Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Servizzi - 435447-2018

06/10/2018    S193

il-Belġju-Brussell: Studji fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin — l-1, it-2 u t-3 Lott

2018/S 193-435447

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate General Migration and Home Affairs/Directorate E: Migration and Security Funds, Financial Resources and Monitoring
Indirizz postali: Office LX46 - 5/115
Belt: Brussels
Kodiċi NUTS: BE BELGIQUE-BELGIË
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Posta elettronika: HOME-TENDERS@ec.europa.eu
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: https://ec.europa.eu/home-affairs/financing/tenders_en
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3932
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu b'mod elettroniku permezz ta': https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3932
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Studji fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin — l-1, it-2 u t-3 Lott

Numru ta' referenza: HOME/2018/ISFP/PR/THB/0000
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
79000000 Servizzi ta' negozju: Liġi, kummerċjalizzazzjoni, konsulenza, reklutaġġ, stampar u sigurtà
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

L-għan tal-istudji huwa li:

— jirrevedu b'mod sistematiku l-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u transnazzjonali fl-Istati Membri kollha tal-UE,

— jikkalkulaw l-ispiża ekonomika, soċjali u umana tat-traffikar tal-bnedmin fl-UE u mhux globalment,

— jeżaminaw l-impatt tal-approċċ tal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar għall-isfruttament sesswali, u jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pajjiżi tal-UE.

Dawn l-istudji ġew identifikati mill-kummissjoni bħala wħud mill-azzjonijiet ewlenin fil-komunikazzjoni tal-2017 sabiex tappoġġja l-ħidma tal-Istati Membri, tal-partijiet interessati u tal-Kummissjoni Ewropea f'dan il-qasam.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 700 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: iva
L-offerti jistgħu jintbagħtu għal l-ogħla għadd ta' lottijiet: 3
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

Studju dwar "Ir-Reviżjoni tal-Funzjonament tal-Mekkaniżmi ta' Riferiment Nazzjonali u Transnazzjonali tal-Istati Membri"

Nru tal-lott: 1
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
85300000 Servizzi ta' xogħol soċjali u dawk relatati
79400000 Servizzi ta' l-amministrazzjoni tan-negozju u dawk relatati magħhom
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE BELGIQUE-BELGIË
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Il-bini tal-kuntrattur.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

L-istudju huwa mistenni:

— jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha tal-UE dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u, fejn rilevanti, transnazzjonali,

— jipprovdi prattiki tajba, mudelli u eżempji tal-funzjonament ta' mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u transnazzjonali,

— jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi fir-rigward tat-titjib tal-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u transnazzjonali għall-interess tal-vittmi, bil-ħsieb li jgħinu lill-Istati Membri meta jimplimentaw id-Direttiva 2011/36/UE u jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 175 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 5
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

Fond għas-Sigurtà Interna - il-Pulizija

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

Studju dwar "L-Ispejjeż Ekonomiċi, Soċjali u Umani tat-Traffikar"

Nru tal-lott: 2
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
85300000 Servizzi ta' xogħol soċjali u dawk relatati
79400000 Servizzi ta' l-amministrazzjoni tan-negozju u dawk relatati magħhom
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE BELGIQUE-BELGIË
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Il-bini tal-kuntrattur.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Dan l-istudju jrid:

— iwettaq analiżi tal-letteratura komprensiva dwar l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u umani tat-traffikar, filwaqt li jqis l-informazzjoni u l-metodoloġiji fejn disponibbli fl-Istati Membri tal-UE. Dan irid jinkludi stimi rilevanti espressi f'Euro,

— jirriżulta f'analiżi kritika tal-mudelli u l-metodoloġiji disponibbli u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar metodi possibbli li għandhom jintużaw fl-UE,

— iqis il-letteratura disponibbli u speċifikament l-istudju kkummissjonat mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi bit-titlu "Studju dwar għażliet ta' metodoloġija u analiżi ekonomika tal-ispejjeż tal-Vjolenza Sessista (GBV) fl-Unjoni Ewropea" u d-dokument ta' sfond tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità, Introduzzjoni għat-Traffikar tal-Bnedmin: vulnerabbiltà, impatt u azzjoni (2008),

— jiffoka fuq it-traffikar tal-bnedmin u mhux fuq il-vjolenza b'mod ġenerali jew fuq il-vjolenza kontra n-nisa biss. Minbarra hekk, l-istudju jrid juri approċċ speċifiku għall-ġeneru u jiżgura li l-ġeneru jiġi integrat matul l-analiżi kollha tiegħu,

— approċċ għat-traffikar tal-bnedmin bħala forma serja ta' kriminalità u ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet. Il-forom kollha ta' sfruttament fil-kuntest tat-traffikar tal-bnedmin għandhom jiġu indirizzati b'mod ugwali.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 350 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 9
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

Fond għas-Sigurtà Interna - il-Pulizija

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

Studju dwar "L-Impatt tal-Approċċ tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Traffikar għall-Isfruttament sesswali"

Nru tal-lott: 3
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
85300000 Servizzi ta' xogħol soċjali u dawk relatati
79400000 Servizzi ta' l-amministrazzjoni tan-negozju u dawk relatati magħhom
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE BELGIQUE-BELGIË
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Il-bini tal-kuntrattur.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

L-istudju jrid:

— jipprovdi analiżi legali kritika fil-fond ta' kif it-traffikar għall-isfruttament sesswali huwa indirizzat fl-istrumenti legali tal-UE,

— iwassal valutazzjoni kritika u bbilanċjata ta' kif qed jiġi indirizzat it-traffikar għall-isfruttament sesswali fil-qafas tal-politika tal-UE billi jiġu eżaminati l-istrumenti adottati minn diversi istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE,

— jipprovdi analiżi kritika u bbilanċjata tal-mod u l-livell sa fejn il-qafas legali u politiku tal-UE affettwa l-politiki u l-prassi nazzjonali,

— iwassal analiżi kritika u bbilanċjata tal-punti tajbin u dgħajfin tal-qafas legali u politiku tal-UE dwar l-indirizzar tal-isfruttament sesswali,

— iqis is-sejbiet tal-istudju dwar id-dimensjonijiet tas-sessi tat-traffikar tal-bnedmin, l-istudju dwar ir-reviżjoni komprensiva tal-politika tal-proġetti kontra t-traffikar iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea u r-rapport tal-utenti.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 175 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 9
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

Fond għas-Sigurtà Interna - il-Pulizija

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 16/11/2018
Ħin lokali: 16:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Ingliż, Bulgaru, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Ċek
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 20/11/2018
Ħin lokali: 15:00
Post:

Il-Kummissjoni Ewropea, DG HOME, rue du Luxembourg 46, 1049 Brussels, IL-BELĠJU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Kull min jitfa' offerta jista' jkun irrappreżentat minn mhux iżjed minn persuna waħda (għandha tintbagħat email lil HOME-TENDERS@ec.europa.eu, mill-inqas jum wieħed tax-xogħol minn qabel)

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:
VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/j_6/
VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Belt: Strasbourg
Pajjiż: Franza
Indirizz tal-Internet: http://www.ombudsman.europa.eu
VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/j_6/
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
24/09/2018