzzjoni ta' paviljun magħmul minn elementi interni u esterni, f'settijiet ta' frejms u ħġieġ korazzat iċċertifikat, li jintegraw trunking għall-wajers elettriċi.

Xtabi ta' dħul li jduru (turnstiles) tas-sigurtà bi ħġieg korazzat iċċertifikat.

Il-paviljun għandu fih installazzjonijiet tekniċi għall-ventilazzjoni u l-arja kkondizzjonata.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 1 100 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Bidu: 01/08/2017
Tmiem: 22/12/2017
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

l-isem tal-pajjiż li fih il-kandidat għandu l-uffiċċju ewlieni jew ir-residenza tiegħu, ir-reġistrazzjoni fuq ir-reġistru tal-kummerċ fil-qasam tal-kuntratt, flimkien mad-dokumenti li jagħtu prova ta' dan skont il-liġi tal-pajjiż fejn joqgħod (pereżempju: dokument ta' inkorporazzjoni tal-kumpanija u/jew l-aktar verżjoni riċenti tal-memorandum u tal-artikli ta' assoċjazzjoni jew silta minn dokumenti bħal dawn).

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

— id-dħul medju annwali tal-kandidat għall-aħħar 3 snin finanzjarji (kumpanija individwali jew grupp) fil-qasam tal-manufattura u l-installazzjoni ta' binjiet siguri b'elementi korazzati,

— għandu assigurazzjoni li tilqa' kontra l-perikli professjonali li tkopri r-responsabbiltà tiegħu għas-servizzi maħsuba mill-kuntratt.

Il-kandidati jridu jipprovdu informazzjoni biżżejjed biex jiżguraw lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt bis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, b'mod aktar speċifiku li huma għandhom il-mezzi u r-riżorsi finanzjarji biżżejjed.

Se tkun ivvalutata l-qagħda finanzjarja u ekonomika tal-kandidati fuq il-bażi ta' dan li ġej:

— stqarrija ffirmata b'mod xieraq mir-rappreżentant magħżul tal-kumpanija li tindika d-dħul annwali ġenerali għall-aħħar 3 snin finanzjarji, kif ukoll id-dħul speċifiku fil-qasam tal-manufattura u l-installazzjoni ta' binjiet siguri b'elementi korazzati (kumpanija individwali jew grupp),

— kopja ta' karti bilanċjali jew siltiet minn karti bilanċjali u kontijiet tal-qligħ u t-telf għall-aħħar 3 snin finanzjarji, flimkien ma' xi kopji tar-rapporti tal-bord tad-direttiuri u l-awdituri esterni, jekk disponibbli, li għandhom x'jaqsmu ma' dawk is-snin finanzjarji,

— prova ta' polza ta' assigurazzjoni li tilqa' kontra l-perikli professjonali.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

— id-dħul annwali minimu matul kull waħda mill-aħħar 3 snin finanzjarji fil-qasam tal-manufattura u l-installazzjoni ta' binjiet siguri b'elementi korazzati: EUR 2 000 000,

— l-ammont minimu garantit mill-polza ta' assigurazzjoni li tilqa' kontra l-perikli professjonali: EUR 5 000 000.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

— l-esperjenza tal-kandidat (kumpanija individwali jew grupp) fil-kostruzzjoni ta' binjiet tas-sigurtà magħmula minn elementi korazzati.

Il-kandidati jridu jipprovdu tagħrif biex jassiguraw lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt dwar il-ħila teknika u professjonali tagħhom, b'mod aktar speċifiku prova li huma għandhom l-esperjenza meħtieġa.

Il-ħila teknika u professjonali tal-kandidati se tkun ivvalutata fuq il-bażi ta' dan li ġej:

— lista ta' kuntratti ta' natura simili mwettqa matul l-aħħar 3 snin. Il-lista għandha tiġbor fiha, għal kull kuntratt, l-aktar informazzjoni ddettaljata possibbli u b'mod partikulari l-oġġett tal-kuntratti, l-ismijiet u d-dettalji tal-benefiċjarji kif ukoll id-data tal-bidu u tat-tmien tax-xogħlijiet,

— ċertifikati tat-twettiq xieraq maħruġa mill-klijent għal kull wieħed minn dawn il-kuntratti.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

— in-numru u l-valur tal-kuntratti ta' natural simili mwettqa matul l-aħħar 3 snin: mill-inqas 3 kuntratti, kull wieħed b'valur ta' mill-inqas EUR 300 000.

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura ristretta
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: le
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 08/05/2017
Ħin lokali: 17:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
Data: 22/05/2017
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

Il-proċedura tal-istedina għall-offerti se ssir f'żewġ (2) fażjiet, kif ġej.

A. L-ewwel fażi (il-fażi tal-ewwel għażla):

1. Dawk l-operaturi ekonomiċi li huma interessati għandhom jibagħtu talba biex jieħdu sehem f'dan il-kuntratt, bid-data u ffirmata mill-persuna awtorizzata biex tirrappreżenta lill-kumpanija jew lill-grupp. Din it-talba għandu jkun fiha l-istqarrija solenni u d-dokumenti mitluba fit-taqsima III ta' dan l-avviż dwar il-kuntratt (Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika).

Mudell tal-istqarrija fuq l-unur dwar il-kriterji tat-twarrib u l-għażla jista' jinstab mad-dokumentazzjoni l-oħra għal din l-istedina għall-offerti f':

http://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_7009/#appels_encours

2. It-talba biex wieħed jieħu sehem għandha tintbagħat lill-:

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, direction générale des infrastructures, direction des bâtiments, plateau de Kirchberg, 2925 Luxembourg, IL-LUSSEMBURGU — Appel d'offres COJ-PROC-17/017.

It-talba biex wieħed jieħu sehem irid ikun fiha 1 oriġinali u żewġ (2) kopji.

Sottomissjonijiet iridu jsiru bl-użu ta' envelopp doppju. Iż-żewġ (2) enveloppi jridu jkunu ssiġillati u jkollhom l-indirizz t'hawn taħt.

L-envelopp ta' barra se jkollu miktub dan li ġej:

'Cour de justice de l'Union européenne

Appel d'offres COJ-PROC-17/017

Nom du responsable du service: Mme Gabriele Dunker

L-2925 Luxembourg'.

L-envelopp ta' ġewwa se jkollu miktub dan li ġej:

'Appel d'offres COJ-PROC-17/017

Offre de la firme .......................................

À ne pas ouvrir par le service courrier'.

3. Il-kandidati jistgħu jibagħtu t-talbiet tagħhom biex jieħdu sehem:

— jew bil-posta jew permezz ta' kurrier privat, mit-8.5.2017 l-aktar tard, kif muri mit-timbru tal-posta jew id-data fuq l-irċevuta tal-kunsinna,

— jew imwassla fl-indirizz lill-Qorti tal-Ġustizzja hawn fuq, sa mhux iktar tard mit-8.5.2017 (fil-17:00). Il-kunsinna tal-offerta se tkun ikkonfermata permezz ta' rċevuta bid-data ffirmata mill-uffiċjal tad-Dipartiment tal-Posta Ċentrali tal-Qorti tal-Ġustizzja li jirċievi l-kunsinna tad-dokumenti.

B. It-tieni fażi:

Il-kandidati li jitniżżlu fil-lista mqassra fit-tmiem tal-fażi tal-għażla minn qabel, se jkunu mistiedna biex jitfgħu offerta. Id-dokumenti tal-istedina għall-offerti (inkluża l-ittra tal-istedina għall-offerti, l-ispeċifikazzjonijiet u l-abbozz tal-kuntratt) ser jintbagħtu lilhom awtomatikament, mingħajr ebda pubblikazzjoni oħra fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

NB: it-tfigħ tat-talbiet biex wieħed jieħu sehem jew it-tħejjija tal-offerti ma jagħtux id-dritt lil dawk li jitfgħu l-offerti li jingħataw il-kuntratt jew li jirċievu xi kumpens għall-ispejjeż li jkunu saru. Dan l-avviż ma jfissirx xi obbligazzjoni fejn tidħol l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt biex tagħti kuntratt.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan.

It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew la jissospendi din id-data tal-għeluq u lanqas joħloq data tal-għeluq ġdida għat-tressiq tal-appelli.

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
30/03/2017