L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE qiegħed fil-proċess li jaġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Xogħlijiet - 231901-2014

Uri l-lista b'inqas dettalji

10/07/2014    S130    Parlament Ewropew - Xogħlijiet - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Xogħlijiet għat-tkabbir tal-kamra tal-konferenzi tas-sit tad-Dar Jean Monnet f'Bazoches-sur-Guyonne u biex issir riabilitazzjoni tal-proprjetà

2014/S 130-231901

Avviż dwar kuntratt

Xogħlijiet

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: plateau de Kirchberg, il-Bini Konrad Adenauer
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2929
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Għall-attenzjoni ta’: It-Taqsima tal-Kuntratti u l-Ksib
Posta elettronika: inlo.ao-lux@ep.europa.eu
Feks: +352 4300-23570

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://europarl.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=573

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Xogħlijiet għat-tkabbir tal-kamra tal-konferenzi tas-sit tad-Dar Jean Monnet f'Bazoches-sur-Guyonne u biex issir riabilitazzjoni tal-proprjetà.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Xogħlijiet
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Id-Dar Jean Monnet, Bazoches-sur-Guyonne, Franza.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
L-għan tax-xogħlijiet huwa biex tiżdied il-kapaċità tal-kamra tal-konferenzi u tiġi mgħammra b'żona komunali u kamra taħt l-art (il-kċina ta' min iforni l-ikel). Fl-istess waqt, se jiġu riabilitati d-dar fil-kampanja, il-post tal-ilqugħ għall-bċieċen, ilqugħ u aċċess għas-sit. Il-perijodu ta' twettiq għax-xogħlijiet huwa ta' 210 jum ta' xogħol (billi jiġu esklużi kondizzjonijiet ħżiena ta' temp li tingħata prova tagħhom b'kull mezz u approvati mill-Parlament Ewropew) mill-Parlament Ewropew li qed japprova l-iskeda msemmija qabel.
Fi żmien 10 ijiem li fihom jirċievi l-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet, il-kuntrattur se jfassal skeda ddettaljata għax-xogħlijiet kollha, li se jagħti lill-Parlament Ewropew.
Ladarba l-Parlament Ewropew japprova din l-iskeda, din issir parti mill-kuntratt u, fejn ikun jgħodd, se tintuża bħala bażi ta' referenza biex ikunu applikati l-pieni minħabba d-dewmien.
Il-Parlament Ewropew iżomm id-dritt li jissospendi t-twettiq tax-xogħlijiet li jaqgħu taħt il-kuntratt f'kull waqt. Il-kuntrattur se jiġi notifikat dwar din is-sospensjoni permezz ta' ittra rreġistrata, b'rikonoxximent ta' rċevuta, u ma tistax taqbeż tul totali sa 60 jum ta' xogħol; wara dan il-perijodu, il-kuntrattur jista' jitlob għal kumpens.
It-twettiq tal-kuntratt se jibda biss ladarba l-kuntratt ikun ġie ffirmat.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

45000000

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: iva
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
210 jum tax-xogħol.
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 1 300 000 u 1 400 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
f’jiem: 210 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Qabel l-iffirmar tal-kuntratt, trid issir garanzija li ma tistax titħassar u mingħajr kundizzjonijiet, li titħallas mal-ewwel talba li ssir, għall-ammont ta' 10 % tal-valur sħiħ tal-kuntratt f'euro, kif jidher minn ittra ta' garanzija maħruġa minn bank, istituzzjoni finanzjarja jew terza entità approvata mill-uffiċjal taż-żamma tal-kontijiet tal-Parlament Ewropew. It-talbiet għall-ħlas li jinħarġu mill-kuntrattur se jkunu validi biss fuq il-kundizzjoni li huwa juri xhieda li saret garanzija bankarja lill-Parlament Ewropew. L-ispejjeż kollha f'din il-garanzija jridu jitħallsu mill-kuntrattur.
Il-garanzija se tinħareġ fuq it-talba tal-kuntrattur matul ix-xahar wara l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet imwettqa skont l-ordni finali mqiegħda mill-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' dan il-kuntratt.
Id-data tal-għeluq għal ħruġ tal-garanzija ta' xogħol tista', madankollu, tkun miżmuma jekk il-Parlament Ewropew jikkunsidra li hu neċessarju li jitwettqu aktar verifiki jew idewwem il-ħruġ li huwa dovut lil 1 jew aktar ordnijiet li ma jitlestewx meta jintemm il-kuntratt.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
1. Il-prezz huwa fiss u m'huwiex suġġett għal tibdil matul it-tul sħiħ tal-kuntratt.
2. Il-prezz huwa fiss u jkopri l-ispejjeż kollha li jsiru mill-kuntrattur fit-twettiq ta' dan il-kuntratt. Skont l-offerta tal-kuntrattur, il-prezz huwa ................. EUR, mingħajr il-VAT.
3. Il-ħlasijiet f'dak li għandu x'jaqsmu ma' dan il-kuntratt se jsiru skont dan l-artikolu. Il-ħlasijiet se jsiru biss jekk il-kuntrattur ikun wettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu kollha sad-data tad-dispaċċ tat-talba tiegħu għall-ħlas.
4. Il-proċeduri tal-fatturi huma kif ġej:
— il-fatturi se jkunu bbażati fuq rapporti perjodiċi tal-progress, imfassla fl-aħħar ġurnata taż-żmien mogħti, b'dettalji tal-kwantità tax-xogħol imwettaq f'dan iż-żmien u kkalkulat bl-użu tal-kont tal-kwantitajiet u l-prezzijiet mogħtijin mill-kuntrattur fl-offerta tiegħu. Dawn il-perijodi jridu jkunu ta' mill-inqas xahar (1),
— rapporti tal-progress iridu jkunu approvati mill-maniġer tal-proġett u mehmużin mal-fattura,
— għall-fażi finali tax-xogħol, il-fattura titħejja fuq il-bażi ta' kont finali ddettaljat u r-rapport tekniku approvat mill-maniġer tal-proġett.
L-ammonti dovuti għat-twettiq ta' dan il-kuntratt jitħallsu fi żmien 60 jum kalendarji mid-data li fiha tkun irreġistrata t-talba għall-ħlas li jkollha x'taqsam.
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok irreferi għall-abbozz ta' kuntratt, Artikolu I.3 — Il-prezz u l-ħlas.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Il-gruppi tal-operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jekk jagħtu garanzija li l-membri tagħhom huma responsabbli flimkien u b'mod individwali. Dan jista' jinkludi entità li jkollha bixra legali u anki jekk le: konsorzju, ftehim privat jew kull għamla xierqa oħra ta' kooperazzjoni. Qabel l-iffirmar tal-kuntratt, il-Parlament Ewropew iżomm id-dritt li jitlob li l-grupp li jirbaħ il-kuntratt jieħu bixra legali speċifika jekk din tkun meħtieġa biex il-kuntratt jitwettaq b'mod xieraq.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: iva
Deskrizzjoni ta' kundizzjonijiet partikolari: jekk jogħġbok irreferi għal Artikolu I.13 — Provvedimenti oħra amministrattivi tal-abbozz ta' kuntratt.
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: il-Parlament Ewropew jeħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom awtorizzazzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iwettqu l-attività involuta fil-kuntratt skont il-liġi nazzjonali.
B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:
— dħul fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji,
— 'extrait K bis' maħruġ mill-qorti kummerċjali Franċiża xierqa jew ċertifikat kummerċjali ieħor ekwivalenti maħruġ minn korp ġudizzjarju jew amministrattiv fil-pajjiż fejn huwa rreġistrat.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: — folju b'informazzjoni finanzjarja fid-direttorju elettroniku speċifikat hawnhekk, għal dawn l-aħħar sentejn (2) finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu,
— kopja tal-kontijiet tal-qligħ u t-telf, ippubblikati fir-rapport annwali u vverifikati, jekk dan ma jkunx obbligatorju, silta ċertifikata u sinċiera minn rappreżentant ta' dak li jitfa' l-offerti, għal mill-inqas l-aħħar sentejn finanzjarji li ngħalqu l-kontijiet tagħhom, billi jiġu speċifikati d-dħul kollu u l-operat pożittiv gross,
— prova ta' polza tal-assigurazzjoni fuq ir-riskju professjonali.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: — dħul annwali ta' mill-inqas EUR 2 000 000 fil-qasam kopert minn dan il-kuntratt li se jingħata, matul l-aħħar sentejn (2) finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet,
— prova ta' assigurazzjoni kontra r-riskju professjonali,
— qligħ pożittiv gross matul dawn l-aħħar sentejn (2) taż-żamma tal-kontijiet li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
— il-KK ta' esperti u tekniċi u, b'mod partikolari, ta' dawk responsabbli biex jipprovdu s-servizz jew iwettqu x-xogħlijiet,
— lista ta' xogħlijiet li twettqu matul l-aħħar 5 snin, bid-dettaji tal-valuri, id-dati u l-postijiet tagħhom; il-lista għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikati ta' twettiq sodisfaċenti, billi tistqarr jekk tlestew b'mod xieraq għal standard professjonali tajjeb,
— tifsira tan-netwerk tal-kunsinna għall-materjali, tagħmir u għodod tekniċi użati mill-kumpanija biex jitwettaq il-kuntratt,
— ċertifikati mfassla minn kopri indipendenti li juru li l-operatur ekonomiku huwa konformi mal-istandards tal-assigurazzjoni ta' kwalità dwar sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità bbażati fuq serje ta' standards Ewropej fil-qasam u li ġew ċertifikati minn korpi rikonoxxuti. Jekk dawk li jitfgħu l-offerti m'għandhomx dawn iċ-ċertifikati jew ma jistgħux jiksbuhom fil-limiti mfassla, il-Parlament Ewropew se jaċċetta wkoll xhieda oħra ta' miżuri ewkivalenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità pprovduti minnhom,
— ċertifikati mfassla minn kopri indipendenti li juru li dak li jitfa' l-offerti huwa konformi mal-istandards tal-immaniġġjar ambjentali jew sistemi li għandhom x'jaqsmu mal-iskema tal-immaniġġjar ekoloġiku u tal-verifika (EMAS) jew standards oħra ta' mmaniġġjar ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali fil-qasam u li tfasslu minn korpi rrikonoxxuti. Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi ċertifikati ekwivalenti li jinħarġu minn korpi ibbażati fi Stati Membri oħra. Se jilqa' wkoll provi oħra li jingħataw minn dak li qiegħed jitfa' l-offerti ta' miżuri ekwivalenti marbuta mal-immaniġġar ambjentali.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
— 3 proġetti tax-xogħlijiet jew iktar, li jixbħu x-xogħlijiet f'dan il-kuntratt, kull wieħed b'valur ta' mill-inqas EUR 1 500 000 li twettqu matul dawn l-aħħar 5 snin,
— tim ta' esperti b'esperjenza ta' xogħlijiet simili għal dawk f'dan il-kuntratt, li jiġbru fihom mill-inqas 5 persuni, li fosthom, il-maniġer tal-proġett għandu jkollu bħala minimu 5 snin ta' esperjenza ppruvata fl-immaniġġjar ta' proġetti simili għal dawn f'dan il-kuntratt. Il-membri l-oħra tat-tim għandu jkollhom mill-inqas 5 snin ta' esperjenza fil-professjoni rrelatata max-xogħlijiet taħt dan il-proġett,
— iċċertifikati skont l-istandard tal-immaniġġar tal-kwalità ISO 9001 jew l-ekwivalenti tiegħu jew, jekk m'għandhom l-ebda ċertifikazzjoni minn entità approvata, stqarrija solenni li tiċċertifika li huma għandhom sistema interna ekwivalenti tal-kwalità,
— iċċertifikati skont l-istandard tal-immaniġġarr ambjentali EMAS jew l-ekwivalenti tiegħu jew, jekk m'għandhom l-ebda ċertifikazzjoni minn entità approvata, stqarrija solenni li tiċċertifika li huma għandhom sistema interna ekwivalenti tal-kwalità,
— netwerk ta' għoti ta' tagħmir u ġabra ta' għodod biex jiġi żgurat it-twettiq tax-xogħlijiet fil-pajjiż li ġej: Franza, ir-reġjun: Île-de-France.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
06A40-2014-M023.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt

Pubblikazzjonijiet preċedenti oħrajn

Numru tal-avviż fil-ĠU tal-UE: 2013/S 145-251149 ta' 27.7.2013

IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
8.9.2014
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
f’jiem: 270 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 12.9.2014

Post:

il-Bini Konrad Adenauer, plateau de Kirchberg, 2929 Luxembourg, IL-LUSSEMBURGU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: jista' jattendi sa mhux iktar minn rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta. Biex jitħejja l-permess tiegħek, jekk jogħġbok ipprovdi, permezz ta' Email jew faks fl-indirizz imsemmi qabel, jumejn (2) tax-xogħol qabel il-ftuħ, l-isem tal-kumpanija tiegħek u l-isem, il-kariga, in-numru tal-karta tal-identità u d-data tat-twelid tar-rappreżentant. Ir-rappreżentant tiegħek irid ikollu fuqu għamla ta' identifikazzjoni valida.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
Il-Parlament Ewropew se jorganizza żjara fuq is-sit mandatarja individwali fid-Dar Jean Monnet. Jistgħu jattendu sa 2 rappreżentanti għal kull kumpanija. Biex jitħejja l-permess tiegħek, jekk jogħġbok ipprovdi, permezz ta' email jew faks fl-indirizz imsemmi hawn fuq, sal-15.7.2014, l-isem tal-kumpanija tiegħek u l-isem, il-kariga, in-numru tal-karta tal-identità u d-data tat-twelid tal-parteċipanti. Ir-rappreżentanti tiegħek irid ikollhom fuqhom għamla ta' identifikazzjoni valida.
Il-Parlament Ewropew se jipprovdik bil-proċeduri ta' aċċess u d-data u l-post tal-laqgħa fi żmien jumejn (2) ta' xogħol mid-data minn meta tasal it-talba.
Il-Parlament Ewropew se jiġbor rapport fl-aħħar taż-żjara fuq is-sit, li se tkun mehmuża mad-dokument li jipprovdi aktar tagħrif hawn taħt. Xi spejjeż tal-ivvjaġġar liż-żjara fuq is-sit għandhom jitħallsu minn dawk li jitfgħu l-offerti u m'humiex se jintraddu lura mill-Parlament Ewropew.
Is-sehem fiż-żjara fuq is-sit huwa mandatarju. huma dawk biss li jattendu li se jitħallew jitfgħu l-offerti. Il-firma fir-reġistru tal-attendenza se sservi bħala prova tal-parteċipazzjoni.

Għal aktar tagħrif dwar din l-istedina għall-offerti, tista' ssaqsi l-mistoqsijiet tiegħek, bil-miktub, qabel il-31.8.2014 permezz tas-sit ta' Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu

Ir-referenza ta' din il-proċedura: 06A40-2014-M023.
Il-Parlament Ewropew mhux se jwieġeb għal mistoqsijiet orali jew għal talbiet mitfugħa wara l-limitu taż-żmien.
Il-mistoqsijiet li jaslu u t-tweġibiet li jikkorrispondu se jintbagħtu bl-istess mezz.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni

Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Indirizz postali: 1 avenue du Président Robert Schuman
Belt: Strasburgu Cedex
Kodiċi postali: 67001
Pajjiż: Franza
Telefown: +33 388172313
Feks: +33 388179062
Indirizz tal-Internet: http://ombudsman.europa.eu

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: id-dati tal-għeluq tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
30.6.2014