Are you an ambitious procurement expert with recent publications? Check out the TED Ambassador award, our competition that aims to identify and reward research in the field of public procurement. Apply here by 28 April 2023.

Servizzi - 189923-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

03/06/2015    S105

l-Italja-Ispra: Qafas ta' kuntratt għall-immarkar tan-nanopartikuli bi traċċa radjoattiva

2015/S 105-189923

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u l-Konsumaturi
Indirizz postali: via Enrico Fermi 2749
Belt: Ispra VA
Kodiċi postali: 21027
Pajjiż: L-Italja
Persuna ta’ kuntatt: Is-Sur Aivaras Bagdonas
Għall-attenzjoni ta’: B.5 It-Taqsima tal-Finanzi u l-Ksib
Posta elettronika: jrc-ihcp-procurement@ec.europa.eu
Feks: +39 0332789434

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://web.jrc.ec.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=867

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Oħrajn: Ir-riċerka.
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Qafas ta' kuntratt għall-immarkar tan-nanopartikuli bi traċċa radjoattiva.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 8: Servizzi ta’ riċerka u żvilupp
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Fil-bini tal-kuntrattur.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien f’xhur: 48

Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas

Valur stmat mingħajr VAT: 225 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Il-JRC qiegħed ifittex li jidħol f'qafas ta' kuntratt biex ikopri s-servizzi li ġejjin tal-irradjazzjoni:
1. irradjazzjoni ta' tipi differenti ta' nanopartikuli u nanopartikuli mħallta ma' taħlita tal-litju;
2. irradjazzjoni ta' trab bi frak żgħir iebes u mhux raffinat ta' 107Ag arrikkit;
3. irradjazzjoni ta' diski Au b'kompożizzjoni isotopika naturali pprovduta mill-JRC.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

09344000 Radjo-iżotopi, 31643000 Aċċelleraturi tal-partiċelli

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
L-istima tal-ammont sħiħ ta' ħin tar-raġġi f'sigħat hi mistennija li se tkun ta' 360 matul 4 snin.
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: iva
Għadd ta’ tiġdid possibbli: 3
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti jew servizzi li jiġġeddu, qafas ta’ żmien stmat għal kuntratti sussegwenti:
f'xhur: 12 (mill-għoti tal-kuntratt)
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Jekk jogħġbok ara d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Jekk jogħġbok ara d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
L-operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jew bħala entità li titfa' offerta weħidha jew bħala msieħba f'konsorzju (b'bixra legali jew mingħajrha). Is-sottokuntrattar jista' jsir fiż-żewġ każijiet.
Min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jniżżel b'mod ċar ir-rwol ta' kull operatur ekonomiku — bħala entità li titfa' offerta weħidha, imsieħeb f'konsorzju jew sottokuntrattur. Dan jgħodd ukoll fejn l-entitajiet li jkollhom x'jaqsmu jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ekonomiku.
Kull imsieħeb f'konsorzju jerfa' r-responsabbiltà flimkien u b'mod individwali lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt u se jkun jagħmel parti mill-kuntratt jekk tintgħażel l-offerta tal-konsorzju. Il-konsorzju se jaħtar entità legali 1 ('il-kap') li se jkollha l-awtorità sħiħa li torbot lill-konsorzju u kull wieħed mill-membri tiegħu matul it-twettiq tal-kuntratt u se tkun responsabbli mill-immaniġġar amministrattiv tal-kuntratt (il-ħruġ tal-fatturi, id-dħul tal-pagamenti, eċċ.) f'isem l-imsieħba l-oħra kollha.
Is-sottokuntrattar ifisser sitwazzjoni fejn il-kuntrattur jidħol f'impenji legali ma' entitajiet legali oħra li se jwettqu parti mill-kuntratt f'ismu. Il-kuntrattur se jibqa' responsabbli b'mod sħiħ lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt. Xogħol li jsir minn persuni li jaħdmu għal rashom, l-użu ta' attivitajiet jew impjegati ta' kwalunkwe entità legali li tkun differenti għal kollox mill-kuntrattur, ilkoll jissarrfu f'sottokuntrattar, b'mod indipendenti mil-liġi nazzjonali li tgħodd.
Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu ħjiel dwar il-persentaġġ tal-kuntratt li bi ħsiebhom jgħaddu lil ħaddieħor b'sottokuntratt. Huma għandhom jidentifikaw ukoll is-sottokuntratturi kollha:
— li se jiddependu fuq il-ħiliet tagħhom biex jilħqu l-livelli minimi tal-ħila taħt it-titli III.2.2 u III.2.3,
— li s-sehem individwali tagħhom fil-kuntratt hu ta' iktar minn 20 %.
Is-sottokuntratturi għandhom jagħtu ittra ta' intenzjoni li fiha juru r-rieda tagħhom li jieħdu sehem fit-twettiq tal-kuntratt kif imfisser fis-sejħa għall-offerti.
Matul it-twettiq tal-kuntratt, kwalunkwe bidla li ssir fost is-sottokuntratturi se tiddependi fuq l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.
Min jitfa' offerta waħdu jew konsorzju jista' jistrieħ ukoll fuq il-ħiliet ta' entitajiet oħra biex jilħaq il-livelli tal-ħila minima taħt it-titli III.2.2 u III.2.3, irrispettivament mill-bixra legali tar-rabtiet li jkollu magħhom. F'dan il-każ, hu għandu jagħti prova lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt li se jkollu f'idejh ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt, pereżempju billi jagħti garanzija mingħand dawk l-entitajiet. Jekk wieħed jistrieħ fuq il-ħiliet ta' terza entità li tkun entità legali differenti minn dak li jitfa' offerta waħdu jew mill-membri tal-konsorzju, anki jekk tkun tagħmel parti mill-istess grupp ekonomiku, dan jitqies li hu sottokuntrattar għall-iskopijiet tal-proċedura. Jekk il-kuntratt jingħata lil min jitfa' offerta li jistrieħ fuq terza entità biex jipprovdi iktar minn 70 % tal-ħtiġijiet minimi għall-ħila ekonomika u finanzjarja mniżżla taħt it-titlu III.2.2, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se titlob li t-terza entità tiffirma l-kuntratt u tkun responsabbli flimkien u b'mod individwali mit-twettiq tiegħu flimkien ma' dak li jitfa' l-offerta.
Ir-rwol u x-xogħlijiet ta' kull imsieħeb fil-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati għandhom jitniżżlu b'mod ċar fl-offerta. Fuq l-ittra ta' quddiem għandu jitniżżel l-isem ta' min qiegħed jitfa' l-offerta (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntrattur(i), inklużi t-terzi entitajiet li min qiegħed jitfa' l-offerta jiddependi fuq il-ħiliet tagħhom, u l-isem tal-persuna waħdanija li jista' jsir kuntatt magħha f'rabta ma' din il-proċedura. Għall-konsorzji, l-ittra ta' quddiem trid tkun iffirmata minn kull imsieħeb, jew minn imsieħeb li jkun awtorizzat kif xieraq biex jiffirma l-offerta u l-kuntratt f'isem l-imsieħba kollha. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorizzazzjoni tista' tkun, pereżempju, fl-għamla ta' prokura, ittra ta' intenzjoni jew ftehim tal-konsorzju.
Dawk li jitfgħu l-offerti (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) għandhom jagħtu wkoll kopja li tinqara tal-avviż dwar il-ħatra tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lil min qiegħed jitfa' l-offerta f'negozjati ma' terzi partijiet u fi proċeduri legali, jew kopja tal-pubblikazzjoni ta' ħatra bħal din jekk il-leġislazzjoni li tgħodd għall-entità legali li għandha x'taqsam titlob li ssir pubblikazzjoni bħal din. Għandha tingħata prova ta' kull delega ta' din l-awtorizzazzjoni li ssir lil rappreżentant ieħor li ma jissemmiex fil-ħatra uffiċjali.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: 1. Il-kriterji tat-twarrib:
Dawk li jitfgħu l-offerti m'humiex se jikkwalifikaw biex jieħdu sehem f'din il-proċedura jekk jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet tat-twarrib imniżżla f'Artikli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012. Dawk li jitfgħu l-offerti (inklużi l-imsieħba tal-konsorzju) u s-sottokuntratturi li jkunu identifikati skont it-titlu III.1.3 se jiffirmaw l-istqarrija fuq l-unur (li tista' tinkiseb mis-sit tal-Internet tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt imsemmija taħt it-titlu I.1) biex jistqarru li huma ma jinsabux fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet.
Fuq talba li ssir mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, dak li jirbaħ l-offerta (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntratturi kollha identifikati minn dak li jitfa' l-offerta skont il-punt III.1.3 se jagħtu d-dokumenti ta' prova mniżżla f'Artiklu 143(3) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tneħħi l-obbligu li wieħed jagħti l-provi meħtieġa permezz tad-dokumenti jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħatawlha għall-iskopijiet ta' proċedura oħra tal-ksib u sakemm id-dokumenti ma jkunux ilhom li nħarġu iktar minn sena 1 mid-data tal-avviż dwar l-għoti u jekk ikunu għadhom jgħoddu. F'dan il-każ, min qiegħed jitfa' l-offerta jrid jistqarr fuq l-unur tiegħu li l-provi bid-dokumenti diġà jkunu ngħataw fi proċedura ta' ksib li saret qabel u jikkonferma li ma sar l-ebda tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.
2. Il-kriterji tal-għażla: il-ħila legali:
Dawk li jitfgħu l-offerti (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) se jagħtu prova li huma għandhom il-ħila legali biex iwettqu l-kuntratt billi jagħtu ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru rilevanti tal-kummerċ jew professjonali fil-pajjiż tat-twaqqif/l-inkorporazzjoni tagħhom. Jekk min qiegħed jitfa' l-offerta mhux meħtieġ jew ma jitħalliex jirreġistra f'reġistru bħal dan minħabba raġunijiet marbuta mal-istatut jew mal-qagħda legali tiegħu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tilqa', bħala prova xierqa, stqarrija taħt ġurament jew ċertifikat, sħubija f'organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni ċara, jew ikun imniżżel fir-reġistru tal-VAT.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti jridu jilħqu l-kriterju li ġej:
— dħul fis-sena li jilħaq il-livell tal-kapaċità minima.
Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw minn kull min jitfa' offerta (kull imsieħeb fil-każ ta' konsorzju) u kull sottokuntrattur li min qiegħed jitfa' l-offerta se jiddependi fuq il-ħiliet tiegħu biex jilħaq il-livell tal-ħila minima għall-kapaċità ekonomika u finanzjarja:
(a) kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali, il-kontijiet tal-qligħ u t-telf u kwalunkwe informazzjoni finanzjarja oħra li għandha x'taqsam) għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu, kienu ppubblikati u/jew ivverifikati jew, jekk l-operatur ekonomiku mhux marbut li jippubblikahom/jivverifikahom skont il-liġi tal-pajjiż fejn hu stabbilit, għandha ssir ċertifikazzjoni personali li turi li huma preċiżi u sinċieri minn rappreżentant awtorizzat kif xieraq. Jekk id-dokumenti li jingħataw juru telf nett fi kwalunkwe waħda mis-snin mitluba, l-operatur ekonomiku għandu jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal referenzi bankarji xierqa jew ittra/stqarrija minn awdituri ċċertifikati li tagħti prova tal-istabbiltà finanzjarja tal-operatur ekonomiku, prova ta' polza tal-assigurazzjoni li tilqa' kontra l-periklu professjonali, jew garanzija xierqa minn terza entità (p.e. il-kumpanija ewlenija);
(b) stqarrija dwar id-dħul fis-sena tal-operatur ekonomiku u d-dħul fis-sena fil-qasam li jaqa' taħt il-kuntratt, matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
Jekk, minħabba xi raġuni eċċezzjonali, li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, operatur ekonomiku ma jkunx jista' jagħti r-referenzi mitluba hawn fuq, hu jista' jagħti prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tiegħu bi kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li jkun xieraq. Ikun xi jkun il-każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-inqas trid tkun avżata dwar ir-raġuni eċċezzjonali u dwar il-ġustifikazzjoni tagħha. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt iżżomm id-dritt li titlob kwalunkwe dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku jew li tfittex informazzjoni u/jew kjarifiki addizzjonali bi kwalunkwe mezz xieraq (siti tal-Internet, entitajiet uffiċjali, eċċ.).
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tneħħi l-obbligu li operatur ekonomiku jrid jagħti l-provi permezz tad-dokumenti msemmija hawn fuq jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħatawlha għall-iskopijiet ta' proċedura oħra tal-ksib u sakemm ikunu jimxu mal-ħtiġijiet ta' din is-sejħa għall-offerti. F'każ bħal dan, l-operatur ekonomiku se jagħti r-referenza għall-kuntratt u jsemmi s-servizz tal-Kummissjoni li kien ingħata dawn il-provi.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: Għall-punt III.2.2(b) id-dħul fis-sena għal kull waħda minn dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji jew il-medja tad-dħul fis-sena għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji mill-inqas trid tkun ta' EUR 140 000.
Dan l-ammont minimu se jkun ivvalutat f'rabta ma' dak li qiegħed jitfa' l-offerta kollu kemm hu, inklużi l-ħiliet magħquda tal-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju u s-sottokuntratturi kollha.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
(a) Esperjenza f'mill-inqas wieħed mill-oqsma tal-provvista tar-radjonuklidi, il-provvisti ta' taħlitiet immarkati bi traċċi radjoattivi, il-provvista tar-radjofarmaċewtiċi, l-irradjazzjoni ta' materjali jew komponenti, l-ispeċifikar tat-tip ta' provvisti skont ir-radjonuklide u/jew it-taħlita, li tingħata prova tagħha permezz ta' lista ta' kuntratti tal-istess tip (fil-valur, il-firxa u l-kumplessità) li tlestew fit-3 snin ta' qabel id-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti. Il-lista ta' kuntratti li saru qabel għandha tinkludi dettalji dwar id-dati tal-bidu u tat-tlestija tagħhom, l-ammont sħiħ tal-kuntratt u l-firxa, ir-rwol u l-ammont imniżżel fil-fattura mill-operatur ekonomiku. Fil-każ ta' kuntratti li għadhom għaddejjin, se titqies biss dik il-parti li tlestiet matul il-perijodu ta' referenza.
(b) Esperjenza fil-produzzjoni u/jew l-immodifikar ta' sistemi fil-mira u esperjenza fil-kostruzzjoni ta' sistemi fil-mira għal terzi partijiet (akkademiċi jew kummerċjali, kemm jekk kien hemm lok għal profitt u anki jekk le), li tingħata prova tagħha permezz ta' lista ta' kuntratti li saru qabel u/jew kollaborazzjonijiet akkademiċi li se jinkludu dettalji dwar id-dati tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, l-ammont sħiħ tal-kuntratt u l-firxa, ir-rwol u l-ammont li tniżżel fil-fattura mill-operatur ekonomiku. Fil-każ ta' kuntratti li għadhom għaddejjin, se titqies biss dik il-parti li tlestiet matul il-perijodu ta' referenza.
(ċ) Ir-riżorsi materjali/tekniċi li huma meħtieġa biex jitwettaq il-kuntratt skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Biex tingħata prova li jimxi ma' dan il-kriterju, min qiegħed jitfa' l-offerta se jagħti lista tat-tagħmir, l-għodod u l-faċiltajiet li għandu f'idejh għat-twettiq tal-kuntratt u, fejn jgħodd, iniżżel l-isem tal-operatur ekonomiku li għamilhom għad-dispożizzjoni tiegħu.
(d) Min qiegħed jitfa' l-offerta se jiddeskrivi s-sistema fil-mira li diġà qiegħda tintuża.
(e) Jekk jgħodd, agħti xi eżempji ta' kif tintuża s-sistema fil-mira li qiegħda tintuża fil-mument (it-tip ta' materjal, jekk hux solidu, f'għamla ta' trab jew likwidu, l-enerġija massima tar-raġġ u l-kurrent tar-raġġ fil-mira).
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
Il-livelli tal-kapaċità minima se jkunu vvalutati f'rabta ma' dak li qiegħed jitfa' l-offerta kollu kemm hu, inklużi l-ħiliet magħquda tal-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju u s-sottokuntratturi kollha.
Għall-punt III.2.3(a) esperjenza ta' mill-inqas 3 snin u mill-inqas 5 kuntratti f'wieħed mill-oqsma: il-provvista tar-radjonuklidi, il-provvista ta' taħlitiet immarkati bi traċċi radjoattivi, il-provvista tal-farmaċewtiċi, l-irradjazzjoni ta' materjali jew taħlitiet, l-ispeċifikar tat-tip ta' provvisti skont ir-radjonuklide u/jew it-taħlita.
Għall-punt III.2.3(b) esperjenza ta' mill-inqas 3 snin fil-qasam tal-produzzjoni u/jew l-immodifikar ta' sistemi fil-mira u esperjenza fil-kostruzzjoni ta' sistemi fil-mira għal terzi partijiet (akkademiċi jew kummerċjali, kemm jekk kien hemm lok għall-profitt u anki jekk le).
Għall-punt III.2.3(ċ) fid-dawl tad-degradazzjoni tal-enerġija tar-raġġ tal-proton fis-saff tal-ilma tat-tkessiħ u t-tieqa li tissepara s-saff tal-ilma tat-tkessiħ mill-vakum tal-linja tar-raġġ, dawk li jitfgħu l-offerti jrid ikollhom ċiklotron b'enerġija massima tal-proton ta' mill-inqas 35 MeV. Min qiegħed jitfa' l-offerta se jispeċifika l-enerġija massima tar-raġġ tal-proton.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet, fis-sejħa għall-offerti jew għan-negozjar jew fid-dokument deskrittiv
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JRC/IPR/2015/I.4/0016/OC.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
14.7.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 21.7.2015 - 10:00

Post:

JRC Ispra, il-bini estern, il-kamra 7, via Enrico Fermi 2749, 21027 Ispra VA, L-ITALJA.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Għall-ftuħ jistgħu jattendu mhux iktar minn 2 rappreżentanti għal kull min jitfa' offerta. It-talba trid tintbagħat lill-punt ta' kuntatt qabel is-17.7.2015, flimkien ma' kopja tal-karta tal-identità/tal-passaport.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Fuq talba li ssir minn dak li qiegħed jitfa' l-offerta, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tipprovdi aktar informazzjoni biex tiċċara l-bixra tal-kuntratt biss.

Kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali trid issir bil-miktub permezz tas-sit tal-Internet għat-tfigħ elettroniku tal-offerti, u b'dan il-mod biss, fl-indirizz https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=867 fil-parti tal-'mistoqsijiet u tweġibiet', billi tagħfas fuq 'oħloq mistoqsija'.

L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt mhix marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jekk dawn jaslu inqas minn 5 ijiem tax-xogħol qabel id-data aħħarija għat-tfigħ tal-offerti.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista', fuq inizjattiva tagħha stess, tgħarraf lill-partijiet interessati dwar kwalunkwe żball, nuqqas ta' preċiżjoni, dettalji nieqsa jew kull żball klerikali ieħor fit-test tas-sejħa għall-offerti.
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, inkluża dik imsemmija hawn fuq, se tittella' fis-sit tal-Internet għat-tfigħ elettroniku tal-offerti msemmi hawn fuq. Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari u inti responsabbli biex tara jekk ikunx hemm aġġornamenti u tibdil matul il-perijodu tat-tfigħ tal-offerti.
Skont Artiklu 134(1)(f) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012 matul it-3 snin wara l-konklużjoni tal-kuntratt originali l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar il-kuntratt biex tikseb servizzi addizzjonali magħmula mir-ripetizzjoni ta' servizzi tal-istess tip (sa mhux iżjed minn 50 % tal-valur oriġinali tal-kuntratt) mingħand l-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Inti tista' tressaq kwalunkwe osservazzjoni dwar il-proċedura tal-għoti lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt imsemmija f'punt I.1.

Jekk temmen li kien hemm każ ta' amministrazzjoni ħażina, inti tista' tressaq ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew fi żmien sentejn (2) mid-data li fiha sirt taf bil-fatti li l-ilment ikun ibbażat fuqhom (ara http://www.ombudsman.europa.eu). It-tressiq ta' lment bħal dan mhux se jwassal biex la jissospendi l-limitu taż-żmien biex jitnieda appell u lanqas biex jinfetaħ perijodu ġdid għat-tressiq ta' appell.

Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż dwar id-deċiżjoni tal-għoti, inti tista' tressaq appell quddiem l-entità msemmija fil-punt VI.4.1.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
22.5.2015