L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE qiegħed fil-proċess li jaġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Fornituri - 381651-2014

Uri l-lista b'inqas dettalji

08/11/2014    S216    Parlament Ewropew - Fornituri - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Belġju-Brussell: L-istedina għall-offerti Nru 06B30/2014/M061 — Ix-xiri ta' of 50 armarju mobbli tal-aluminju għall-fajls

2014/S 216-381651

Avviż dwar kuntratt

Provvisti

Direttiva 2004/18/KE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntatt

Isem uffiċjali: Il-Parlament Ewropew
Indirizz postali: rue Wiertz 60
Belt: Brussell
Kodiċi postali: 1047
Pajjiż: Il-Belġju
Għall-attenzjoni ta’: It-Taqsima tal-Kuntratti u l-Ksib
Posta elettronika: inlo.ao-bru@ep.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://europarl.europa.eu

Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=661

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq

I.2)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
L-awtorità kontraenti qed tixtri f'isem awtoritajiet kontraenti oħrajn: le

Taqsima II: Għan tal-kuntratt

II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
L-istedina għall-offerti Nru 06B30/2014/M061 — Ix-xiri ta' of 50 armarju mobbli tal-aluminju għall-fajls.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni
Provvisti
Is-sit jew il-post ewlieni tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni: Brussell.
Kodiċi NUTS
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)
L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Il-kuntratt hu maħsub għax-xiri ta' 50 armarju mobbli tal-aluminju għall-fajls.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)

39132100

II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): iva
II.1.8)Lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdid
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
f’jiem: 80 (mill-għoti tal-kuntratt)

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
Il-Parlament Ewropew se jkollu 30 jum kalendarji biex iħallas l-ammonti dovuti. Il-ħlasijiet jitqiesu li jkunu saru fil-jum li fih ikun iddebitat il-kont tal-Parlament Ewropew.
It-talbiet għall-ħlas se jitħejjew mill-kuntrattur kif ġej:
biex tkun tgħodd, flimkien mat-talba għall-ħlas tal-bilanċ li ssir mill-kuntrattur għandhom jintbagħtu:
— kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni aħħarija,
— il-fatturi li jkollhom x'jaqsmu u li fihom jitniżżel in-numru ta' referenza tal-kuntratt.
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Fil-proċedura tal-istedina għall-offerti jistgħu jieħdu sehem indaqs il-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt il-firxa tat-trattati — l-aktar dawk il-partijiet li ġejjin minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea — u l-persuni naturali kollha, l-entitajiet legali u l-entitajiet pubbliċi ta' pajjiżi li m'humiex membri u li daħlu fi ftehim speċjali mal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ksib pubbliku, skont il-kundizzjonijiet imfissra f'dan il-ftehim.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajn
L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: il-kandidati se jitwarrbu minn din il-proċedura jew se jinżammu milli jingħataw il-kuntratt jekk jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla f'Artikli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju.
Nota ta' tfakkir dwar il-kriterji tat-twarrib — Artikli 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju:
* Artiklu 106:
1. il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti se jinżammu milli jieħdu sehem fi proċeduri tal-ksib jekk:
(a) huma falluti jew qiegħed jingħalqilhom in-negozju, qiegħed ikollhom l-affarijiet tagħhom amministrati mill-qrati, daħlu fi ftehim mal-kredituri, waqqfu l-attivitajiet tan-negozju, huma s-suġġett ta' proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' dawk l-affarijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni bħal din li ġejja minn proċedura tal-istess tip skont il-leġislazzjoni jew ir-regolamenti nazzjonali;
(b) huma, jew il-persuni li għandhom il-poter li jirrappreżentaw, li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jikkontrollawhom, kienu nstabu ħatja ta' nuqqas marbut mal-imġiba professjonali tagħhom permezz ta' sentenza minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li għandha s-saħħa ta' 'res judicata';
(ċ) huma kienu nstabu ħatja ta' nuqqas serju fl-imġiba professjonali tagħhom ppruvat b'kull mezz li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tiġġustifika, anki b'deċiżjonijiet tal-BEI (Bank Ewropew tal-Investiment) u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d) huma m'humiex jimxu mal-obbligi tagħhom li għandhom x'jaqsmu mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huma mwaqqfa jew ma' dawk tal-pajjiż tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt jew dawk tal-pajjiż fejn se jitwettaq il-kuntratt;
(e) huma, jew il-persuni li għandhom il-poter li jirrappreżentaw, li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jikkontrollawhom, kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' 'res judicata' minħabba frodi, korruzzjoni, jew għax kienu midħla ta' xi organizzazzjoni kriminali jew kull attività illegali oħra, fejn attività illegali bħal din tmur kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
(f) huma jinsabu taħt piena amministrattiva kif imsemmi f'Artiklu 109(1).
Il-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel sottoparagrafu ma jkunux jgħoddu f'każ li l-provvisti jinxtraw mingħand fornitur li, għalkemm żgur ikun qiegħed ixolji l-attivitajiet tan-negozju tiegħu, joffri l-provvisti b'kundizzjonijiet li jkollhom vantaġġ partikulari, jew jekk jinxtraw mingħand ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta' falliment, permezz ta' ftehim li jsir mal-kredituri, jew permezz ta' proċedura tal-istess tip skont il-liġi nazzjonali.
Il-punti (b) u (e) tal-ewwel sottoparagrafu ma jkunux jgħoddu jekk il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti kapaċi jagħtu prova li ttieħdu miżuri xierqa kontra l-persuni li għandhom il-poter li jirrappreżentaw, li jieħdu d-deċiżjonijiet jew li jikkontrollawhom, li huma suġġetti għal sentenza kif imsemmi fil-punti (b) jew (e) tal-ewwel sottoparagrafu.
(...)
* Artiklu 107:
1. il-kuntratt mhux se jingħata lil dawk il-kandidati jew lil dawk li jitfgħu l-offerti li, waqt il-proċedura tal-ksib għal dak il-kuntratt:
(a) għandhom kunflitt ta' interessi;
(b) huma ħatja li ppruvaw iqarrqu meta taw it-tagħrif meħtieġ mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, jew naqsu milli jagħtu dak it-tagħrif, meta din kienet waħda mill-kundizzjonijiet biex jieħdu sehem fil-proċedura tal-ksib;
(ċ) isibu lilhom infushom f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' twarrib, imsemmija f'Artiklu 106(1), għall-proċedura tal-ksib.
(...)
Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu d-dokumenti meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu d-dokumenti meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa: il-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dawk li jitfgħu l-offerti se tkun ivvalutata skont il-kriterju li ġej:
— dħul fis-sena ta' mill-inqas EUR 300 000 fil-qasam li jaqa' taħt il-kuntratt li se jingħata, matul dawn l-aħħar sentejn (2) finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu.
III.2.3)Kapaċità teknika
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu d-dokumenti meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet.
Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:
il-kandidat irid ikollu ħila teknika u professjonali li tkun biżżejjed biex iwettaq il-kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt filwaqt li jqis il-valur u l-firxa tiegħu.
Il-Parlament Ewropew b'mod partikulari jeħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom il-ħila teknika u professjonali li ġejja:
— dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu prova li, matul is-sena ta' qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż dwar il-kuntratt, huma wettqu/għamlu kunsinni bħala parti minn kuntratt 1 jew iktar jew ordni 1 tax-xiri jew iktar għall-provvista ta' mill-inqas 10 settijiet tal-aluminju li jkunu ssaldjati b'mod mekkaniku, għall-kuntratti kollha jew għall-ordnijiet kollha tax-xiri.
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Miftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għoti
L-aktar prezz baxx
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
Ser jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:

"Appel d'offres no 06B30/2014/M061".

IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntratt
le
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
Limitu ta’ żmien għall-wasla tat-talbiet għad-dokumenti jew għall-aċċess għad-dokumenti: 25.11.2014
Dokumenti pagabbli: le
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
22.12.2014 - 17:00
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
f’jiem: 180 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 6.1.2015 - 09:30

Post:

rue Montoyer 70, Brussels, IL-BELĠJU.

Persuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: iva
Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ: Rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
Il-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali

Id-dokumenti tal-istedina għall-offerti (speċifikazzjonijiet) jistgħu jitniżżlu mis-sit: https://etendering.ted.europa.eu

VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell
VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelli
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
29.10.2014