Servizzi - 409973-2019

02/09/2019    S168    Kummissjoni Ewropea - Servizzi - Kuntratt pubbliku - Proċedura miftuħa 

il-Belġju-Brussell: L-Organizzazzjoni ta' Taħriġ għall-SMEs dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur

2019/S 168-409973

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:

Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Justice and Consumers, Unit 04: Programme and financial management
Indirizz postali: Office MO59 04/21
Belt: Brussels
Kodiċi NUTS: BE1
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Posta elettronika: JUST-04-PROCUREMENT@ec.europa.eu

Indirizz(i) tal-Internet:

Indirizz ewlieni: https://ec.europa.eu/newsroom/just/news.cfm

I.2)Tagħrif dwar ksib konġunt
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=5255
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

L-Organizzazzjoni ta' Taħriġ għall-SMEs dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur

Numru ta' referenza: JUST/2019/RCON/PR/CO02/0071
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
80500000
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

L-għan tal-kuntratt huwa li jkompli jsaħħaħ l-iżvilupp u l-organizzazzjoni tat-taħriġ dwar id-drittijiet tal-konsumatur għall-SMEs. L-għan ġenerali tal-proġett, it-taħriġ tal-SMEs, jinkiseb permezz ta' approċċ fuq diversi livelli. "Ħarrieġ ewlieni" wieħed għal kull Stat Membru, magħżul għall-għarfien tiegħu tal-liġi dwar il-konsumaturi u l-esperjenza tiegħu fit-taħriġ tal-adulti, jeduka lil "ħarrieġa lokali" (p.e. rappreżentanti tal-SMEs). Dawn, min-naħa tagħhom, joffru taħriġ lill-SMEs. Il-materjal tat-taħriġ jiġi offrut onlajn fuq is-sit tal-Internet "Consumer Law Ready" (5 moduli dwar l-obbligi ewlenin tal-kummerċjanti li jirriżultaw mil-liġi dwar il-konsumaturi, aġġustati għar-regoli nazzjonali tal-Istati Membri; manwal ta' taħriġ). L-SMEs jistgħu jistaqsu mistoqsijiet u jfittxu fost il-mistoqsijiet li jsiru ta' spiss. Dawk li jieħdu sehem fil-korsijiet ta' taħriġ jistgħu jiksbu ċertifikat ta' parteċipazzjoni billi jlestu b'suċċess test onlajn.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari f'dan il-proġett għal intrapriżi li għadhom jibdew, mikro- u żgħar, kif ukoll is-servizzi ta' appoġġ u l-offerti ta' taħriġ eżistenti tagħhom.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 1 000 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
80511000
80522000
80521000
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Il-kuntrattur għandu jwettaq ix-xogħlijiet deskritti hawn taħt, filwaqt li jibni fuq l-istrutturi eżistenti u materjal għal consumer law ready, bl-erba' għanijiet li ġejjin:

— l-iżvilupp ta' strateġija biex jiġi offrut taħriġ għall-SMEs dwar il-liġi tal-UE dwar il-kuntratti tal-konsumaturi u l-kummerċjalizzazzjoni għall-ambjent onlajn permezz ta' intermedjarji, bħal assoċjazzjonijiet kummerċjali u tal-konsumaturi. L-istrateġija se tinkludi pjan ta' komunikazzjoni (ibbażat fuq analiżi bir-reqqa), li jidentifika u juża l-aħjar mezzi (kemm offlajn kif ukoll onlajn) biex jitwassal dan it-tip ta' informazzjoni lin-negozji fl-UE, u għandha tinkludi faċilitajiet biex jiġu skambjati l-aħjar prattiki bejn l-intermedjarji. Il-pjan ta' komunikazzjoni, u b'mod partikolari l-pjan ta' attivitajiet promozzjonali tiegħu, se jiġu riveduti regolarment maż-żmien biex tiġi żgurata effettività massima,

— iż-żamma tal-materjal disponibbli aġġornat, inklużi l-5 moduli ta' taħriġ attwali għall-SMEs dwar il-liġi tal-UE dwar il-kuntratti tal-konsumaturi u l-kummerċjalizzazzjoni għall-ambjent onlajn. Il-moduli jqassru b'mod konċiż, u b'eżempji għall-Istati Membri kollha fil-lingwi tal-Istati Membri kollha tal-UE, l-informazzjoni ewlenija dwar il-liġi dwar il-konsumaturi rilevanti għall-SMEs. Dawn jintużaw minn kemm ħarrieġa ewlenin kif ukoll ħarrieġa lokali għall-korsijiet tagħhom. Fid-dawl ta' tibdil leġiżlattiv riċenti u li ġej, il-moduli eżistenti jkollhom jiġu adattati,

— id-disponibilità, mingħajr ħlas, tal-moduli tat-taħriġ, materjal u appoġġ relatati għall-organizzazzjoni u l-offerta tat-taħriġ lil assoċjazzjonijiet kummerċjali u tal-konsumaturi u partijiet interessati oħra li jistgħu jipprovdu dan it-taħriġ u jħarrġu lill-ħarrieġa tagħhom. Dawn l-intermedjarji se jkunu mħeġġa jużaw il-moduli biex joffru programmi ta' taħriġ lill-SMEs dwar l-obbligi tagħhom,

— l-organizzazzjoni ta' konferenza lejn tmiem il-kuntratt bil-bażi sħiħa tal-partijiet interessati, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u kummerċjali, gruppi ta' intrapriżi ġodda, professjonisti legali u awtoritajiet nazzjonali, bil-għan li jinġabru opinjonijiet u tingħata viżibilità lix-xogħol.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 1 000 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 18
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: iva
Spjegazzjoni ta' tiġdidiet:

Il-kuntratt jista' jiġġedded darba għal perijodu ta' 18-il xahar, qabel il-ħlas tal-bilanċ biss u bi ftehim espress bil-miktub biss tal-partijiet.

II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.12)Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

Il-Programm tal-Konsumatur

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Ara l-indirizz tal-internet ipprovdut fit-Taqsima I.3).

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.5)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.2.2)Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt:
III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.4)Informazzjoni dwar tnaqqis fl-għadd ta’ soluzzjonijiet jew offerti matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.1.6)Informazzjoni dwar irkant elettroniku
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.1)Pubblikazzjoni preċedenti dwar din il-proċedura
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 30/09/2019
Ħin lokali: 12:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 03/10/2019
Ħin lokali: 11:00
Post:

Commission building MO59, Rue Montoyer 59, 1040 Brussels, IL-BELĠJU.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar flussi ta' xogħol elettroniċi
Se jintużaw pagamenti elettroniċi
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

Għal dawk li jitfgħu l-offerti Brittaniċi:

Jekk jogħġbok kun af li wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE, ir-regoli tal-aċċess għall-proċeduri ta' ksib tal-UE ta' operaturi ekonomiċi mwaqqfa f'pajjiżi terzi se japplikaw għall-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti mir-Renju Unit skont ir-riżultat tan-negozjati. F'każ li tali aċċess mhux ipprovdut minn dispożizzjonijiet legali fis-seħħ il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti mir-Renju Unit jistgħu jiġu mwarrba mill-proċedura tal-ksib.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100

Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/

VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
21/08/2019