Il-lingwa tal-proġett hija l-Franċiż.
Ara d-dokumenti li jikkostitwixxu l-istedina għall-offerti.
Punt IV.2.2 ta' dan l-avviż 'Il-limitu taż-żmien għal wasla tal-offerti jew it-talbiet għas-sehem' għandu jinftiehem kif ġej: 'Id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti jew it-talbiet għas-sehem', kif imfisser fir-4 punt tal-istedina għall-offerti.
Id-data tal-għeluq biex jaslu t-talbiet għad-dokumenti jew għall-aċċess tad-dokumenti: 24.11.2016.
Il-ħlas għad-dokumenti: iva.
Il-prezz: EUR 250.
It-termini u l-metodi ta' ħlas: jista' jkollok aċċess għal xi ftit mid-dokumenti fil-pjattaforma tat-tfigħ tal-offerti b'mod elettroniku msemmija f'punt I.3 (wara reġistrazzjoni fuq il-pjattaforma):
A. gwida;
B. stedina għall-offerti;
C. speċifikazzjonijiet (mingħajr annessi);
D. abbozz ta' kuntratt (mingħajr annessi).
Hemm prezz fiss, indiviżibbli ta' EUR 250 għall-ksib tad-dokumentazzjoni sħiħa.
L-operaturi interessati għandhom javżaw b'dan permezz ta' Email (inlo.ao-kad@ep.europa.eu) b'ittra ta' konferma mibgħuta lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt (ara l-punt I.3 ta' dan l-avviż).
F'din il-korrispondenza se jniżżlu d-dettalji preċiżi tal-kuntatt, in-numru tal-VAT u r-referenza għal-lott(ijiet) ikkonċernat(i). Il-korrispondenza għandha wkoll ikun fiha dan li ġej: 'Jien, hawn taħt iffirmat, ..... nirrappreżenta lill-kumpanija ..... qiegħed nitlob id-dokumentazzjoni għall-istedina għall-offerti INLO-D-UPIL-T-16-AO8. Il-kumpanija ..... se tuża l-pjanijiet biss għall-iskop speċifiku li għalih inħarġu mill-Parlament Ewropew, i.e. is-sehem fil-proċedura tal-ksib Nru INLO-D-UPIL-T-16-AO8, mingħajr ebda distribuzzjoni ta' xejn. Fl-aħħar ta' din il-proċedura, il-pjanijiet se jinqerdu mingħajr ma jsiru ebda kopji.'
Fl-istess waqt, huma se jgħaddu l-ammont fil-kont li ġej li nfetaħ f'isem SI KAD PE f'BGL BNP Paribas:
IL-KODIĊI BIC: BGLLLULL
IBAN: LU77 0030 4574 0401 3000
jindika dan li ġej fil-messaġġ: 'AO-T-16-AO8/(l-isem eżatt tal-kumpanija + il-belt)'.
Huma se jirċievu Email bħala konferma li tkun waslet it-talba tagħhom flimkien mal-ammont imsemmi qabel, kif ukoll fattura.
Id-dokumenti tal-istedina għall-offerti jingħataw mill-Parlament Ewropew bil-Franċiż (il-lingwa tal-kuntratt), bi traduzzjoni tad-dokumenti ewlenin bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż, stampati fuq karta (parti minnhom) u f'għamla kkompjuterizzata.