Servizzi - 448162-2020

25/09/2020    S187

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Konklużjoni ta' oqfsa ta' kuntratti għal verifika lingwistika kif ukoll bħala korrezzjoni ta' żbalji fejn jidħol il-mod kif wieħed jispelli u tat-tipografija fil-konklużjonijiet (bil-Franċiż) tal-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/S 187-448162

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: Plateau de Kirchberg
Belt: Luxembourg
Kodiċi NUTS: LU000 Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Persuna ta’ kuntatt: Unité de traduction de langue française, cellule «Freelances»
Posta elettronika: freelancefr@curia.europa.eu
Telefown: +352 43031
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://www.curia.europa.eu
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=7193
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Konklużjoni ta' oqfsa ta' kuntratti għal verifika lingwistika kif ukoll bħala korrezzjoni ta' żbalji fejn jidħol il-mod kif wieħed jispelli u tat-tipografija fil-konklużjonijiet (bil-Franċiż) tal-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
79821100 Servizzi ta' qari tal-provi
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Konklużjoni ta' oqfsa ta' kuntratti għal verifika lingwistika kif ukoll bħala korrezzjoni ta' żbalji fejn jidħol il-mod kif wieħed jispelli u tat-tipografija kif ukoll il-verifika lingwistika fil-konklużjonijiet tradotti fil-Franċiż mill-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-oqfsa ta' kuntratti jkunu għal terminu ta' sena waħda li jistgħu jiġġeddu permezz ta' ftehim taċitu għal tliet perijodi oħra ta' sena l-waħda. Titfassal lista ta' klassifikazzjoni tal-kuntratturi fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti. Din il-lista tiddetermina l-ordni inizjali fejn il-kuntratturi, fuq il-bażi tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom, se jkunu kkuntattjati biex joffrulhom xogħol speċifiku. Il-klassifika se tkun analizzata minn żmien għall-ieħor sabiex tirrifletti l-kwalità attwali tas-servizzi pprovduti. Waqt il-prestazzjoni tal-kuntratt, il-klassifikazzjoni tista' tkun immodifikata wara t-tmiem tal-oqfsa tal-kuntratti eżistenti.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 400 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU000 Luxembourg
II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Il-kuntrattur għandu jwettaq xogħolijiet ta' korrezzjoni ta' żbalji fejn jidħol il-mod kif wieħed jispelli u tipografika kif ukoll tal-verifika lingwistika, bil-Franċiż, sad-dati tal-għeluq mogħtija, inkluż ix-xogħlijiet li ġejjin:

— il-korrezzjoni ta' konklużjonijiet tradotti fil-Franċiż jew miktubin bil-Franċiż mill-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

— l-iċċekkjar tal-konformità mar-regoli u l-konvenzjonijiet tal-istil intern tal-Qorti;

— l-implimentazzjoni tal-vade mecum tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwotazzjoni, it-tipografija u regoli tat-tqassim.

Fit-twettiq ta' dawn ix-xogħlijiet, il-kuntrattur sejjer:

— josserva l-kunfidenzjalità tad-dokumenti (ġudizzjarji) li jintbagħtu mill-Qorti;

— it-twassil sad-data tal-għeluq miftiehma u speċifikata fuq il-formola tal-ordni.

It-testi li se jkunu kkoreġuti jkopru firxa ta' suġġetti legali marbutin mal-każi li jinġiebu quddiem il-Qorti. It-testi jvarjaw skont it-tul tagħhom u l-urġenza li biha jkunu meħtieġa l-korrezzjonijiet. Eżempji tat-tipi ta' testi li jridu jkunu kkoreġuti/vverifikati jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-Qorti fl-indirizz: http://www.curia.europa.eu

Il-kuntratturi se jaħdmu f'ambjent kompjuterizzat. Dawn se jkollhom rwol essenzjali fil-proċess tal-iċċekkjar tal-kwalità tal-konklużjonijiet tradotti fil-Franċiż jew miktubin bil-Franċiż mill-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-kwalità tas-servizzi pprovduti taħt l-oqfsa ta' kuntratti għandhom ikunu tali li t-test jista' jintuża b'mod immedjat, kemm permezz tal-pubblikazzjoni jew b'mod ieħor.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 400 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.9)Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna
L-għadd ta' kandidati mistenni: 10
Kriterji oġġettivi għall-għażla ta’ għadd limitat ta’ kandidati:

Bi qbil mal-Artiklu 164(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tista' tillimita n-numru ta' kandidati li se jkunu mistiedna biex jieħdu sehem fil-proċedura fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi għall-għażla.

Jekk dan ikun il-każ, il-kriterji oġġettivi supplimentari li ġejjin se japplikaw għal dan il-kuntratt pubbliku sabiex ikun limitat in-numru ta' kandidati li se jkunu mistiedna biex jitfgħu l-offerti:

— għarfien ippruvat ta' lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (fil-livell B2 jew ogħla),

— mill-inqas sitt xhur ta' esperjenza professjonali marbuta max-xogħlijiet li jridu jitwettqu fi ħdan jew f'isem organizzazzjoni internazzjonali.

II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Il-kuntratt jista' jingħata lil kwalunkwe persuna naturali jew entità legali. Is-sottokuntrattar barra minn dawn il-proċeduri fl-ispeċifikazzjonijiet mhux permess.

Il-kandidati jridu jiffirmaw id-dikjarazzjoni fuq l-unur (parti mill-formola ta' reġistrazzjoni) fejn jistqarru li ma jinsabux f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet spjegati fl-Artikoli 136 sa 140 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fil-każ ta' kandidati minbarra persuni naturali, il-kriterji ta' twarrib imsemmija se japplikaw għall-kandidat u għal kull fornitur ta' servizz li jikkostitwixxi l-kandidat.

Għandhom ikunu pprovduti d-dokumenti li ġejjin:

— fil-każ ta' kandidati li mhumiex persuni naturali:

—— ħjiel u xhieda tal-post fejn huma stabbiliti,

—— indikazzjoni u prova tal-istat legali, pereżempju, reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ, reġistrazzjoni fir-reġistru tal-VAT, kopji tal-istrumenti ta' inkorporazzjoni jew kostituzzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-lstat fejn huwa mwaqqaf il-kandidat.

—— l-identità ta' persuni li għandhom is-setgħat ta' rappreżentanza, tad-deċiżjonijiet jew kontroll fuqhom.

— f'każ ta' kandidati li huma persuni naturali:

—— dikjarazzjoni li turi li l-kandidat qiegħed jaħdem għal rasu fil-kuntest tal-għoti tas-servizzi li jaqgħu taħt il-kuntratt,

—— dikjarazzjoni dwar ir-responsabbiltà għall-VAT.

Talbiet għas-sehem iridu jkunu abbozzati sabiex l-evalwazzjoni tagħhom tkun kompleta, preċiża u mgħaġġla kemm jista' jkun, u tippermetti l-għażla ta' kandidati li se jkunu mistiedna biex jitfgħu offerti. It-talbiet għas-sehem jistgħu jitwarrbu jekk il-kandidati jonqsu milli jipprovdu biżżejjed informazzjoni meta jikkompletaw il-formola tar-reġistrazzjoni li trid timtela ta' bilfors (disponibbli mis-sit tal-Internet speċifikat fil-punt I.3) u jehmżu d-dokumenti u x-xhieda indikati.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.2)Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt:

Ara l-punt II.2.4).

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura ristretta
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’diversi operaturi
L-għadd massimu mistenni ta' parteċipanti fil-qafas ta' ftehim: 10
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: le
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 09/11/2020
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Franċiż, Ingliż, Bulgaru, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Eston, Finlandiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Ċek
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 12 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar flussi ta' xogħol elettroniċi
Se jkun aċċettat il-ħruġ ta' fatturi elettroniċi
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

It-talbiet għas-sehem (formola ta' reġistrazzjoni ffirmata, skenjata u mehmuża) iridu jintbagħtu esklussivament permezz tal-Email.

Skont l-evalwazzjoni tal-ħiliet tagħhom, il-kandidati li jitqiesu li huma l-aktar kapaċi biex iwettqu l-kuntratt se jkunu mistiedna biex jissottomettu offerta waħda (1) (minimu ta' ħames kandidati, basta li jkun hemm numru suffiċjenti ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji).

M'hemm ebda ħlas biex wieħed jieħu sehem f'din il-proċedura tal-ksib u, minħabba f'hekk, dan ma jfissirx li l-kandidati/dawk li jitfgħu l-offerti għandhom xi dritt li jitolbu xi kumpens finanzjarju għall-ispejjeż li jkunu saru.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Telefown: +352 43031
Faks: +352 43032100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/e-Curia
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Ara l-indirizz tal-Internet speċifikat fit-Taqsima I.3).

VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: freelancefr@curia.europa.eu
Telefown: +352 43031
Faks: +352 43032473
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
15/09/2020