Servizzi - 251114-2016

21/07/2016    S139

il-Belġju-Brussell: Studju fuq is-sistema ta' appoġġ għad-diliġenza xierqa tal-katina ta' provvisti tal-IŻM

2016/S 139-251114

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs, Directorate C: Industrial Transformation and Advanced Value Chains
Indirizz postali: avenue d'Auderghem 45, BREY 10/124
Belt: Brussell
Kodiċi NUTS: BE10 Région de Bruxelles-Capitale / Brussels Hoofdstedelijk Gewest
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Persuna ta’ kuntatt: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1623
Posta elettronika: GROW-C-FINANCIAL-TEAM@ec.europa.eu
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://ec.europa.eu/growth/
Indirizz tal-profil tax-xerrej: http://ec.europa.eu/growth/contracts-grants/calls-for-tenders/index_en.htm
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1623
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu b'mod elettroniku permezz ta': https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1623
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Studju fuq is-sistema ta' appoġġ għad-diliġenza xierqa tal-katina ta' provvisti tal-IŻM.

Numru ta' referenza: 562/PP/GRO/SME/16/F/102.
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
79410000 Servizzi ta' konsulenza dwar in-negozju u l-amministrazzjoni
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

L-għan ta' dan il-kuntratt hu li jiddisinja sistema komprensiva ta' appoġġ għad-diliġenza xierqa tal-IŻM sabiex: 1) jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tar-Regolament (li ġej) li jwaqqaf sistema tal-Unjoni għal awto-ċertifikazzjoni tad-diliġenza xierqa tal-katina ta' provvisti ta' importaturi responsabbli tal-landa, it-tantalum u t-tungstenu, il-metalli mhux maħduma tagħhom, u d-deheb li joriġina minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, 2) jillimita u/jew iwarrab il-piż amministrattiv impost fuq l-IŻM mil-leġislazzjoni tal-UE fuq minerali fejn hemm kunflitt u 3) jipprovdi lill-IŻM bil-ħila ta' diliġenza xierqa sabiex jibqħu kompetittivi f'katini ta' provvisti globali li kull ma jmur qegħdin ikunu ħielsa mill-kunflitti. Biex jikseb l-objettiv tiegħu, il-kuntratt se jikkunsinna: a) l-analiżi tas-settur tal-IŻM fl-UE li qegħdin jimpurtaw it-3TG; b) l-issimplifikar tal-obbligi ta' rappurtaġġ dwar id-diliġenza xierqa għall-IŻM; ċ) l-iddisinjar ta' sistema ta' appoġġ komprensiva għall-IŻM dwar id-diliġenza xierqa.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 400 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE10 Région de Bruxelles-Capitale / Brussels Hoofdstedelijk Gewest
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Il-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet għandu jkun il-bini tal-kuntrattur jew kwalunkwe post ieħor indikat fis-sejħa għall-offerti, minbarra l-bini tal-Kummissjoni.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Kuntratt ta' servizz għal studju b'tul ta' żmien ta' mhux iżjed minn 10 xhur u b'baġit stmat ta' mhux iżjed minn EUR 400 000.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 400 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 10
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett: Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11.12.2013 li jwaqqaf Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji (COSME) (bejn l-2014 u l-2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE.
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 20/09/2016
Ħin lokali: 16:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Ingliż, Bulgaru, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Ċek
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 22/09/2016
Ħin lokali: 10:00
Post:

Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs, Breydel Building, avenue d'Auderghem 45, 1040 Brussels, IL-BELĠJU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Għall-ftuħ tal-offerti jista' jattendi rappreżentant awtorizzat ta' kull min jitfa' offerta. Il-kumpaniji li jixtiequ jattendu huma mitluba biex jinnotifikaw billi jibagħtu Email fuq GROW-C-FINANCIAL-TEAM@ec.europa.eu mill-inqas 48 siegħa bil-quddiem. Din in-notifika trid tiġi ffirmata minn uffiċjal awtorizzat minn dak li jitfa' l-offerta u tispeċifika l-isem tal-persuna li se tattendi għall-ftuħ tal-offerti f'isem dak li jitfa' l-offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

Għal din is-sejħa hija possibbli biss sottomissjoni elettronika permezz ta' 'e-submission'.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mill-jum li fih sar jaf b'dan. Ilment li jitressaq quddiem l-Ombudsman Ewropew m'għandux l-effett li jew jissospendi dan il-perijodu jew jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq ta' appelli.

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
11/07/2016