Il-parteċipazzjoni f'din il-proċedura ta' għoti ta' kuntratti hija miftuħa, taħt l-istess kundizzjonijiet, għal kull persuna fiżika jew ġuridika li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattati kostituttivi tal-Unjoni Ewropea u għal kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f'pajjiż terz li jkun ikkonkluda mal-Unjoni Ewropea ftehim speċifiku fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, taħt il-kundizzjonijiet previsti minn dan il-ftehim. Il-kandidati għandhom jindikaw l-Istat li fih huma jkunu stabbiliti u jippreżentaw il-provi meħtieġa skont il-liġi ta' dan l-Istat.
Il-kandidati għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur (disponibbli fl-indirizz tal-Internet indikat fil-punt I.3) dwar il-kriterji ta' esklużjoni u dwar il-kriterji ta' selezzjoni li jgħidu li huma ma jinsabu f'ebda waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Fil-każ li l-kandidat ma jkunx persuna fiżika, dawn il-kriterji ta' esklużjoni japplikaw għall-kandidat u għal kull waħda mill-persuni li jipprovdu servizzi f'isem il-kandidat.
Għandhom jitressqu wkoll dawn l-elementi:
Fil-każ li l-kandidat ma jkunx persuna fiżika, dawn il-kriterji ta' esklużjoni japplikaw għall-kandidat u għal kull waħda mill-persuni li jipprovdu servizzi f'isem il-kandidat.
Għandhom jitressqu wkoll dawn l-elementi:
*Fil-każ li l-kandidat ma jkunx persuna fiżika:
— l-indikazzjoni tal-uffiċċju rreġistrat u prova ta' dan,
— l-indikazzjoni tal-istatus legali u prova ta' dan, pereżempju, reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-kumpaniji, reġistrazzjoni mad-Dipartiment tal-VAT, kopji tal-istatut u tal-memorandum ta' assoċjazzjoni tal-kumpanija, skont id-dispożizzjonijiet tal-lstat fejn ikun stabbilit il-kandidat,
— l-identità tal-persuni li għandom il-poter ta' rappreżentanza, ta' teħid ta' deċiżjonijiet jew ta' kontroll fuqu.
*Fil-każ li l-kandidat ikun persuna fiżika:
— dikjarazzjoni li qiegħed jipprovdi s-servizzi kkonċernati bħala persuna li taħdem għal rasha,
— dikjarazzjoni dwar jekk huwiex suġġett għall-VAT.
It-talbiet għandhom jiġu fformulati b'mod li l-evalwazzjoni tagħhom tkun kompluta, preċiża u tkun tista' ssir l-iktar malajr possibbli, sabiex ikunu jistgħu jintgħażlu l-kandidati li magħhom jibdew in-negozjati. It-talbiet għal parteċipazzjoni ta' dawk il-kandidati li ma jipprovdux informazzjoni biżżejjed meta jimlew il-formola ta' reġistrazzjoni obbligatorja (disponibbli fuq is-sit internet speċifikat fil-punt I.1) u meta jibagħtu d-dokumenti u l-provi indikati, jistgħu jiġu miċħuda.
Għandha ssir talba għal kull lott li għalih issir talba għal parteċipazzjoni, u għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kandidat skont il-lott.
Il-kandidati li l-qafas ta' kuntratt tagħhom għall-istess lott kien ġie xolt mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba nuqqas ta' kwalità jistgħu jiġu esklużi wkoll mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt fir-rigward tal-kuntratt ikkonċernat.