Servizzi - 1545-2017

04/01/2017    S2    Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Servizzi - Kuntratt pubbliku - Proċedura ristretta 

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Konklużjoni ta'oqfsa ta'kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Malti

2017/S 002-001545

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Legal Basis:

Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
plateau de Kirchberg (Uffiċċju T/1277)
Luxembourg
2925
Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Posta elettronika: freelanceMT@curia.europa.eu
Faks: +352 43034315
Kodiċi NUTS: LU000

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ewlieni: http://curia.europa.eu

I.2)Tagħrif dwar ksib konġunt
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_10741/mt/
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Konklużjoni ta'oqfsa ta'kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Malti.

II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
79530000
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Il-kuntratt jikkonċerna 5 lottijiet (ara t-taqsima II.2). Il-lottijiet huma permanenti, talbiet ġodda jistgħu jiġu aċċettati f'kull mument matul il-kuntratt. Il-kuntratti jingħataw skont il-lottijiet. Huma jkunu validi għal sena u jiġġeddu awtomatikament għal 3 perijodi ta' sena. In-numru massimu ta' kuntratti li ser jiġu konklużi għal kull lott huwa speċifikat iktar ‘il quddiem. Ser tiġi stabbilita lista ta' klassifikazzjoni skont il-kriterji tal-' għoti tal-kuntratt. Din il-lista tiddetermina l-ordni inizjali li fih il-kontraenti, fid-dawl tal-kapaċità tal-' produzzjoni u tal-ispeċjalizzazzjoni tagħhom, issirilhom offerta għal xogħol speċifiku. Din il-klassifikazzjoni tiġi rriveduta perijodikament sabiex tirrifletti l-kwalità effettiva tas-servizz ipprovdut. Matul il-kuntratt, il-klassifikazzjoni tista' wkoll tinbidel minħabba l-konklużjoni ta' kuntratti ġodda jew minħabba t-terminazzjoni ta' kuntratti eżistenti.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 6 000 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: iva
L-offerti jistgħu jintbagħtu għal il-lottijiet kollha
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

ES

Nru tal-lott: 1
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
79530000
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU000
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Konklużjoni ta' diversi oqsfa ta' kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi mill-Ispanjol għall-Malti. In-numru massimu ta' oqfsa ta'kuntratti konklużi għal dan il-lott huwa ta' 50. Is-sejħa għal offerti hija permanenti.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.9)Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna
Għadd minimu previst: 50
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.12)Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Il-prezz medju mħallas fl-2015 għal dan il-lott kien ta' EUR 30,06 (prezz totali għal kull paġna standard ta' 1 500 karattru, spazji mhux inklużi, fil-lingwa sors, li jkopri l-ispejjeż kollha). Il-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva d-dritt li tirrifjuta l-offerti meqjusa eċċessivament għolja.

II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

DE

Nru tal-lott: 2
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
79530000
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU000
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Konklużjoni ta' diversi oqfsa ta' kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi mill-Ġermaniż għall-Malti. In-numru massimu ta' oqfsa ta'kuntratti konklużi għal dan il-lott huwa ta' 50. Is-sejħa għal offerti hija permanenti.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.9)Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna
Għadd minimu previst: 50
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.12)Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Il-prezz medju mħallas fl-2015 għal dan il-lott kien ta' EUR 35,06 (prezz totali għal kull paġna standard ta' 1 500 karattru, spazji mhux inklużi, fil-lingwa sors, li jkopri l-ispejjeż kollha). Il-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva d-dritt li tirrifjuta l-offerti meqjusa eċċessivament għolja.

II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

EN

Nru tal-lott: 3
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
79530000
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU000
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Konklużjoni ta' diversi oqfsa ta' kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi mill-Ingliż għall-Malti. In-numru massimu ta'oqfsa ta'kuntratti konklużi għal dan il-lott huwa ta' 50. Is-sejħa għal offerti hija permanenti.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.9)Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna
Għadd minimu previst: 50
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.12)Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Il-prezz medju mħallas fl-2015 għal dan il-lott kien ta' EUR 14,32 (prezz totali għal kull paġna standard ta' 1 500 karattru, spazji mhux inklużi, fil-lingwa sors, li jkopri l-ispejjeż kollha). Il-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva d-dritt li tirrifjuta l-offerti meqjusa eċċessivament għolja.

II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

FR

Nru tal-lott: 4
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
79530000
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU000
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Konklużjoni ta' diversi oqfsa ta' kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi mill-Franċiż għall-Malti. In-numru massimu ta'oqfsa ta'kuntratti konklużi għal dan il-lott huwa ta' 50. Is-sejħa għal offerti hija permanenti.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.9)Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna
Għadd minimu previst: 50
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.12)Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Il-prezz medju mħallas fl-2015 għal dan il-lott kien ta' EUR 25,83 (prezz totali għal kull paġna standard ta' 1 500 karattru, spazji mhux inklużi, fil-lingwa sors, li jkopri l-ispejjeż kollha). Il-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva d-dritt li tirrifjuta l-offerti meqjusa eċċessivament għolja.

II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

IT

Nru tal-lott: 5
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
79530000
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU000
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Konklużjoni ta' diversi oqfsa ta' kuntratti għat-traduzzjoni ta' testi ġuridiċi mit-Taljan għall-Malti. In-numru massimu ta'oqfsa ta'kuntratti konklużi għal dan il-lott huwa ta' 50. Is-sejħa għal offerti hija permanenti.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.9)Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna
Għadd minimu previst: 50
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.12)Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Il-prezz medju mħallas fl-2015 għal dan il-lott kien ta' EUR 19,85 (prezz totali għal kull paġna standard ta' 1 500 karattru, spazji mhux inklużi, fil-lingwa sors, li jkopri l-ispejjeż kollha). Il-Qorti tal-Ġustizzja tirriżerva d-dritt li tirrifjuta l-offerti meqjusa eċċessivament għolja.

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Il-parteċipazzjoni f'din il-proċedura ta' għoti ta' kuntratti hija miftuħa, taħt l-istess kundizzjonijiet, għal kull persuna fiżika jew ġuridika li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattati kostituttivi tal-Unjoni Ewropea u għal kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f'pajjiż terz li jkun ikkonkluda mal-Unjoni Ewropea ftehim speċifiku fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, taħt il-kundizzjonijiet previsti minn dan il-ftehim. Il-kandidati għandhom jindikaw l-Istat li fih huma jkunu stabbiliti u jippreżentaw il-provi meħtieġa skont il-liġi ta' dan l-Istat.

Il-kandidati għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur (disponibbli fl-indirizz tal-Internet indikat fil-punt I.3) dwar il-kriterji ta' esklużjoni u dwar il-kriterji ta' selezzjoni li jgħidu li huma ma jinsabu f'ebda waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Fil-każ li l-kandidat ma jkunx persuna fiżika, dawn il-kriterji ta' esklużjoni japplikaw għall-kandidat u għal kull waħda mill-persuni li jipprovdu servizzi f'isem il-kandidat.

Għandhom jitressqu wkoll dawn l-elementi:

Fil-każ li l-kandidat ma jkunx persuna fiżika, dawn il-kriterji ta' esklużjoni japplikaw għall-kandidat u għal kull waħda mill-persuni li jipprovdu servizzi f'isem il-kandidat.

Għandhom jitressqu wkoll dawn l-elementi:

*Fil-każ li l-kandidat ma jkunx persuna fiżika:

— l-indikazzjoni tal-uffiċċju rreġistrat u prova ta' dan,

— l-indikazzjoni tal-istatus legali u prova ta' dan, pereżempju, reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-kumpaniji, reġistrazzjoni mad-Dipartiment tal-VAT, kopji tal-istatut u tal-memorandum ta' assoċjazzjoni tal-kumpanija, skont id-dispożizzjonijiet tal-lstat fejn ikun stabbilit il-kandidat,

— l-identità tal-persuni li għandom il-poter ta' rappreżentanza, ta' teħid ta' deċiżjonijiet jew ta' kontroll fuqu.

*Fil-każ li l-kandidat ikun persuna fiżika:

— dikjarazzjoni li qiegħed jipprovdi s-servizzi kkonċernati bħala persuna li taħdem għal rasha,

— dikjarazzjoni dwar jekk huwiex suġġett għall-VAT.

It-talbiet għandhom jiġu fformulati b'mod li l-evalwazzjoni tagħhom tkun kompluta, preċiża u tkun tista' ssir l-iktar malajr possibbli, sabiex ikunu jistgħu jintgħażlu l-kandidati li magħhom jibdew in-negozjati. It-talbiet għal parteċipazzjoni ta' dawk il-kandidati li ma jipprovdux informazzjoni biżżejjed meta jimlew il-formola ta' reġistrazzjoni obbligatorja (disponibbli fuq is-sit internet speċifikat fil-punt I.1) u meta jibagħtu d-dokumenti u l-provi indikati, jistgħu jiġu miċħuda.

Għandha ssir talba għal kull lott li għalih issir talba għal parteċipazzjoni, u għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kandidat skont il-lott.

Il-kandidati li l-qafas ta' kuntratt tagħhom għall-istess lott kien ġie xolt mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba nuqqas ta' kwalità jistgħu jiġu esklużi wkoll mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt fir-rigward tal-kuntratt ikkonċernat.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Il-kandidat għandu jkollu l-kapaċità ekonomika u finanzjarja neċessarja sabiex jeżegwixxi l-kuntratt.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

Il-persuni ġuridiċi huma marbuta li jipprvdu informazzjoni suffiċjenti li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u b'mod partikolari l-prova li huma jiddisponu minn riżorsi u mezzi finanzjarji sabiex jiggarantixxu servizz kontinwat u sodisfaċjenti matul il-kuntratt kollu. Għaldaqstant, il-kandidat li huwa persuna ġuridika (fil-każ ta' parteċipazzjoni konġunta, il-kapaċità magħduda tal-membru kollha tal-konsorzju) għandu jipprovdi d-dokumenti li ġejjin:

— kopja tal-karta bilanċjali jew estratti tal-karta bilanċjali u l-kontabbiltà finali tal-aħħar 3 snin, kif ukoll kull kopja tar-rapporti tal-bord amministrattiv u tal-awdituri esterni, dwar dawn is-snin,

— jekk, għal raġuni eċċezzjonali li l-awtorità kontraenti tqis li hija ġġustifikata, il-kandidat ma jkunx fil-pożizzjoni li jipprovdi wieħed jew l-ieħor mid-dokumenti msemmija hawn fuq, huwa jista' juri l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta' kull dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis xierqa. F'kull każ, l-awtorità kontraenti għandha almenu tiġi informata bir-raġuni eċċezzjonali u bil-ġustifikazzjoni tagħha fit-talba għal parteċipazzjoni. L-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li titlob kull dokument ieħor li jippermettilha tivverifika l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-kandidat.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Kull kandidat li jkun persuna fiżika u kull persuna fiżika involuta fil-provvista tas-servizzi kkonċernati għandha tilħaq dawn il-livelli minimi ta' kapaċità professjonali:

— lawrja fil-liġi Maltija wara kors komplut ta' studji f'livell universitarju li jagħti aċċess għall-eżerċizzju ta' waħda mit-tliet professjonijiet legali f'Malta (avukat [LL.D jew Master in Advocacy], nutar [Dip. Not. Pub. jew Master in Notarial studies], jew prokuratur legali [Diploma of L.P. B.A. Socio-legal Studies, LL.B. with Diploma of Legal Procurator, Diploma of legal Procurator]), jew

— lawrja fil-liġi wara kors komplut ta' studji f'livell universitarju fi Stat Membru tal-UE, kif ukoll iċ-ċertifikat (warrant) li juri li l-kandidat għandu aċċess għall-eżerċizzju ta' professjoni legali f'Malta, jew

— għal-lottijiet Spanjoli u Ġermaniżi biss, lawrja universitarja f'kull qasam li mhux dak tal-liġi, flimkien ma' esperjenza professjonali ta' traduzzjoni ta' dokumenti legali ta' mhux inqas minn sentejn,

— għarfien perfett tal-Malti u tat-terminoloġija ġuridika Maltija,

— għarfien tajjeb tal-lingwa li minnha ssir it-traduzzjoni (ara l-lista tal-lottijiet).

Informazzjoni u formalitajiet mitluba sabiex jiġi evalwat jekk dawn ir-rekwiżiti ġewx issodisfatti:

— kopja tad-diploma tal-lawrja universitarja li turi t-taħriġ ġuridiku mitlub,

— kopja tad-diploma tal-lawrja universitarja f'qasam mhux ġuridiku, fejn ikun il-każ,

— KK ddettaljat,

— dokumenti rilevanti jew informazzjoni ddettaljata li tista' tiġi vverifkata li juru l-esperjenza professjonali ta' traduzzjoni ta' dokumenti legali ta' mhux inqas minn sentejn, fejn ikun il-każ (eżempju: lista tas-servizzi prinċipali pprovduti matul dawn l-aħħar 3 snin),

— informazzjoni dwar l-għarfien perfett tal-Malti [mod ta' apprendiment, kwalifika(i), esperjenza professjonali],

— informazzjoni dwar l-għarfien tajjeb tal-lingwa li minnha ssir it-traduzzjoni (ara l-lista tal-lottijiet) [mod ta' apprendiment, kwalifika(i), esperjenza professjonali].

III.1.5)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.2.2)Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt:

Il-kwalità tas-servizzi mogħtija taħt l-oqfsa ta' kuntratti għandha tkun tali li tippermetti l-użu immedjat tat-test, jew permezz ta' pubblikazzjoni jew b'mod ieħor. Għalhekk, il-kontraent għandu jiżgura:

— li s-servizzi jkunu konformi mal-istruzzjonijiet speċifiċi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja,

— l-użu korrett, rigoruż u preċiż tal-lingwa li fiha ssir it-traduzzjoni,

— l-użu rigoruż tal-lingwa u tat-terminoloġija ġuridika adegwati fil-lingwa li fiha ssir it-traduzzjoni,

— l-użu strett tat-terminoloġija ġuridika użata fid-dokumenti ta' riferiment (lingwa li minnha ssir it-traduzzjoni u lingwa li fiha ssir it-traduzzjoni),

— il-kwotazzjoni rigoruża tat-testi leġiżlattivi u/jew ġudizzjarji rilevanti,

— l-użu tal-bażijiet tad-dejta ġuridiċi meħtieġa (tal-Unjoni u nazzjonali),

— l-osservanza tal-VadeMecum tal-Qorti tal-Ġustizzja (skont il-każ),

— il-kunsinna fit-terminu miftiehem u speċifikat fl-ordni.

III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura ristretta
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’diversi operaturi
L-għadd massimu mistenni ta' parteċipanti fil-qafas ta' ftehim: 250
IV.1.4)Informazzjoni dwar tnaqqis fl-għadd ta’ soluzzjonijiet jew offerti matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.1.6)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: le
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.1)Pubblikazzjoni preċedenti dwar din il-proċedura
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 13/02/2017
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Malti
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: iva
Żmien stmat biex jiġu ppubblikati aktar avviżi:

Is-sejħa għal offerti hija permanenti. Il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt ġdid hija prevista mhux qabel 42 xahar mid-dħul fis-seħħ tal-ewwel oqsfa ta' kuntratti.

VI.2)Informazzjoni dwar flussi ta' xogħol elettroniċi
Se jkun aċċettat il-ħruġ ta' fatturi elettroniċi
Se jintużaw pagamenti elettroniċi
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

It-talbiet għal parteċipazzjoni ffirmati għandhom jintbagħtu b'ittra elettronika (bil-formola ta' reġistrazzjoni ffirmata u skennjata u annessa) jew b'ittra postali (bil-formola ta' reġistrazzjoni ffirmata). Links lejn spazji ta' ħazna online mhumiex ser jiġu aċċettati.

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tagħhom, il-kandidati magħżula jiġu mistiedna jagħmlu offerta (mill-inqas 5 kandidati għal kull lott, sakemm ikun hemm numru biżżejjed ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta' selezzjoni).

Peress li s-sejħa għal offerti hija permanenti fir-rigward tal-lottijiet kollha, sakemm ma jkunx intlaħaq in-numru massimu ta' kontraenti għal-lott, matul it-twettiq tal-kuntratt ser issir, f'intervalli regolari, evalwazzjoni tat-talbiet il-ġodda li jkunu waslu wara d-data finali għall-wasla tagħhom. Il-parteċipazzjoni f'dan il-kuntratt hija bla ħlas u għalhekk ma tagħti ebda dritt lill-kandidat/lill-offerent jitlob xi tip ta' kumpens finanzjarju għall-ispejjeż tiegħu.

Il-kandidati magħżula jiġu mistiedna permezz ta' ittra elettronika jagħmlu l-offerta tagħhom, ifformulata, minħabba raġunijiet amministrattivi, bl-lngliż jew bil-Franċiż, skont il-każ.

It-testi li għandhom jiġu tradotti jkopru firxa ta' suġġetti ġuridiċi marbuta mal-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. It-tul ta' dawn it-testi, u kif ukoll il-livell ta' urġenza li bih jintalbu t-traduzzjonijiet, huma varjabbli. Jistgħu jinstabu eżempji tat-testi li għandhom jiġu tradotti fis-sit -internet tal-Qorti tal-Ġustizzja: http://www.curia.europa.eu

Il-kontraenti jistgħu jintalbu jaħdmu fuq testi li jkunu ġew ipproċessati minn qabel b'sistema ta' traduzzjoni assistita. L-offerenti magħżula ser jintalbu jiddikjaraw li huma lesti jiffamiljarizzaw ruħhom ma' din is-sistema jekk dan ikun meħtieġ għal xi xogħol speċifiku. Jekk ma jkunux disposti jagħmlu dan, huma jkunu qegħdin jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom li jirċievu kull xogħol li fir-rigward tiegħu tkun meħtieġa din il-familjarizzazzjoni, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom fil-lista tal-kontraenti.

Il-partijiet fit-testi li jkunu diġà ġew tradotti kollha jew parzjalment minn qabel, u pprovduti lill-kontraent fil-fajl għat-traduzzjoni, jew separatament, jistgħu jitnaqqsu mit-total ta' paġni magħduda konformement mal-modalitajiet indikati fil-qafas ta' kuntratt.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
rue du Fort Niedergrünewald
Luxembourg
2925
Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Faks: +352 43032100

Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Terminu ta' xagħrejn li jiddekorri mill-pubblikazzjoni tal-att, tan-notifika tiegħu lir-rikorrent jew, fin-nuqqas ta' dan, tal-ġurnata li fiha huwa jkun sar jaf bih, konformement mal-Artikolu 263 TFUE.

VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
16/12/2016