Għandna l-pjaċir inħabbru li l-verżjoni l-ġdida tal-portal tat-TED se tibda topera fil-29.01.2024 (data indikattiva - għad trid tiġi kkonfermata!) Interessat li tiskopri l-funzjonalitajiet ġodda, it-titjib u l-impatt fuq l-utenti? Nistednuk iżżur l-artiklu tagħna u ssib aktar dwar il-bidliet u l-funzjonalitajiet ġodda ewlenin.

There are some bugs affecting the way eForms notices are displayed. We are working on solving the problem. In the meanwhile, please check our dedicated page for more information and guidance.

Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa għar-4 Workshop tagħna mal-utenti mill-ġdid tat-TED, fl-14 ta’ Diċembru 2023

Servizzi - 195221-2017

24/05/2017    S99

il-Belġju-Brussell: Konċessjoni għall-ħwienet tal-viżitaturi fil-binja tad-Dar tal-Istorja Ewropea u l-binja tal-Parlamentarium fi Brussell

2017/S 099-195221

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: rue Wiertz 60
Belt: Brussell
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Kodiċi postali: 1047
Pajjiż: Il-Belġju
Persuna ta’ kuntatt: It-Taqsima tal-Parlamentarium.
Posta elettronika: VisitCenterProject@europarl.europa.eu
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: www.europarl.europa.eu
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=2355
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Konċessjoni għall-ħwienet tal-viżitaturi fil-binja tad-Dar tal-Istorja Ewropea u l-binja tal-Parlamentarium fi Brussell.

Numru ta' referenza: COMM/DG/AWD/2017/320.
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
55900000 Servizzi tal-bejgħ bl-imnut
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

L-immaniġġjar u l-operazzjoni, kompletament għar-riskju tal-konċessjonarju stess, ta' servizzi tal-ħwienet tal-mużew f'żewġ (2) postijiet: il-ħanut tal-mużew fil-binja tad-Dar tal-Istorja Ewropea u l-ħanut tal-viżitaturi fiċ-ċentru tal-Parlamentarium fi Brussell.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 2 100 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Is-sejħa għall-offerti hija mmirata li tagħżel konċessjonarju, li jaċċetta, li l-immaniġġjar u l-operazzjoni, ikunu kompletament għar-riskju tal-konċessjonarju stess, tal-ħwienet fil-binja tad-Dar tal-Istorja Ewropea u l-ħanut tal-viżitaturi fil-Parlamentarium fi Brussell taħt it-termini tal-kuntratt tal-konċessjoni u l-annessi tiegħu, li jiffurmaw parti integrali minnu.

Il-kuntratt ikopri l-proċess sħiħ tad-disinn u l-produzzjoni jew ix-xiri ta' oġġetti li se jinbiegħu. Il-prodotti li se jinbiegħu jridu jkunu kreattivi u innovattivi u direttament marbuta mal-Parlament Ewropew jew mad-Dar tal-Istorja Ewropea minn natura tagħhom, il-messaġġ li huma jwasslu jew l-identità grafika tagħhom. Il-prodotti jridu jkunu ta' kwalità tajba, prodotti oriġinali li jikkonformaw mal-liġi Belġjana u Ewropea. Il-prodotti jridu jirriflettu l-politiki tal-Parlament Ewropew, b'mod partikulari dwar id-drittijiet soċjali u l-ħarsien tal-ambjent. Parti mill-firxa tal-prodotti trid ukoll tirrifletti l-kontenut tal-esebizzjonijiet fid-Dar tal-Istorja Ewropea u l-Parlamentarium.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 2 100 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 84
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: iva
Spjegazzjoni ta' tiġdidiet:

It-tul ta' żmien tal-konċessjoni jista' jiġi estiż permezz ta' ftehim addizzjonali għal perijodu strettament meħtieġ għat-tlestiija ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti kompetittiva maħsuba li twassal għall-iffirmar ta' kuntratt ġdid li jkopri s-servizzi, li huma s-suġġett ta' dan il-kuntratt.

II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

F'dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratt li jsawwar is-suġġett ta' din l-istedina għall-offerti, il-Parlament Ewropew jitlob li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom il-ħila teknika u professjonali li ġejja:

— mill-inqas 3 snin ta' esperjenza fid-disinn u l-produzzjoni, jew ix-xiri, ta' oġġetti promozzjonali ta' kwalità għolja (l-aspetti tal-provvista ta' prodott) u fit-tmexxija loġistika, amministrattiva u finanzjarja ta' ħanut jew ħwienet (l-aspetti tal-immaniġġjar ta' ħanut),

— tim ta' esperti fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ħwienet, li fosthom mill-inqas il-maniġer tal-ħanut irid ikollu mill-inqas 3 snin ta' esperjenza fl-immaniġġjar loġistiku, amministrattiv u finanzjarju ta' ħanut, kif ukoll fil-ħiliet tal-lingwa bl-Ingliż u l-Franċiż.

Dak li jitfa' l-offerta huwa meħtieġ li jkun imniżżel f'reġistru professjonali jew tal-kummerċ, minbarra organizzazzjonijiet internazzjonali. Fil-każ ta' gruppi ta' operaturi ekonomiċi, kull membru se jagħti prova ta' awtorizzazzjoni biex iwettaq il-kuntratt.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Il-ħila finanzjarja u ekonomika se titqies skont it-tagħrif miġbur fid-dokumenti li ġejjin, li għandhom jingħataw minn dawk li jitfgħu l-offerti:

— il-karti bilanċjali jew siltiet minn karti bilanċjali għal dawn l-aħħar sentejn (2) li l-kontijiet tagħhom ingħalqu, fejn il-pubblikazzjoni tal-karta bilanċjali hija meħtieġa skont il-liġi tal-kumpaniji tal-pajjiż li fih huwa stabbilit il-kandidat, kif ukoll ir-rendikonti tal-qligħ u t-telf għall-istess perijodu,

— stqarrija li għandha x'taqsam mad-dħul tal-kandidat f'dawn l-aħħar sentejn (2) fil-qasam tal-bejgħ ta' souvenirs. Il-kandidat jew grupp li l-kandidat hu parti minnu jrid ikollu minimu ta' dħul annwali totali ta' EUR 200 000 (għall-aħħar sentejn (2)),

— il-kuntrattur irid jagħti prova li huwa kopert minn assigurazzjoni li tilqa' kontra l-perikli pubbliċi u professjonali, u għandu jipprovdi prova tal-ħlas tal-primjums korrispondenti mal-ewwel talba tal-Parlament Ewropew.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

Il-Parlament Ewropew jeħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom ħila finanzjarja u ekonomika minima, li se tkun ivvalutata skont l-informazzjoni li ġejja:

— dħul annwali totali minimu fil-qasam tal-bejgħ ta' souvenirs ta' EUR 200 000 (għall-aħħar sentejn (2)),

— assigurazzjoni li tilqa' kontra l-perikli pubbliċi u professjonali.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Il-ħila teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi se tkun issostanzjata mid-dokumenti li ġejjin:

a) lista ta' referenza tal-attivitajiet tal-kandidat irrelatata mas-suġġett ta' din l-istedina għall-offerti, li tkopri mill-inqas 3 snin wara xulxin matul l-aħħar 5 snin. Il-lista għandha tipprova l-kompetenza teknika u professjonali ta' dak li jitfa' l-offerta fid-disinn u l-produzzjoni, jew ix-xiri, ta' oġġetti promozzjonali ta' kwalità għolja (l-aspetti tal-provvista tal-prodott) u fit-tmexxija loġistika, amministrattiva u finanzjarja ta' ħanut jew ħwienet (l-aspetti tal-immaniġġjar ta' ħanut). Għal kull attività l-lista se jkollha tifsira ta' dan li ġej:

— ir-rwol preċiż ta' dak li jitfa' l-offerta u l-għamla legali tal-attività kummerċjali (pereżempju, l-immaniġġjar mis-sid, il-'franchise', il-kuntratt biex jipprovdi servizz għal klijent),

— il-lista ta' referenza tal-firxa ta' prodotti mibjugħa. Għandha tkun akkumpanjata minn tifsiriet qosra u immaġnijiet xierqa (katalogi, ritratti, siti tal-Internet għal oġġetti prodotti qabel u/jew mibjugħa mill-kandidat),

— tifsira tal-punt(i) ta' bejgħ: il-post (belt, pajjiż), is-sit/il-post (e.g. ċentru kummerċjali, mużew, eċċ.), id-daqs, il-ħinijiet tal-ftuħ, in-numru tal-persunal impjegat;

b) għall-persunal responsabbli b'mod dirett għat-twettiq tal-kuntratt, il-kandidat għandu jipprovdi KK iddettaljat (għamla Europass) għall-maniġer tal-ħanut, flimkien maċ-ċertifikati għall-kwalifiki edukazzjonali u professjonali li jagħtu prova li hu jew hi għandu/għandha 3 snin ta' esperjenza fl-immaniġġjar loġistiku, amministrattiv u finanzjarju ta' ħanut, kif ukoll tal-ħiliet tal-lingwa fl-Ingliż u l-Franċiż.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

Il-Parlament Ewropew jeħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom il-ħila teknika u professjonali li ġejja:

— mill-inqas 3 snin ta' esperjenza fid-disinn u l-produzzjoni, jew ix-xiri, ta' oġġetti promozzjonali ta' kwalità għolja (l-aspett tal-provvista ta' prodott) u fit-tmexxija loġistika, amministrattiva u finanzjarja ta' ħanut jew ħwienet (l-aspett tal-immaniġġjar ta' ħanut),

— tim ta' esperti fil-qasam tal-immaniġġjar ta' ħanut, li fosthom mill-inqas il-maniġer tal-ħanut irid ikollu mill-inqas 3 snin ta' esperjenza fl-immaniġġjar loġistiku, amministrattiv u finanzjarju ta' ħanut, kif ukoll fil-ħiliet tal-lingwa bl-Ingliż u l-Franċiż.

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: le
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 26/06/2017
Ħin lokali: 17:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Ingliż, Bulgaru, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Ċek
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 03/07/2017
Ħin lokali: 10:00
Post:

Il-Parlament Ewropew, rue Wiertz 60, 1047 Brussels, IL-BELĠJU.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:
VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: rue Wiertz 60
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1047
Pajjiż: Il-Belġju
VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Indirizz postali: 1 avenue du Président Robert Schuman, BP 403
Belt: Strasburgu Cedex
Kodiċi postali: 67001
Pajjiż: Franza
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Kull appell kontra d-deċiżjoni tal-għoti jrid jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn (2) mid-data tan-notifika tar-riżultati.

VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
15/05/2017