Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Xogħlijiet - 231322-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

04/07/2015    S127

l-Italja-Ispra: Xogħlijiet ta' dekontaminazzjoni mill-asbestos għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, is-sit ta' Ispra

2015/S 127-231322

Avviż dwar kuntratt

Xogħlijiet

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, Ispra
Indirizz postali: via E. Fermi 2749
Belt: Ispra VA
Kodiċi postali: 21027
Pajjiż: L-Italja
Għall-attenzjoni ta’: Roberta Rossi
Posta elettronika: jrc-ism-c04-procurement@ec.europa.eu
Telefown: +39 0332789662
Feks: +39 0332789508

Indirizz(i) tal-Internet:

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=940

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
Oħrajn: ir-riċerka.
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Xogħlijiet ta' dekontaminazzjoni mill-asbestos għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, is-sit ta' Ispra.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Xogħlijiet
Eżekuzzjoni
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, via E. Fermi 2749, 21027 Ispra VA, L-ITALJA.

Kodiċi NUTS ITC41 Varese

II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien f’xhur: 48

Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas

Valur stmat mingħajr VAT: 2 400 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Dan il-kuntratt jinvolvi l-aktar:
— l-ippjanar u xogħol ta' tneħħija, id-dekontaminazzjoni u r-rimi tal-inforra li fiha l-asbestos, minn fuq il-pajpijiet u/jew il-valvoli, flanġi u fittjaturi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali,
— l-ippjanar u xogħol ta' tneħħija u r-rimi ta' koperturi u pannelli magħmula minn folji tal-asbestos-cement jew li fihom l-asbestos,
— it-twaqqigħ, id-dekontaminazzjoni u r-rimi ta' inforra li fiha l-asbestos,
— l-ippjanar u xogħol ta' tneħħija u rimi ta' kisi tal-art tal-vinyl,
— ir-restawr ta' materjali ta' insulazzjoni degredati li fihom materjali tal-asbestos-cement, inkluża t-tiswija ta' partijiet li fihom ħsara biex isiru siguri kif meħtieġ,
— it-twettiq ta' analiżi ambjentali u ta' materjal,
— id-dekontaminazzjoni ta' ħamrija li għandha traċċi tal-asbestos.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

45262660 Xogħol tat-tneħħija ta’ l-asbestos

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
EUR 2 400 000 (mingħajr il-VAT).
Valur stmat mingħajr VAT: 2 400 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Ara d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Ara d-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Operaturi ekonomiċi jistgħu jissottomettu offerta bħala individwu jew membru ta' grupp temporanju ta' kumpaniji (b'personalità legali jew mingħajrha). L-għoti ta' xogħol lil terzi huwa permess fiż-żewġ każijiet. Dak li jitfa' l-offerti għandu jistqarr b'mod ċar ir-rwol ta' kull operatur ekonomiku — dak individwali li jitfa' l-offerti, imsieħeb fi grupp jew sottokuntrattur. Dan japplika wkoll jekk l-operaturi ekonomiċi involuti jappartjenu għall-grupp/konsorzju/assoċjazzjoni msemmija.
Il-membri kollha tal-grupp se jkunu responsabbli flimkien u individwalment lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għat-twettiq tal-kuntratt, u jekk jingħataw il-kuntratt, se jkunu mistennija jiffirmawh. Il-grupp għandu jidentifika rappreżentant waħdani bl-awtorità li jirrappreżenta kemm lill-grupp u kull wieħed mill-membri tiegħu matul it-twettiq tal-kuntratt. Ir-rappreżentant imsemmi se jkun responsabbli għall-immaniġġjar amministrattiv tal-kuntratt (li jirċievi u jipproċessa pagamenti għall-grupp, il-koordinazzjoni tal-kwalità, l-ambjent u s-sigurtà, eċċ.) f'isem il-membri l-oħra kollha.
L-għoti ta' xogħol lil terzi huwa meta l-kuntrattur ikollu rabtiet legali ma' operaturi ekonomiċi oħra li se jwettqu proporzjon tal-attivitajiet taħt il-kuntratt f'ismu. Madankollu, il-kuntrattur se jżomm ir-responsabbiltà sħiħa vis-à-vis l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għat-twettiq tal-kuntratt. Membri tal-ħaddiema identifikati bħala entitajiet legali minbarra l-kuntrattur huma kkunsidrati bħala sottokuntratturi, irrispettivament mil-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti.
Dak li jitfa' l-offerti għandu jidentifika wkoll is-sottokuntratturi kollha li l-ħiliet tagħhom wieħed jista' joqgħod fuqhom sabiex iwieġeb għal-livell(i) ta' ħila minima ta' standards fil-punti III.2.2 u III.2.3.
Kull sottokuntrattur għandu jipprovdi ittra ta' intenzjoni li fiha juru r-rieda tagħhom li jieħdu sehem fit-twettiq tal-kuntratt, kif imfisser fl-offerta. Matul it-twettiq tal-kuntratt, il-bdil ta' sottokuntrattur se jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel bil-miktub tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.
Dak li qed jitfa' l-offerti, kemm bħala individwu jew grupp temporanju ta' kumpaniji, jista' jiddependi wkoll fuq il-ħiliet ta' entitajiet ekonomiċi sabiex jilħaq il-livell(i) ta' standards minimi meħtieġa fil-punti III.2.2 u III.2.3, minkejja n-natura legali tar-rabtiet li għandu ma' dawn l-entitajiet. F'dak il-każ, dak li qed jitfa' l-offerti għandu jipprovdi lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt b'xhieda li għandu r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt, pereżempju, billi jipprovdi dikjarazzjoni ta' impenn mingħand l-entitajiet li jiddependi fuqhom. Jekk dak li qed jitfa' l-offerti jiddependi fuq il-ħiliet ta' terza parti b'isem korporattiv differenti minn dak ta' min qed jitfa' l-offerti, jew bħala individwu jew grupp temporanju ta' kumpaniji, dan se jkun ikkunsidarat bħala għoti ta' xogħol lil terzi għall-għanijiet ta' din il-proċedura, anke jekk dak li qed jitfa' l-offerti u t-terza parti jiffurmaw parti minn grupp/konsorzju/assoċjazzjoni. Jekk il-kuntratt jingħata lil min jitfa' offerta li jistrieħ fuq terza entità biex jipprovdi iktar minn 70 % tal-ħtiġijiet ekonomiċi u finanzjarji mniżżla taħt it-titlu III.2.2, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se titlob li t-terza parti tiffirma l-kuntratt, b'hekk issir responsabbli flimkien u b'mod individwali mit-twettiq tiegħu flimkien ma' dak li jitfa' l-offerti.
Ir-rwol u d-doveri ta' kull membru ta' grupp temporanju ta' kumpaniji u kull sottokuntrattur identifikat għall-għanijiet ta' din il-proċedura għandu jkun iddikjarat b'mod ċar fl-offerta. Fuq l-ittra ta' quddiem għandu jkun iddikjarat l-isem ta' min qed jitfa' l-offerti (inklużi l-membri kollha fil-każ ta' grupp temporanju ta' kumpaniji) u s-sottokuntrattur(i), inklużi t-terzi partijiet li jista' jiddependi fuq il-ħiliet tagħhom dak li qed jitfa' l-offerti, kif ukoll l-isem u r-referenzi tal-persuna li jista' jsir kuntatt magħha għal din il-proċedura. Fil-każ ta' grupp temporanju ta' kumpaniji, l-ittra ta' quddiem trid tkun iffirmata minn kull membru, jew minn 1 minnhom bil-kundizzjoni li dan il-membru jkun awtorizzat kif xieraq biex jiffirma l-offerta u l-kuntratt f'isem u għall-membri l-oħra kollha. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni tista', pereżempju, tkun fl-għamla ta' prokura, ittra ta' intenzjoni jew memorandum ta' assoċjazzjoni tal-grupp temporanju ta' kumpaniji.
Dawk li jitfgħu l-offerti (il-membri fil-każ ta' grupp temporanju ta' kumpaniji) għandhom jagħtu wkoll kopja tal-avviż dwar in-nomina tal-persuna awtorizzata biex tirrappreżenta lil dak li jitfa' l-offerti vis-à-vis terzi partijiet u waqt proċeduri legali, jew kopja tal-pubblikazzjoni tan-nominazzjoni msemmija, jekk il-leġislazzjoni applikabbli teħtieġ hekk. Għandha tkun iġġustifikata kull delega ta' din l-awtorizzazzjoni li ssir lil rappreżentant ieħor li ma jissemmiex fil-ħatra uffiċjali.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: 1) sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem f'din il-proċedura tal-ksib, dawk li jitfgħu l-offerti ma jridu jkunu fl-ebda 1 mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib imsemmija f'Artikoli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012. Dawk li jitfgħu l-offerti (inkluż il-membri kollha ta' grupp temporanju tal-kumpanija) u mis-sottokuntratturi identifikati skont punt III.1.3 għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni fuq l-unur (disponibbli mis-sit tal-Internet tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt mogħtija f'punt I.1, billi jistqarru li mhuma fl-ebda mis-sitwazzjonijiet imniżżla fiha. Fuq talba li ssir mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, dak li jirbaħ il-kuntratt (inklużi l-membri kollha fil-każ ta' grupp temporanju ta' kumpaniji) u s-sottokuntratturi kollha identifikati minn dak li jitfa' l-offerti skont il-punt III.1.3 għandhom jipprovdu d-dokumenti li jsostnu mniżżla f'Artikolu 143(3) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' teżenta lil dak li qed jitfa' l-offerti milli jipprovdi d-dokumenti li jsostnu jekk huma diġà kienu sottomessi bħala parti minn proċedura oħra, u basta li d-dokumenti għandhom inqas minn sena mid-data tan-notifikazzjoni tal-għoti u għadhom validi. F'dak il-każ, dak li qed jitfa' l-offerti se jiddikjara fuq l-unur tiegħu li d-dokumenti li jsostnu diġà kienu sottomessi bħala parti minn proċeduri ta' ksib li saru qabel u jikkonfermaw li ma kienx hemm tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.
2) Dawk li jitfgħu l-offerti (il-membri kollha fil-każ ta' grupp temporanju ta' kumpaniji) għandhom juru li għandhom biżżejjed ħila biex iwettqu l-kuntratt billi jipprovdu ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ jew professjonali bi qbil mal-liġi nazzjonali rilevanti.
Jekk dak li qed jitfa' l-offerti la huwa meħtieġ u lanqas awtorizzat biex ikun irreġistrat fir-reġistru msemmi għal raġunijiet legali marbuta mal-istatus tiegħu jew il-bixra legali tiegħu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' taċċetta, bħala prova suffiċjenti: dikjarazzjoni bil-ġurament jew iċċertifikata; sħubija f'organizzazzjoni speċifika; awtorizzazzjoni espressa jew reġistrazzjoni fir-reġistru tal-VAT.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: dawk li jitfgħu l-offerti għandhom juru ħila ekonomika u finanzjarja suffiċjenti biex iwettqu l-kuntratt.
Prova ta' dawn il-ħiliet għandha tkun ipprovduta minn kull min jitfa' l-offerti (kull membru fil-każ ta' grupp temporanju ta' kumpaniji) u kull sottokuntrattur li fuq il-ħiliet tiegħu jista' jiddependi dak li qed jitfa' l-offerti sabiex jilħaq il-livell(i) minimi ta' standards, billi jissottometti:
(a) stqarrija dwar id-dħul sħiħ għall-2012–2013–2014. Jekk il-karta bilanċjali għall-2014 għadha ma ġietx approvata, se tiġi aċċettata l-istqarrija li tirreferi għal dik proviżorja Jekk jingħata l-kuntratt, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se titlob, qabel il-firma tal-kuntratt, konferma tad-dħul kollu skont il-karti bilanċjali approvati.
L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt iżżomm id-dritt li titlob kopja tal-karti bilanċjali rilevanti f'għamla elettronika.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: f'dak li għandu x'jaqsam ma' punt (a): il-kumpaniji għandu jkollhom medja ta' EUR 1 000 000 jew aktar fi dħul annwali biex ikunu eliġibbli. Il-valur mimimu huwa kkalkulat billi jiddaħħlu l-ħiliet tal-membri kollha (fil-każ ta' grupp temporanju ta' kumpaniji) u tas-sottokuntratturi kollha.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-ħila teknika.
Għal gruppi temporanji ta' kumpaniji jew sottokuntratturi, id-dokumentazzjoni meħtieġa għandha tkun ipprovduta mill-membri tal-grupp/is-sottokuntratturi li dak li jitfa' l-offerti jista' joqgħodd fuq il-ħiliet tagħhom biex jintlaħqu l-livell(i) ta' standards meħtieġa, sakemm ma jkunx imniżżel mod ieħor;
(b) lista tax-xogħlijiet ewlenin simili għal dawk li jidhru f'dan il-kuntratt li twettqu matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji (2012–2014) bid-dettalji tal-valuri, id-dati jew perijodi meta twettqu, u l-ismijiet ta' dawk li rċevew;
(c) prova li għandhom sistema ta' mmaniġġjar ta' kwalità għall-attivitajiet li hemm f'dan il-kuntratt (ISO 9001:2008 jew ekwivalenti u ISO 14001:2004 jew ċertifikat ekwivalenti maħruġ minn korp akkreditat ta' ċertifikazzjoni SINCERT (jew ekwivalenti) u rilevanti għall-attivitajiet imfissra f'punt II.1.5. Il-kriterju li għandu x'jaqsam mal-pussess taċ-ċertifikat ISO 14001:2004 għandu jintlaħaq minn mill-inqas membru 1 tal-grupp, jekk dan il-membru jistqarr b'mod espliċitu u bil-miktub li l-istandards tiegħu ta' kwalità, murija miċ-ċertifikati rilevanti, japplikaw ukoll lill-membri l-oħra tal-grupp. Għandu jispjega kif se jiżgura li l-grupp sħiħ jissodisfa dawn l-istandards ta' kwalità;
(d) dħul fir-reġistru tal-Immaniġġjar tal-Iskart kategorija 10B klassi E (għal xogħlijiet ta' tneħħija sa EUR 200 000) jew imniżżla fil-leġislazzjoni nazzjonali ta' dak li jitfa' l-offerti.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
f'dak li għandu x'jaqsam ma' punt (b), biex jikkwalifikaw, il-kumpaniji jridu jkunu wettqu xogħlijiet simili għal dawk lil jidhru f'dan il-kuntratt għal somma sħiħa ta' mill-inqas EUR 600 000. Il-kriterju f'punt III.2.3(b) japplika għall-grupp sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tiegħu.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JRC IPR 2015 C.4 0020 OC.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
21.8.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 28.8.2015 - 11:00

Post:

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, il-Binja 1, il-Kamra 7, via Fermi, 2147 Ispra VA, L-ITALJA.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: rappreżentant 1 għal kull min jitfa' l-offerti bi qbil mal-proċedura mogħtija fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
1. Laqgħa ta' tagħrif segwita bil-possibbiltà ta' żjara fuq is-sit se ssir fil-JRC ta' Ispra fil-jum mogħti fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti (ittra ta' stedina). Biex wieħed jieħu sehem, għandha tkun sottomessa talba formali lid-dipartiment indikat fil-punt I.1 bi qbil mal-proċedura mogħtija fl-ittra ta' stedina msemmija.

2. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti u kull mistoqsija u tweġiba marbuta ma' dan l-avviż ta' kuntratt se jkunu disponibbli f'dan l-indirizz tas-sit tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=940 u jistgħu jitniżżlu billi tagħfas fuq il-buttuna 'Document Library'.

Jekk jixtiequ, il-partijiet interessati jistgħu jirreġistraw permezz tas-sit tal-Internet indikat hawn fuq. Dan se jippermettilhom li jkunu infurmati mis-sistema tat-tfigħ elettoniku tal-offerti meta jkun hemm xi aġġornament li jikkonċerna din l-istedina għall-offerti. Partijiet li għadhom ma rreġistrawx huma mistiedna li jikkonsultaw is-sit b'mod regolari, għaliex hija r-responsabbiltà ta' min qed jitfa' l-offerti biex jiċċekkja għal aġġornamenti magħduda matul il-perijodu tas-sejħa għall-offerti.

3. It-talbiet għal aktar tagħrif jistgħu jsiru biss f'https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=940 billi tagħfas fuq il-buttuna 'Questions & answers' (ask a question).

4. Skont Artikolu 134(1)(f) tar-Regolament Iddelegat mill-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, il-Kummissjoni żżomm id-dritt li tuża proċedura nnegozjata, mingħajr pubblikazzjoni tal-avviż ta' kuntratt, fi żmien 3 snin wara l-konklużjoni tal-kuntratt, flimkien mal-operatur ekonomiku li jirbaħ dan il-kuntratt għall-provvista ta' servizzi simili għal dawk f'dan l-avviż (sa 50 % tal-valur tal-kuntratt oriġinali).
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: kwalunkwe osservazzjoni marbuta ma' din il-proċedura tal-għoti tista' tintbagħat lill-awtorità msemmija f'punt I.1.

Jekk temmen li saret amministrazzjoni ħażina, tista' tressaq ilment mal-Ombudsman Ewropew fi żmien sentejn (2) mid-data meta sirt taf bil-fatti li fuqhom l-ilment tiegħek hu bbażat (ara http://www.ombudsman.europa.eu). L-ilment imsemmi la se jissospendi d-data tal-għeluq għat-tressiq ta' appell u lanqas mhu se jwassal biex tintgħażel data tal-għeluq ġdida għat-tressiq tal-appelli.

L-appelli jistgħu jitressqu quddiem l-entità msemmija f'punt VI.4.1 fi żmien xahrejn (2) minn meta jingħata l-avviż dwar id-deċiżjoni tal-għoti.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
24.6.2015