Servizzi - 157967-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

07/05/2015    S88    Qorti Ewropea tal-Awdituri - Servizzi - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Reviżjoni tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti (KPI 3)

2015/S 088-157967

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Għall-attenzjoni ta’: Id-Dipartiment tal-Proċedura għat-Tfigħ tal-Offerti u tal-Kuntratti
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Telefown: +352 4398-47611
Feks: +352 4398-46667

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://www.eca.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=834

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Reviżjoni tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti (KPI 3).
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 27: Servizzi oħrajn
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Is-suġġett ta' din is-sejħa għall-offerti hu l-konklużjoni ta' 1 jew 2 kuntratti ta' servizz diretti li se jitwettqu simultanjament minn 2 kuntratturi differenti: 1 mislut mill-akkademja u l-ieħor mill-awditjar u s-settur tas-servizzi rrelatati. Dan ifisser li lott 1 biss jista' jingħata lil kuntrattur, anke jekk il-kuntrattur japplika għaż-żewġ lottijiet. Il-kuntratturi għandhom iwettqu r-reviżjoni tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-istess dispożizzjonijiet legali u kuntrattwali japplikaw għaż-żewġ lottijiet.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

79419000

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: iva
L-offerti jistgħu jintbagħtu għal lott wieħed jew aktar
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
Valur stmat mingħajr VAT: 370 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 55 (mill-għoti tal-kuntratt)

Informazzjoni dwar il-lottijiet

Nru tal-lott: 1 Titlu: Reviżjoni akkademika tal-kontenut u preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti
1)Deskrizzjoni qasira
Is-suġġett ta' din is-sejħa għall-offerti hu l-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz dirett ma' espert indipendenti estern. Lott 1 biss jista' jingħata lil kuntrattur, anke jekk il-kuntrattur japplika għaż-żewġ lottijiet. Il-kuntrattur għandu jwettaq ir-reviżjoni tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti.
2)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

79419000

3)Kwantità jew ambitu
Valur stmat mingħajr VAT: 185 000 EUR
4)Indikazzjoni dwar data differenti għat-tul ta' żmien tal-kuntratt jew bidu/tlestija
Tul ta' żmien f’xhur: 55 (mill-għoti tal-kuntratt)
5)Informazzjoni addizzjonali dwar il-lottijiet
Nru tal-lott: 2 Titlu: Ir-reviżjoni tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti (is-settur tal-awditjar u s-servizzi rrelatati)
1)Deskrizzjoni qasira
Is-suġġett ta' din is-sejħa għall-offerti hu l-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz dirett ma' espert indipendenti estern. Lott 1 biss jista' jingħata lil kuntrattur, anke jekk il-kuntrattur japplika għaż-żewġ lottijiet. Il-kuntrattur għandu jwettaq ir-reviżjoni tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti.
2)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

79419000

3)Kwantità jew ambitu
Valur stmat mingħajr VAT: 185 000 EUR
4)Indikazzjoni dwar data differenti għat-tul ta' żmien tal-kuntratt jew bidu/tlestija
Tul ta' żmien f’xhur: 55 (mill-għoti tal-kuntratt)
5)Informazzjoni addizzjonali dwar il-lottijiet

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Il-ħlasijiet se jsiru fi żmien 30 jum mis-sottomissjoni tal-fatturi.
Pagament għas-servizzi se jsir bi qbil mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ta' kull sena tal-Unjoni Ewropea u l-kondizzjonijiet spjegati fil-qosor fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti.
Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jinnotaw li l-parti li tikkuntratta mal-Qorti tkun responsabbli biex tapplika sewwa r-regoli li jikkonċernaw l-impożizzjoni tal-VAT. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija eżenti mill-VAT skont l-Artikli 3 u 4 tal-provvedimenti tal-Protokoll fuq il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
L-offerti jistgħu jintefgħu individwalment jew f'assoċjazzjoni ma' terzi partijiet. Jekk l-offerti jintefgħu minn konsorzju ta' operaturi ekonomiċi, il-membri kollha tal-konsorzju għandhom ikunu responsabbli flimkien u individwalment għat-twettiq tal-kuntratt. Madankollu, membru 1 irid jingħażel sabiex ikun il-parti responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: 1) Dawk li jitfgħu l-offerti se jkollhom jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li mhumiex f'waħda mill-kriterji tat-twarrib imniżżla fl-Artikli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012 dwar ir-regoli finanzjarji li jgħoddu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jieħdu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 — minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala r-'Regolament Finanzjarju' (il-ĠU L 298 tas-26.10.2012, p. 1). Dak li jitfa' l-offerta li lilu se jingħata l-kuntratt għandu jipprovdi dokumenti speċifiċi sabiex jagħti prova li mhuwiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib li għalihom hemm referenza fl-Artikli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju.
2) Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jistqarru b'mod ċar lill-ECA (Qorti Ewropea tal-Awdituri) iċ-ċirkustanzi kollha li jistgħu joħolqu kunflitt ta' interess, matul il-proċedura tat-tfigħ tal-offerti u/jew matul il-provvista tas-servizzi.
3) Sabiex jagħtu prova tal-ħila legali tagħhom u tal-istatus tagħhom, it-teffiegħa kollha tal-offerti u s-sottokuntratturi identifikati għandhom jipprovdu kopja tad-dokument uffiċjali (gazzetta uffiċjali, reġistru tal-kummerċ, eċċ.) li juri l-isem tal-entità legali, l-indirizz tal-uffiċċju ewlieni u n-numru ta' reġistrazzjoni mogħti lilha mill-awtoritajiet nazzjonali. Għal persuni legali, kopja leġibbli tal-avviż tal-ħatra tal-persuni awtorizzati li jirrappreżentaw lil min jitfa' l-offerti fl-innegozjar ma' terzi partijiet jew kopja tal-pubblikazzjoni ta' din il-ħatra jekk il-leġislazzjoni li tapplika għall-entità legali kkonċernata titlob din il-pubblikazzjoni. Kull delega ta' din l-awtorizzazzjoni lil rappreżentant ieħor mhux indikat fil-ħatra uffiċjali trid tkun issostanzjata.
Għal individwi, fejn applikabbli, prova ta' reġistrazzjoni fuq reġistru professjonali jew tal-kummerċ jew xi dokument uffiċjali ieħor li juri n-numru tar-reġistrazzjoni u kopja tal-karta tal-identità tagħhom.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti se jipprovdu tagħrif suffiċjenti biex jissodisfaw l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u li huma u kwalunkwe sottokuntratturi għandhom ir-riżorsi neċessarji u l-mezzi finanzjarji biex iwettqu x-xogħol li hu s-suġġett tal-offerta.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: Għandha tiġu pprovduta l-prova li ġejja:
— stqarrija tad-dħul kollu rrejalizzat mis-servizzi ta' konsulenza għall-aħħar 3 snin disponibbli,
— għandha tiġi pprovduta l-evidenza li ġejja:
• Referenza tal-Internet għall-kontijiet ippubblikati jew jekk mhux disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-kontijiet awditjati għall-aħħar sentejn (2),
• fin-nuqqas ta' dan, stqarrijiet xierqa minn banek.
Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorita li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, dak li jitfa' l-offerti ma jkunx jista' jipprovdi 1 jew aktar mid-dokumenti t'hawn fuq, jista' jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta' kull dokument ieħor li l-awtorita li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li huwa xieraq. F'kull każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt trid tkun mill-inqas avżata dwar din ir-raġuni eċċezzjonali u l-ġustifikazzjoni li għandha x'taqsam magħha fl-offerta. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tirriserva d-dritt li titlob kull dokument ieħor li jgħinha biex tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja ta' min qed jitfa' l-offerta.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
Dawk li jitfgħu l-offerti se jipprovdu tagħrif suffiċjenti biex jissodisfaw l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tal-ħila teknika u professjonali tagħhom biex iwettqu x-xogħlijiet skont il-kundizzjonijiet tat-twettiq li jwaqqfu l-ħtiġijiet minimi ta' kwalifiki tal-persuni assenjati għat-twettiq tax-xogħlijiet mill-kuntrattur.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
L-1 lott:
Kull kuntrattur għandu jkollu tim kompost minn:
— mexxej tat-tim li se jkun il-punt ta' kuntatt tal-Qorti u l-uniku interlokutur li lilu se tinidirizza kwalunkwe talbiet,
— mill-inqas 2 reviżuri.
Is-servizzi se jkunu mwettqin minn tim ta' konsulenti (kif deskritt hawn fuq) li għandhom il-kwalifiki edukattivi u professjonali jew l-esperjenza li ġejjin għal mill-inqas membru 1 tat-tim:
L-edukazzjoni.
— mill-inqas lawrja f'livell ta' maġisteru f'qasam akkademiku rilevanti (e.g. xjenzi soċjali jew politiċi, amministrazzjoni pubblika, liġi pubblika).
L-esperjenza:
— kull membru tat-tim għandu jkollu mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali jew akkademika fit-twettiq ta' reviżjonijiet,
— it-tim tar-reviżjoni għandu jkollu kollettivament mill-inqas 15-il sena esperjenza ta' twettiq ta' reviżjonijiet simili.
Oħrajn:
— abbiltà ppruvata biex jipproduċi rapporti ta' kwalità għolja bl-Ingliż.
It-2 lott:
Il- kuntrattur għandu jkollu tim kompost minn:
— mexxej tat-tim li se jkun il-punt ta' kuntatt tal-Qorti u l-uniku interlokutur li lilu se tinidirizza kwalunkwe talbiet,
— mill-inqas 2 reviżuri.
Il-mexxej u r-reviżuri tat-tim tal-kuntrattur għandhom ikunu: membri kkwalifikati bis-sħiħ ta' 1 mill-korpi membri tal-Federazzjoni Internazzjoni tal-Akkawntants (IFAC).
L-esperjenza:
— kull membru tat-tim għandu jkollu minimu ta' 3 snin ta' esperjenza fit-twettiq ta' awditjar u servizzi rrelatati miż-żmien tal-kwalifika bħala membru ta' korp li hu membru tal-IFAC.
Oħrajn:
— abbiltà ppruvata biex jipproduċi rapporti ta' kwalità għolja bl-Ingliż.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari: le
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz
L-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: iva

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti

L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija hawn taħt

1. Il-kwalità. Ippeżar 70

2. Il-prezz. Ippeżar 30

IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt

Avviż dwar il-profil tax-xerrej

Numru tal-avviż fil-ĠU tal-UE: 2011/S 169-277837 ta' 3.9.2011

IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Limitu ta’ żmien għall-wasla tat-talbiet għad-dokumenti jew għall-aċċess għad-dokumenti: 11.6.2015
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
18.6.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 19.6.2015

Post:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, 12, rue Alcide de Gasperi, 1615 Luxembourg-Kirchberg, IL-LUSSEMBURGU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva

Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Dawk li jitfgħu l-offerti jew ir-rappreżentanti tagħhom li jixtiequ jkunu preżenti għall ftuħ tal-offerti għandhom jinfurmaw lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri bil-miktub (faks +352 4398-46667, Email: eca-procurement.service@eca.europa.eu) sat-18.6.2015 (f'12:00) l-iżjed tard, u għandhom jipproduċu l-awtorizzazzjoni tagħhom mill-kumpanija li qiegħda titfa' l-offerta.

Jitħalla jattendi rappreżentant 1 biss għal kull min jitfa' offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Referenza għal proġett(i) u/jew programm(i): Il-baġit tal-Unjoni Ewropea.
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://www.curia.europa.eu/

Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni

Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Indirizz postali: 1 avenue du Président Robert Schuman, Kaxxa Postali 403
Belt: Strasburgu
Kodiċi postali: 67001
Pajjiż: Franza
Telefown: +33 388172313
Feks: +33 388179062
Indirizz tal-Internet: http://www.ombudsman.europa.eu/

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew ma jfissirx li se jwassal biex iwaqqaf dan il-perijodu, jew biex jinfetaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Is-Servizz tal-Ksib
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Telefown: +352 4398-47611
Feks: +352 4398-46667
Indirizz tal-Internet: http://www.eca.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
27.4.2015