L-ENISA teħtieġ aġenzija tal-ivvjaġġar b'esperjenza sabiex tagħmel arranġamenti għal ivvjaġġar kif ukoll tal-akkomodazzjoni kif meħtieġa, għall-impjegati u l-esperti esterni tal-ENISA li jivvjaġġaw fl-Ewropa u lil hinn minnha b'emfasi fuq l-Istati Membri tal-UE. L-uffiċċji tal-ENISA huma stabbiliti f'Heraklion u f'Ateni.
L-ENISA tuża t-terminu 'Missjoni' biex tiddeskrivi vjaġġ tan-negozju awtorizzat tal-persunal tagħha. Kull missjoni għandha numru ta' referenza speċifiku.
Arranġamenti għall-ivvjaġġar se jsiru fuq il-bażi ta' vjaġġ l-aktar konvenjenti (l-iqsar skeda possibbli fejn tidħol skeda ta' ħin mit-tluq sad-destinazzjoni u r-ritorn) bl-aħjar prezz possibbli lill-ENISA, skont il-provvedimenti msemmijin hawn taħt.
Huwa x-xogħol tal-aġenzija tal-ivvjaġġar li tagħti pariri lill-membru tal-persunal dwar l-iżjed għażla ta' vvjaġġar xierqa għall-missjoni u fejn applikabbli, tispjega l-għażliet xierqa lill-membri tal-persunal.
Bħala minimu, hija meħtieġa l-provvista tas-servizzi li ġejjin:
— il-provvista ta' tagħrif fuq skedi, itinerarji u prezzijiet ta' titjiriet/ferrovija/vapuri — inkluż kwotazzjonijiet uffiċjali għal skopijiet ta' paragun bejn prezzijiet,
— l-abbonament, il-ħruġ u l-kunsinna ta' biljetti tat-titjiriet/tal-ferrovija/tal-vapur, fejn applikabbli mas-CRS (sistemi ta' riżerva bil-kompjuter) kompetenti,
— il-ħruġ ta' biljetti b'mod elettroniku,
— l-abbonament tal-akkomodazzjoni (kmamar fil-lunkandi),
— il-provvista ta' għajnuna fil-ksib ta' viżas.
L-aġenzija tal-ivvjaġġar għandu jkollha l-ħila tipprovdi s-servizzi kollha mniżżlin hawn fuq.
Okkażjonalment, l-aġenzija tal-ivvjaġġar tista' tinħtieġ tipprovdi servizzi oħrajn ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar mhux imniżżlin hawn fuq (p.e. 'check-in' fuq l-Internet, arranaġament għall-kiri ta' karozzi, il-provvista ta' tagħrif dwar mezzi ta' trasport pubbliku fil-post tal-laqgħa u tagħrif ieħor ta' importanza għall-vjaġġatur).