Taqsima II: Għan tal-kuntratt
II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Provvista ta' servizzi nazzjonali u internazzjonali ta' kurrier ekspress.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoniServizzi
Kategorija tas-servizz Nru 4: Trasport tal-posta bl-art [3] u bl-ajru
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Alicante (Spanja).
Kodiċi NUTS ES521 Alicante / Alacant
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)L-avviż jinvolvi l-istabbilment ta’ ftehim qafas
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehimFtehim qafas b’operatur wieħed
Tul ta' żmien tal-ftehim qafas
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Valur totali stmat tax-xiri għat-tul ta' żmien kollu tal-ftehim qafas
Valur stmat mingħajr VAT: 450 000 EUR
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
L-għan ta' din l-istedina għall-offerti hu li wieħed jidħol f'qafas ta' kuntratt biex iwettaq is-servizzi nazzjonali u internazzjonali ta' kurrier ekspress li għandhom x'jaqsmu.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)64100000 Servizzi postali u tal-kurrier
II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)LottijietDan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjantiIl-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:Valur stmat mingħajr VAT: 450 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażlietGħażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdidDan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiqTul ta' żmien f’xhur: 48 (mill-għoti tal-kuntratt)
Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika
III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
Mhux meħtieġ li titħejja garanzija biex wieħed ikun jista' jitfa' offerta.
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjaliInformazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jitwarrbu milli jieħdu sehem f'din l-istedina għall-offerti jekk:
(a) huma falluti jew qiegħed jingħalqilhom in-negozju, qiegħed ikollhom l-affarijiet tagħhom amministrati mill-qrati, daħlu fi ftehim mal-kredituri, waqqfu l-attivitajiet tan-negozju, huma s-suġġett ta' proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' dawk l-affarijiet, jew jinsabu f'qagħda bħal din li ġejja minn proċedura tal-istess tip skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;
(b) huma jew il-persuni li għandhom is-saħħa li jirrappreżentaw, li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jikkontrollawhom kienu nstabu ħatja ta' nuqqas marbut mal-imġiba professjonali tagħhom permezz ta' sentenza ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru li għandha s-saħħa ta' 'res judicata';
(c) huma kienu nstabu ħatja ta' mġiba professjonali ħażina b'mod gravi ppruvata b'kull mezz li l-awtorità li toħroġ il-kuntratt tista' tiġġustifika, inklużi deċiżjonijiet tal-BEI jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d) huma mhumiex jimxu mal-obbligi tagħhom li għandhom x'jaqsmu mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxi skont il-provvedimenti legali tal-pajjiż fejn huma mwaqqfa jew ma' dawk tal-pajjiż tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt jew dawk tal-pajjiż fejn se jitwettaq il-kuntratt;
(e) huma, jew il-persuni li għandhom il-poter li jirrappreżentaw, li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jikkontrollawhom, kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' 'res judicata' minħabba frodi, korruzzjoni, jew għax kienu midħla ta' xi organizzazzjoni kriminali jew kull attività illegali oħra li tmur kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
(f) huma suġġetti għal piena amministrattiva msemmija f'Artiklu 109(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25.10.2012 dwar ir-regoli finanzjarji li jgħoddu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jieħdu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002;
(ġ) huma suġġetti għal konflitt ta' interessi;
(h) huma ħatja li ppruvaw iqarrqu meta taw it-tagħrif meħtieġ mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, jew naqsu milli jagħtu dak it-tagħrif, meta din kienet waħda mill-kundizzjonijiet biex jieħdu sehem fil-proċedura tal-ksib.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarjaInformazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: biex jagħti prova tal-ħila ekonomika u finanzjarja tiegħu biex iwettaq il-qafas ta' kuntratt, min qiegħed jitfa' l-offerta għandu jagħti d-dokumentazzjoni li ġejja:
— prova ta' polza rilevanti tal-assigurazzjoni li tilqa' kontra l-perikli professjonali għal mill-inqas EUR 50 000,
— referenzi bankarji li juru li l-kumpanija għandha biżżejjed flus biex tħallas id-dejn tagħha,
— rendikonti finanzjarji ċċertifikati u rapporti ta' verifika esterna għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji li ngħalqu l-kontijiet tagħhom, jew dokumentazzjoni oħra tal-istess tip (e.g. fejn il-liġi dwar il-kumpaniji fil-pajjiż tar-residenza ta' min qiegħed jitfa' l-offerta ma titlobx li jkunu ppubblikati l-karti bilanċjali),
— rendikont tad-dħul kollu matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji,
— jekk dawk li jitfgħu l-offerti jistrieħu fuq il-ħiliet ta' entitajiet oħra biex iwettqu l-kuntratt, għandu jingħata dokument li jikkonferma l-impenn bil-miktub minn entitajiet bħal dawn, bħala prova li dawk li jitfgħu l-offerti se jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-qafas ta' kuntratt.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: Il-kumpanija jrid ikollha dħul totali ta' mill-inqas EUR 800 000 għat-3 snin finanzjarji li għaddew li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
III.2.3)Kapaċità teknikaInformazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
— preżentazzjoni dwar il-kumpanija (l-istorja, l-attivitajiet, eċċ.),
— il-kwalifiki edukattivi u professjonali tal-persunal maniġerjali tal-kumpanija,
— lista tal-proġetti rilevanti li twettqu fl-aħħar 3 snin, fejn jingħataw dettalji tal-kwantitajiet, id-dati u l-postijiet. Għall-proġetti ewlenin imniżżla fil-lista, għandhom jingħataw ċertifikati li juru li x-xogħol twettaq b'mod sodisfaċenti, u li jiddikjaraw li s-servizzi tlestew minn kollox b'mod professjonali,
— ċertifikazzjoni tal-immaniġġjar tal-kwalità: ċertifikat(i) maħruġ(a) minn aġenziji jew istituzzjonijiet uffiċjali rrikonoxxuti għall-assigurazzjoni tal-kwalità jew il-konformità mal-istandards applikabbli li jiddikjaraw, b'mod partikolari, li dak li jitfa' l-offerta għandu l-akkreditament neċessarju tal-assigurazzjoni tal-kwalità (ISO 9001 jew ekwivalenti) għat-tip ta' servizzi meħtieġa taħt din l-istedina għall-offerti,
— ċertifikat ta' mmaniġġjar ambjentali: xhieda meħtieġa li tinkludi, inter alia, ċertifikati EMAS u ISO 14001 (jew ekwivalenti) maħruġin minn entitajiet li jikkonformaw mal-liġi tal-UE jew Ewropea jew standards internazzjonali rilevanti marbutin ma' ċertifikazzjoni bbażata fuq standards ta' mmaniġġjar ambjentali li juru l-ħila, jew bħala esperjenza mal-kumpanija jew f'kooperazzjoni ma' esperti,
— prova riċenti li huma mniżżla fir-reġistru tal-kummerċ,
— stqarrija li tiċċertifika li, jekk dak li qiegħed jitfa' l-offerta jingħata l-qafas ta' kuntratt, u minħabba li s-servizzi iridu jingħataw fuq territorju Spanjol, hu jintrabat li jimxi mad-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-liġi Spanjola f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
hu meħtieġ dħul totali ta' mhux inqas minn EUR 500 000 għal kuntratti li twettqu fit-3 snin li għaddew li ngħalqu l-kontijiet tagħhom. Trid tingħata prova ddokumentata ta' dan (e.g. kopji ta' fatturi).
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolariL-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari: le
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizzL-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: le
Taqsima IV: Proċedura
IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċeduraMiftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għotiL-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet, fis-sejħa għall-offerti jew għan-negozjar jew fid-dokument deskrittiv
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettronikuSer jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
AO/009/15.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntrattle
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittivDokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni7.12.2015
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoniKwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offertaTul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offertiData: 14.12.2015 - 11:00
Post:
OHIM, Avenida de Europa, 4, 03008 Alicante (Alicante), Spanja.
Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: kull min jitfa' offerta jista' jibgħat mhux iktar minn 2 rappreżentanti. L-ismijiet tal-viżitaturi u n-numri tad-dokumenti tal-identità għandhom jintbagħtu lill-OHIM permezz ta' faks (+34 965138500) jew Email (procurement@oami.europa.eu) qabel l-10.12.2015.
Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari
VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenzaDan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni EwropeaIl-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelliInformazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: fi żmien xahrejn (2) mid-data li fiha ġiet innotifikata l-parti kkonċernata jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha saret taf bl-att in kwistjoni.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:15.10.2015