Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Servizzi - 253762-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

21/07/2015    S138

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Manutenzjoni u żvilupp ta' sistemi ta' tagħrif ibbażati fuq l-'MS Project Server'

2015/S 138-253762

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Għall-attenzjoni ta’: Id-Dipartiment tal-Proċedura għat-Tfigħ tal-Offerti u l-Kuntratti
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Telefown: +352 4398-47611
Feks: +352 4398-46667

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://www.eca.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=985

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Għall-attenzjoni ta’: Il-post ta' lqugħ
Telefown: +352 4398-1
Feks: +352 4398-46946
Indirizz tal-Internet: http://www.eca.europa.eu

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Manutenzjoni u żvilupp ta' sistemi ta' tagħrif ibbażati fuq l-'MS Project Server'.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Servizzi
Kategorija tas-servizz Nru 7: Servizzi tal-kompjuter u oħrajn relatati
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Lussemburgu.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed

Tul ta' żmien tal-ftehim qafas

Tul ta' żmien fi snin: 4

Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas

Valur stmat mingħajr VAT: 900 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
L-għan ta' din l-istedina għall-offerti huwa biex jinkisbu servizzi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni, l-istudju u l-appoġġ ta' sistemi ta' tagħrif ibbażati fuq l-'MS Project Server' tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Tkopri, fost oħrajn, il-manutenzjoni u l-appoġġ (S1) tas-sistemi ta' tagħrif li hemm (ST) tal-Qorti indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti, l-iżvilupp (S2) ta' servizzi u applikazzjonijiet ġodda u l-integrazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet ma' ST oħra tal-Qorti, u servizzi ta' konsulenza (S3) fil-qasam ta' sistemi ta' tagħrif ibbażati fuq teknoloġiji tal-'MS Project Server'. Huma meħtieġa s-servizzi li ġejjin: attivitajiet tal-immaniġġjar tal-proġett, analiżi minn qabel, studji ta' fattibbiltà, prototipi/mudelli, analiżi, disinn, żvilupp, ittestjar, installazzjoni, parametrizzazzjoni, dokumentazzjoni, taħriġ, appoġġ lill-utent u tmexxija kif ukoll konsulenza fil-qasam ta' sistemi ta' taħriġ ibbażati fuq teknoloġiji tal-'MS Project Server'.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

72000000 Servizzi ta' IT: konsulenza, żvilupp ta' softwer, Internet u appoġġ, 72260000 Servizzi relatati mas-software, 72267000 Servizzi ta' tiswija u manutenzjoni ta' softwer, 72262000 Servizzi ta' l-iżvulupp tas-software

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 48 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Le.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Il-Qorti se tagħmel il-ħlas fi żmien 30 jum mill-wasla tal-fatturi, dment li tkun aċċettata l-kunsinna.
Il-ħlas għas-servizzi se jsir bi qbil mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi annwali tal-Unjoni Ewropea u l-kondizzjonijiet spjegati fil-qosor fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti.
Dak li jitfa' l-offerti għandu jinnota li l-parti li tidħol f'kuntratt mal-Qorti tkun responsabbli biex tapplika sewwa r-regoli li jikkonċernaw l-impożizzjoni tal-VAT. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija eżenti mill-VAT skont Artikoli 3 u 4 tal-provvedimenti tal-Protokoll fuq il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
L-offerti jistgħu jintefgħu individwalment jew flimkien ma' terzi partijiet. Jekk l-offerti jintefgħu minn konsorzju ta' operaturi ekonomiċi, il-membri kollha tal-konsorzju għandhom ikunu responsabbli flimkien u individwalment għat-twettiq tal-kuntratt. Madankollu, membru 1 irid jingħażel sabiex ikun il-parti responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti se jagħtu prova li mhuma fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib imniżżla f'Artikoli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012 dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-estimi ġenerali tal-Unjoni u l-irrevokar tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 — minn issa 'l quddiem imsemmi bħala 'r-Regolament Finanzjarju (il-ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1). Dak li jitfa' l-offerti li lilu se jingħata l-kuntratt għandu jipprovdi dokumenti speċifiċi sabiex tiġi pprovduta evidenza li mhuwa fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib imsemmija f'Artikoli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju.
Il-ħila legali se tkun ivvalutata fuq il-bażi tad-dokumenti li ġejjin:
1) prova ta' tniżżil fir-reġistru tal-professjoni jew tal-kummerċ taħt il-kundizzjonijiet imniżżla mil-leġislazzjoni tal-pajjiż fejn joqgħod dak li jitfa' l-offerti;
2) kopja leġibbli tal-avviż tal-ħatra tal-persuna(i) awtorizzat(i) biex jirrappreżent(aw) lil dak li jitfa' l-offerti fit-trattar ma' terzi partijiet u fi proċeduri legali, jekk dan mhix inkluż fid-dokument imsemmi hawn fuq.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti jridu jkollhom ħila ekonomika u finanzjarja suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-Qafas ta' Kuntratt (QtK) f'konformità mal-provvedimenti kuntrattwali, billi jitqies il-valur u l-kobor tiegħu. Jekk, fid-dawl tat-tagħrif mogħti pprovdut minn dak li jitfa' l-offerti, il-Qorti għandha dubji dwar il-ħila finanzjarja tiegħu, jew jekk dan hu b'mod ċar insuffiċjenti għat-twettiq tal-QtK, l-offerta tista' titwarrab mingħajr ma' dak li jitfa' l-offerti jkun jista' jitlob għal kwalunkwe kumpens finanzjarju.
F'dak li għandu x'jaqsam mal-QtK li huwa s-suġġett ta' din l-istedina għall-offerti, il-Qorti teħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom ħila finanzjarja u ekonomika minima, li se tiġi eżaminata fuq il-bażi tad-dokumenti ta' appoġġ li ġejjin:
1) karti bilanċjali u kontijiet tal-qligħ u t-telf:
— kopja tal-karti bilanċjali vverifikati jew siltiet mill-karti bilanċjali u kontijiet tal-qligħ u t-telf għall-aħħar 3 snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet. Jekk il-karti bilanċjali jew l-istqarrijiet juru telf medju tul dawn l-aħħar 3 snin li għalihom ingħalqu l-kontijiet, dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi dokument ieħor bħala prova tal-qagħda finanzjarja u l-ħila ekonomika tiegħu, bħal referenzi bankarji xierqa jew prova ta' assigurazzjoni kontra r-riskju professjonali,
— prova tal-pubblikazzjoni tal-istqarrijiet finanzjarji fejn pubblikazzjoni bħal din hija meħtieġa mir-regoli nazzjonali;
2) dħul speċifiku annwali:
— stqarrijiet tad-dħul speċifiku annwali li għandu x'jaqsam mas-servizzi koperti minn din is-sejħa għall-offerti (l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-konsulenza għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq il-'Microsoft Project Server'), għal kull waħda mill-aħħar 3 snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet. Għal dan il-għan, dak li jitfa' l-offerti se jimla kwestjonarju dwar il-ħila ekonomika u finanzjarja (Anness 3 formola 6).
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: Il-medja tad-dħul speċifiku annwali li għandu x'jaqsam mas-servizzi koperti minn din is-sejħa għall-offerti (żvilupp, manutenzjoni u konsulenza għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq il-'Microsoft Project Server'), għal kull waħda mill-aħħar 3 snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet trid tkun aktar minn EUR 250 000.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
Dawk li jitfgħu l-offerti jridu jkollhom ħiliet tekniċi u professjonali suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-QtK f'konformità mal-provvedimenti kuntrattwali, billi jitqies il-valur u l-kobor tiegħu. Jekk, fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija minn dak li qed jitfa' l-offerti, il-Qorti għandha dubji serji dwar il-ħila teknika u professjonali ta' dak li jitfa' l-offerti, jew jekk dan jidher li mhux biżżejjed għat-twettiq tal-kuntratt, l-offerta tista' titwarrab mingħajr ma' dak li jitfa' l-offerti jkun jista' jitlob kwalunkwe kumpens finanzjarju.
Il-ħila teknika u professjonali se tkun iġġudikata fuq il-bażi tal-kompetenza ta' dak li jitfa' l-offerti rilevanti għas-servizzi meħtieġa b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-għarfien u l-esperjenza. Il-livelli minimi meħtieġa huma mniżżla fit-taqsima li jmiss.
Il-ħila teknika u professjonali se tkun ivvalutata fuq il-bażi tad-dokumenti li jsostnu li ġejjin:
1) tifsira qasira tal-attività ekonomika ta' dak li jitfa' l-offerti (massimu ta' 5 paġni A4) inkluż l-attivitajiet speċifiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-għan ta' din is-sejħa għall-offerti;
2) tifsira u xhieda ta' mill-inqas 3 u massimu ta' 5 kuntratti jew proġetti li twettqu fl-aħħar 3 snin (jiġifieri minn Lulju tal-2012) għal mill-inqas 3 kumpaniji differenti, li huma konformi mal-ħtiġijiet imniżżla fit-taqsima li jmiss. Sabiex jagħtu prova ta' din il-ħila, dawk li jitfgħu l-offerti huma mitluba jimlew is-7 formola f'Anness 3 għal kull wieħed minn dawn il-proġetti.
Fejn il-kuntratti jew il-proġetti huma pprovduti lill-awtoritajiet li joħorġu l-kuntratti, ix-xhieda tax-xogħol għandha tkun f'għamla ta' ċertifikati maħruġin jew iffirmati mill-awtorità kompetenti;
3) sommarju ta' KK mimli kif suppost (it-8 formola f'Anness 3 tal-ittra tal-istedina);
4) sett komplut ta' formoli tal-KK skont it-tip u l-għadd ta' profili meħtieġa hawn fuq. Dawk li jitfgħu l-offerti huma mitluba jimlew id-9 formola f'Anness 3 tal-ittra tal-istedina għal kull KK mitfugħ. Jekk dak li jitfa' l-offeri jagħti KK ta' persuni biex jiġu impjegati, għandha tkun mehmuża dikjarazzjoni ffirmata minn din il-persuna li tikkonferma l-intenzjoni tiegħu biex jiġi impjegat. L-istess persuna tista' tiġi proposta għal 2 profili differenti, jekk ikun xieraq, iżda mhux aktar.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
1) L-attività ekonomika ta' dak li jitfa' l-offerti:
— l-attività ekonomika ta' dak li jitfa' l-offerti għandha tkun rilevanti għas-suġġett ta' din is-sejħa għall-offerti.
2) Xhieda ta' mill-inqas 3 kuntratti jew proġetti:
— dak li jitfa' l-offerti għandu jagħti prova li wettaq mill-inqas 3 proġetti/kuntratti fl-aħħar 3 snin għal mill-inqas 3 kumpaniji differenti, li jkopru l-provvista ta' servizzi simili għal dawk koperti minn din is-sejħa għall-offerti. Il-proġetti/kuntratti mogħtija għandhom ikunu rilevanti fit-termini ta' suġġett ta' din is-sejħa għall-offerti (servizzi teknoloġiji/metodoloġiji/għodod).
Il-ħtiġijiet dwar kull proġett/kuntratt mogħti:
— kull proġett/kuntratt mogħti, sabiex ikun aċċettat, se jinkludi mill-inqas wieħed mis-servizzi S1, S2 jew S3 (ara punt B.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti).
Il-ħtiġijiet dwar kull proġett/kuntratt mogħti:
— il-proġetti mogħtija, sabiex jiġu aċċettati, se jkopru flimkien mill-inqas il-perijodu ta' 10 xhur f'xogħol ta' bniedem.
— il-proġetti mogħtija, sabiex jiġu aċċettati, se jkopru flimkien mill-inqas is-servizzi li ġejjin:
S1: il-manutenzjoni (inkluż il-manutenzjoni korrettiva, evoluttiva u/jew ta' adattament) u l-appoġġ ta' applikazzjonijiet ibbażati fuq l-'MS Project Server' jew sistemi ta' tagħrif;
S2: l-iżvilupp ta' sistemi ta' tagħrif jew applikazzjonijiet ibbażati fuq it-teknoloġija tal-'MS Project Server' fl-oqsma bħall-ippjanar u/jew l-immaniġġjar tal-proġett u/jew l-allokazzjoni tar-riżorsi u/jew it-teħid tad-deċiżjonijiet u/jew ir-rappurtaġġ jew l-intelliġenza tan-negozju, eċċ.;
S3: attivitajiet ta' tmexxija u/jew taħriġ għall-utenti ta' dawn is-sistemi.
3) Xhieda ta' kwalifikazzjonijiet edukattivi u professjonali tal-persuni responsabbli għall-provvista tas-servizzi kif indikat hawn taħt (sett ta' formoli tal-KK):
Il-ħtiġijiet dwar il-KK:
— il-persuni proposti se jissodisfaw il-ħtiġijiet li jikkonċernaw: l-edukazzjoni, l-esperjenza professjonali u l-lingwi kif speċifikat fit-tifsira tal-profil li jikkorrispondi f'punt B.6 tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
Il-ħtiġijiet dwar in-numru ta' KK:
— dawk li jitfgħu l-offerti se jirrispettaw in-numru minimu u massimu ta' KK li se jkunu pprovduti għal kull profil u l-livell indikat fit-tabella fuq p. 10 (Taqsima A.8.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti). Jekk dak li jitfa' l-offerti jippreżenta aktar KK mill-massimu meħtieġ, il-KK se jkunu trattati skont is-sekwenza stabbilita mill-offerta ta' dak li jitfa' l-offerti, il-KK ippreżentati aktar mil-limitu tal-KK meħtieġa għall-profil mogħti mhumiex se jitqiesu għall-proċedura tal-għażla.
Mill-inqas KK 1 għandu jiġi pprovdut ikun xi jkun il-livell.
L-istess persuna tista' tiġi proposta għal 2 profili differenti, jekk ikun xieraq, iżda mhux aktar.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari: le
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz
L-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: iva

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet, fis-sejħa għall-offerti jew għan-negozjar jew fid-dokument deskrittiv
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
AO 430.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
11.9.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 15.9.2015 - 10:00

Post:

12, rue Alcide de Gasperi, 1615 Luxembourg, IL-LUSSEMBURGU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva

Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Dawk li jitfgħu l-offerti jew ir-rappreżentanti tagħhom li jixtiequ jkunu preżenti fil-ftuħ tal-offerti għandhom jinfurmaw lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri bil-miktub (faks +352 4398-46955, Email: eca-procurement.service@eca.europa.eu) sal-14.9.2015 (f'12:00) l-aktar tard, u għandhom jipprovdu l-awtorizzazzjoni tagħhom mill-kumpanija tat-tfigħ tal-offerti. Jitħalla jattendi rappreżentant 1 għal kull min jitfa' l-offerti.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Referenza għal proġett(i) u/jew programm(i): Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
L-att tat-tfigħ tal-offerti ma jagħtix id-dritt lil dawk li jitfgħu l-offerti li jingħataw il-kuntratt jew li jirċievu xi kumpens għall-ispejjeż li jagħmlu.
Kull tagħrif addizzjonali inkluż dak imsemmi hawn fuq se jkun disponibbli biss fuq l-e-tendering, għalhekk dawk li jitfgħu l-offerti huma mitluba li jikkonsultawh fuq bażi regolari peress li tagħrif addizzjonali jista' jiżdied fi kwalunkwe mument sad-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: ecj.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://www.curia.europa.eu/

Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni

Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Indirizz postali: 1 avenue du Président Robert Schuman, Kaxxa Postali 403
Belt: Strasburgu
Kodiċi postali: 67001
Pajjiż: Franza
Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu
Telefown: +33 388172313
Feks: +33 388179062
Indirizz tal-Internet: http://www.ombudsman.europa.eu/

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew la jissospendi dan il-perijodu, lanqas jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Is-Servizz tal-Ksib
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Telefown: +352 4398-47611
Feks: +352 4398-46955
Indirizz tal-Internet: http://www.eca.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
9.7.2015