Fornituri - 268336-2015

Uri l-lista b'inqas dettalji

31/07/2015    S146

l-Italja-Ispra: Provvista, installazzjoni u manutenzjoni ta' 2 sistemi ta' ħażna fil-batteriji — 2 lottijiet

2015/S 146-268336

Avviż dwar kuntratt

Provvisti

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), L-Istitut għall-Enerġija u t-Trasport
Indirizz postali: via Enrico Fermi 2749 (TP 581)
Belt: Ispra VA
Kodiċi postali: 21027
Pajjiż: L-Italja
Persuna ta’ kuntatt: B.5 It-Taqsima tal-Finanzi u l-Ksib
Għall-attenzjoni ta’: C. Breazu
Posta elettronika: jrc-ispra-iet-procurement@ec.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://web.jrc.ec.europa.eu/callsfortender/

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=977

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
Oħrajn: Ir-riċerka.
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Provvista, installazzjoni u manutenzjoni ta' 2 sistemi ta' ħażna fil-batteriji — 2 lottijiet.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Provvisti
Xiri
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka — Petten (in-Netherlands) għall-1 lott, u
iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka — is-sit ta' Ispra (l-Italja) għat-2 lott.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
L-għan tal-ksib huwa l-provvista, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u s-servizzi rrelatati ta' 2 sistemi ta' ħażna fil-batteriji għall-ħidmiet tal-grilja intelliġenti, 1 f'Petten (in-Netherlands) u 1 f'Ispra (l-Italja). Il-kuntratt jinkludi garanzija ta' 24 xahar u sa 4 snin ta' manutenzjoni preventiva u korrettiva.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

31422000 Pakki tal-batteriji, 50530000 Servizzi ta’ tiswija u tal-manutenzjoni ta’ makkinarju, 38970000 Simulaturi tekniċi ta' riċerka, ittestjar u xjentifiċi, 31230000 Partijiet mill-apparat tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku u l-apparat tal-kontroll, 31682210 Apparat ta' l-istrumentazzjoni u l-kontroll

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: iva
L-offerti jistgħu jintbagħtu għal lott wieħed jew aktar
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
Huwa stmat li l-estimi totali se jkunu bejn EUR 1 300 000 u EUR 1 500 000 (li jinkludu kollox, minbarra l-VAT) għaż-2 lottijiet ta' aktar minn 77 xahar tat-tul kollu tal-kuntratt. L-estimi jkopru kull provvista tal-kunsinna, l-installazzjoni u t-taħriġ, billi tiġi pprovduta dokumentazzjoni, garanzija ta' 24 xahar u manutenzjoni preventiva u korrettiva għal massimu ta' 4 snin.
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 1 300 000 u 1 500 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Tul ta' żmien f’xhur: 77 (mill-għoti tal-kuntratt)

Informazzjoni dwar il-lottijiet

Nru tal-lott: 1 Titlu: Il-provvista, l-installazzjoni ta' sistema ta' ħażna fil-batteriji — l-1 lott (Petten, in-Netherlands).
1)Deskrizzjoni qasira
Il-provvista, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta' sistema ta' ħażna fil-batteriji għall-grilji intelliġenti f'Petten (in-Netherlands), b'enerġija nominali ta' 75 kW u kapaċità ta' ħażna ta' 150 kWh.
2)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

31422000 Pakki tal-batteriji, 50530000 Servizzi ta’ tiswija u tal-manutenzjoni ta’ makkinarju, 38970000 Simulaturi tekniċi ta' riċerka, ittestjar u xjentifiċi, 31230000 Partijiet mill-apparat tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku u l-apparat tal-kontroll, 31682210 Apparat ta' l-istrumentazzjoni u l-kontroll

3)Kwantità jew ambitu
Il-kuntratt huwa maqsum f'2 stadji:
— l-1 stadju: il-provvista, l-installazzjoni, l-ittestjar u l-ikkalibrar u l-provvista ta' dokumentazzjoni ta' sistema ta' ħażna fil-batteriji inkluż sentejn (2) garanzija,
— it-2 stadju: il-manutenzjoni preventiva u korrettiva għal 12-il xahar, li tiġġedded għal 3 snin oħra (għal perijodu totali massimu ta' manutenzjoni ta' 4 snin).
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 300 000 u 400 000 EUR
4)Indikazzjoni dwar data differenti għat-tul ta' żmien tal-kuntratt jew bidu/tlestija
Tul ta' żmien f’xhur: 77 (mill-għoti tal-kuntratt)
5)Informazzjoni addizzjonali dwar il-lottijiet
Nru tal-lott: 2 Titlu: Il-provvista, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta' sistema ta' ħażna fil-batteriji — it-2 lott (Ispra, l-Italja)
1)Deskrizzjoni qasira
Il-provvista, l-installazzjoni u l-manutenzoni ta' sistema ta' ħażna fil-batteriji għall-grilji intelliġenti f'Ispra (l-Italja), b'enerġija nominali ta' 225 kW u kapaċità ta' ħażna ta' 450 kWh.
2)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

31422000 Pakki tal-batteriji, 50530000 Servizzi ta’ tiswija u tal-manutenzjoni ta’ makkinarju, 38970000 Simulaturi tekniċi ta' riċerka, ittestjar u xjentifiċi, 31230000 Partijiet mill-apparat tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku u l-apparat tal-kontroll, 31682210 Apparat ta' l-istrumentazzjoni u l-kontroll

3)Kwantità jew ambitu
Il-kuntratt huwa maqsum f'2 stadji:
— l-1 stadju: il-provvista, l-installazzjoni, l-ittestjar u l-ikkalibrar u l-provvista ta' dokumentazzjoni ta' sistema ta' ħażna fil-batteriji inkluż sentejn (2) garanzija,
— it-2 stadju: il-manutenzjoni preventiva u korrettiva għal 12-il xahar, li tiġġedded għal 3 snin oħra (għal perijodu totali massimu ta' manutenzjoni ta' 4 snin).
Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 1 000 000 u 1 100 000 EUR
4)Indikazzjoni dwar data differenti għat-tul ta' żmien tal-kuntratt jew bidu/tlestija
Tul ta' żmien f’xhur: 77 (mill-għoti tal-kuntratt)
5)Informazzjoni addizzjonali dwar il-lottijiet

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Jekk jogħġbok irreferi għad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Jekk jogħġbok irreferi għad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
L-operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu offerta jew bħala dak waħdani li jitfa' l-offerti jew bħala msieħba f'konsorzju (b'bixra legali jew mingħajrha). L-għoti ta' xogħol lil terzi jista' jsir fiż-żewġ każijiet. Dak li qiegħed jitfa' l-offerti għandu jniżżel b'mod ċar ir-rwol ta' kull operatur ekonomiku — bħala entità li titfa' offerta weħidha, imsieħeb f'konsorzju jew sottokuntrattur. Dan jgħodd ukoll fejn l-entitajiet li jkollhom x'jaqsmu jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ekonomiku.
Kull imsieħeb f'konsorzju jerfa' r-responsabbiltà flimkien u b'mod individwali lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt u se jkun jagħmel parti mill-kuntratt jekk tintgħażel l-offerta tal-konsorzju.
Il-konsorzju se jaħtar entità legali 1 ('il-mexxej') li se jkollha l-awtorità sħiħa li torbot lill-konsorzju u kull wieħed mill-membri tiegħu matul it-twettiq tal-kuntratt u se tkun responsabbli mill-immaniġġjar amministrattiv tal-kuntratt (il-ħruġ tal-fatturi, id-dħul tal-pagamenti, eċċ.) f'isem l-imsieħba l-oħra kollha.
L-għoti ta' xogħol lil terzi jfisser sitwazzjoni fejn il-kuntrattur jidħol f'impenji legali ma' entitajiet legali oħra li se jwettqu parti mill-kuntratt f'ismu. Il-kuntrattur se jibqa' responsabbli b'mod sħiħ lejn l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-implimentazzjoni tal-kuntratt. Xogħol li jsir minn persuni li jaħdmu għal rashom, billi tinġibed l-attenzjoni fuq l-użu ta' attivitajiet jew ħaddiema ta' kwalunkwe entità legali li tkun differenti għal kollox mill-kuntrattur, ilkoll jissarrfu f'għoti ta' xogħol lil terzi, b'mod indipendenti mil-liġi nazzjonali li tgħodd.
Is-sottokuntratturi għandhom jagħtu ittra ta' intenzjoni li fiha juru r-rieda tagħhom li jieħdu sehem fit-twettiq tal-kuntratt kif imfisser fl-offerta. Matul it-twettiq tal-kuntratt kwalunkwe bidla li ssir fost is-sottokuntratturi se tiddependi fuq l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.
Min jitfa' l-offerti waħdu jew konsorzju jista' jistrieħ ukoll fuq il-ħiliet ta' entitajiet oħra biex jilħaq il-livelli minimi tal-ħila taħt it-titli III.2.2 u III.2.3, irrispettivament mill-bixra legali tar-rabtiet li jkollu magħhom. F'dan il-każ, hu għandu jagħti prova lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt li se jkollu f'idejh ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kuntratt, pereżempju billi jagħti garanzija mingħand dawk l-entitajiet. Jekk wieħed jistrieħ fuq il-ħiliet ta' terza entità li tkun entità legali differenti minn dak li jitfa' offerta waħdu jew mill-membri tal-konsorzju, anki jekk tkun tagħmel parti mill-istess grupp ekonomiku, dan jitqies li hu sottokuntrattar għall-iskopijiet tal-proċedura.
Jekk il-kuntratt jingħata lil min jitfa' offerta li jistrieħ fuq terza entità biex jipprovdi iktar minn 70 % tal-ħtiġijiet minimi għall-ħila ekonomika u finanzjarja mniżżla taħt it-titlu III.2.2, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se titlob li t-terza entità tiffirma l-kuntratt u tkun responsabbli flimkien u b'mod individwali mit-twettiq tiegħu flimkien ma' dak li jitfa' l-offerta.
Ir-rwol u x-xogħlijiet ta' kull imsieħeb fil-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati għandhom jitniżżlu b'mod ċar fl-offerta. Fuq l-ittra ta' quddiem għandu jitniżżel l-isem ta' min qiegħed jitfa' l-offerta (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntrattur(i), inklużi t-terzi entitajiet li min qiegħed jitfa' l-offerta jiddependi fuq il-ħiliet tagħhom, u l-isem tal-persuna waħdanija li jista' jsir kuntatt magħha f'rabta ma' din il-proċedura. Għall-konsorzji, l-ittra ta' quddiem trid tkun iffirmata minn kull imsieħeb, jew minn imsieħeb li jkun awtorizzat kif xieraq biex jiffirma l-offerta u l-kuntratt f'isem l-imsieħba kollha. Fil-każ tal-aħħar, l-awtorizzazzjoni tista' tkun, pereżempju, fl-għamla ta' prokura, ittra ta' intenzjoni jew ftehim tal-konsorzju.
Dawk li jitfgħu l-offerti (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) għandhom jagħtu wkoll kopja li tinqara tal-avviż dwar il-ħatra tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lil min qiegħed jitfa' l-offerta f'negozjati ma' terzi partijiet u fi proċeduri legali, jew kopja tal-pubblikazzjoni ta' ħatra bħal din jekk il-leġislazzjoni li tgħodd għall-entità legali li għandha x'taqsam titlob li ssir pubblikazzjoni bħal din. Għandha tingħata prova ta' kull delega ta' din l-awtorizzazzjoni li ssir lil rappreżentant ieħor li ma jissemmiex fil-ħatra uffiċjali.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Għaż-żewġ lottijiet:
1. Il-kriterji tat-twarrib:
Dawk li jitfgħu l-offerta mhumiex se jkunu eliġibbli sabiex jieħdu sehem f'din il-proċedura tal-għoti tal-kuntratt jekk huma f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib imsemmija fl-Artikli 106 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012. Dawk li jitfgħu l-offerta (inklużi l-imsieħba f'konsorzju) u s-sottokuntratturi identifikati skont it-titlu III.1.3 għandhom jiffirmaw stqarrija fuq l-unur (disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt fit-titlu I.1)) biex jiddikjaraw li mhumiex fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet. Fuq talba li ssir mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, dak li jirbaħ l-offerta (inklużi l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) u s-sottokuntratturi kollha identifikati minn dak li jitfa' l-offerta skont il-punt III.1.3, se jagħtu d-dokumenti ta' prova mniżżla fl-Artiklu 143(3) tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29.10.2012. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tneħħi l-obbligu li wieħed jagħti d-dokumenti li jsostnu jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħatawlha għall-għanijiet ta' proċedura oħra tal-ksib u sakemm id-dokumenti ma jkunux ilhom li nħarġu iktar minn sena mid-data tal-avviż dwar l-għoti u jekk ikunu għadhom jgħoddu. F'dan il-każ, dak li jitfa' l-offerti jrid jiddikjara fuq l-unur tiegħu li x-xhieda ddokumentata kienet diġà pprovduta fi proċedura ta' ksib ta' qabel u jikkonferma li ebda tibdil ma sar fis-sitwazzjoni tiegħu.
2. Il-Kriterji tal-għażla (l-ħila legali):
Dawk li jitfgħu l-offerti (l-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju) se jagħtu prova li huma għandhom il-ħila legali biex iwettqu l-kuntratt billi jagħtu ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru rilevanti tal-kummerċ jew professjonali fil-pajjiż tat-twaqqif/tal-inkorporazzjoni tagħhom. Jekk min qiegħed jitfa' l-offerta mhux meħtieġ jew ma jitħalliex jirreġistra f'reġistru bħal dan minħabba raġunijiet marbuta mal-istatut jew mal-qagħda legali tiegħu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tilqa', bħala prova xierqa, stqarrija taħt ġurament jew ċertifikat, sħubija f'organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni ċara, jew ikun imniżżel fir-reġistru tal-VAT.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Għal kull lott, dawk li jitfgħu l-offerti għandhom ikunu konformi mal-kriterju li ġej: id-dħul annwali jilħaq il-livell minimu tal-ħila; il-vijabbilità finanzjarja hija biżżejjed biex iwettaqu u jlestu l-kuntratt.
Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw minn kull min jitfa' offerta (kull imsieħeb fil-każ ta' konsorzju) u kull sottokuntrattur li min qiegħed jitfa' l-offerta se jiddependi fuq il-ħiliet tiegħu biex jilħaq il-livell tal-ħila minima għall-kapaċità ekonomika u finanzjarja:
(1) stqarrija dwar id-dħul annwali tal-operatur ekonomiku matul l-aħħar 3 snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet. Jekk, minħabba xi raġuni eċċezzjonali, li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, operatur ekonomiku ma jkunx jista' jagħti r-referenzi mitluba hawn fuq, hu jista' jagħti prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tiegħu bi kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li jkun xieraq. Ikun xi jkun il-każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-inqas trid tkun avżata dwar ir-raġuni eċċezzjonali u dwar il-ġustifikazzjoni tagħha. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt iżżomm id-dritt li titlob kwalunkwe dokument ieħor li permezz tiegħu tkun tista' tivverifika l-ħila ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku jew li tfittex tagħrif u/jew kjarifiki addizzjonali bi kwalunkwe mezz xieraq (siti tal-Internet, entitajiet uffiċjali, eċċ.). L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tneħħi l-obbligu li operatur ekonomiku jrid jagħti l-provi permezz tad-dokumenti msemmija hawn fuq jekk dawn il-provi diġà jkunu ngħatawlha għall-iskopijiet ta' proċedura oħra tal-ksib u sakemm ikunu jimxu mal-ħtiġijiet ta' din is-sejħa għall-offerti. F'każ bħal dan, l-operatur ekonomiku se jagħti r-referenza għall-kuntratt u jsemmi s-servizz tal-Kummissjoni li kien ingħata dawn il-provi.
L-awtoritá li qiegħda toħroġ il-kuntratt tirriserva d-dritt li ma tagħżilx dak li jitfa' l-offerta fejn il-provi mogħtija jagħtu lok għal tħassib serju fuq il-vijabilità finanzjarja biex iwettaq il-kuntratt u dak li jitfa' l-offerta falla milli jnaqqas dan it-tħassib billi jissottometti osservazzjonijiet jew provi oħra dwar il-vijabilità finanzjarja.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: Għall-1 lott: id-dħul medju annwali għall-aħħar 3 snin finanzjarji għandu jkun ta' mill-inqas EUR 300 000.
Għat-2 lott: id-dħul medju annwali għall-aħħar 3 snin finanzjarji għandu jkun ta' mill-inqas EUR 1 000 000.
Dawn l-ammonti minimi se jkunu vvalutati f'rabta ma' dak li qiegħed jitfa' l-offerti kollu kemm hu, inklużi l-ħiliet magħquda tal-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju u s-sottokuntratturi kollha.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
Għal kull lott, dawk li jitfgħu l-offerti għandhom ikunu konformi mal-kriterju li ġej:
(1) esperjenza fil-qasam tal-kunsinna ta' provvisti, ippruvata permezz ta' lista ta' kuntratti simili (fil-valur, l-iskop u l-kumplessità) imlestija fl-aħħar 3 snin qabel id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti. Il-lista tal-kuntratti tal-imgħoddi se tinkludi dettalji tad-dati tal-bidu u t-tlestija tagħhom, l-ammont totali tal-kuntratt u l-għan, ir-rwol u l-ammont iffatturat mill-operatur ekonomiku. Fil-każ ta' kuntratti li għadhom għaddejjin, se titqies biss dik il-parti li tlestiet matul il-perijodu ta' referenza. Il-kuntratti li ngħataw bħala xhieda ta' twettiq tal-livelli minimi ta' ħila se jkunu akkumpanjati minn ċertifikati ta' twettiq sodisfaċenti, maħruġa minn klijenti. Fejn is-servizzi twettqu għal awtoritajiet li qegħdin joħorġu l-kuntratti tal-UE, iċ-ċertifikati jridu jinħarġu jew jiġu ffirmati mill-awtorità kompetenti.
Fil-każ ta' konsorzju jew sottokuntrattar, ix-xhieda mitluba trid tkun ipprovduta minn dawk l-imsieħba fil-konsorzju/sottokuntratturi li fuq il-ħila tagħhom jiddependi dak li qed jitfa' l-offerta biex jissodisfa l-livelli minimi ta' ħila.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
Il-livelli tal-kapaċità minima se jkunu vvalutati f'rabta ma' dak li qiegħed jitfa' l-offerta kollu kemm hu, inklużi l-ħiliet magħquda tal-imsieħba kollha fil-każ ta' konsorzju u s-sottokuntratturi kollha.
Għall-1 lott: (1) mill-inqas 3 kuntratti simili bil-karatteristiċi li ġejjin: il-valur totali minimu (il-valur tat-3 kuntratti kollha flimkien), minbarra l-VAT, ta' EUR 300 000.
Għat-2 lott: (1) mill-inqas 3 kuntratti simili bil-karatteristiċi li ġejjin: il-valur totali minimu (il-valur tat-3 kuntratti kollha flimkien), minbarra l-VAT, ta' EUR 1 000 000.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
JRC/IPR/2015/F.3/0042/OC.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Limitu ta’ żmien għall-wasla tat-talbiet għad-dokumenti jew għall-aċċess għad-dokumenti: 14.9.2015
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
14.9.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 18.9.2015 - 15:00

Post:

Il-JRC, il-Bini fejn jintlaqgħu l-viżitaturi, l-ewwel sular, il-kamra 7, via E. Fermi 2749, 21027 Ispra VA, L-ITALJA.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva

Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Għas-sessjoni tal-ftuħ jista' jattendi massimu ta' rappreżentant awtorizzat 1. It-talba għandha tintbagħat lil jrc-ispra-iet-procurement@ec.europa.eu mill-inqas 3 ijiem qabel il-ftuħ flimkien ma' kopja tal-karta tal-identità/passaport.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali

Kwalunkwe talbiet għal aktar tagħrif għandhom isiru bil-miktub permezz tas-sit tal-Internet tat-tfigħ tal-offerti b'mod elettroniku f'https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=977 fil-buttuna 'questions and answers', billi tagħfas 'create a question'. L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt mhix marbuta li twieġeb għal talbiet għal aktar tagħrif li jkunu waslu inqas minn 5 ijiem ta' xogħol qabel id-data finali għat-tfigħ tal-offerti.

L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista', fuq inizjattiva tagħha tinforma partijiet interessati dwar xi żball, nuqqas ta' eżattezza, nuqqas jew xi żball klerikali ieħor fit-test tas-sejħa għall-offerti.
Kull tagħrif addizzjonali li jinkludi dak imsemmi hawn fuq se jkun ippubblikat fuq is-sit tal-Internet tat-tfigħ tal-offerti b'mod elettroniku indikat hawn fuq. Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari u hija r-responsabbiltà tiegħek li tiċċekkja l-aġġornamenti u l-emendi waqt il-perijodu tat-tfigħ tal-offerti.
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell, jew, fin-nuqqas ta' dan, mill-jum li fih min qiegħed iressaq l-appell sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew m'għandux l-effet li jew jissospendi dan il-perijodu jew jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli

Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Feks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
21.7.2015