Direttiva 2004/18/KE
Taqsima I: Awtorità kontraenti
I.1)Isem, indirizzi u punt(i) ta' kuntattIsem uffiċjali: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Indirizz postali: 98–100, boulevard Konrad Adenauer
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2950
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Persuna ta’ kuntatt: Marie Hélene Armand
Għall-attenzjoni ta’: MHA-1292
Posta elettronika: cs-procurement@eib.org
Telefown: +352 4379-1
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ġenerali tal-awtorità kontraenti: http://www.bei.org
Indirizz tal-profil tax-xerrej: http://www.eib.org/about/procurement/calls/mha-1292.htm
Aċċess elettroniku għall-informazzjoni: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1211
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq
Speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (inklużi dokumenti għal djalogu kompettitiv u sistema dinamika ta' xiri) jistgħu jinkisbu minn:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu lil:
Il-punt(i) ta’ kuntatt imsemmi(ja) hawn fuq
I.2)Tip ta’ awtorità kontraentiIstituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.3)Attività ewlenija
I.4)Għoti tal-kuntratt f’isem awtoritajiet kontraenti oħrajn
Taqsima II: Għan tal-kuntratt
II.1)Deskrizzjoni
II.1.1)Titlu mogħti lill-kuntratt mill-awtorità kontraenti:
Eżerċizzju ta' awditjar MHA-1292 GEMS.
II.1.2)Tip ta’ kuntratt u l-post tax-xogħlijiet, il-post tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoniServizzi
Kategorija tas-servizz Nru 9: Servizzi ta’ kontabilità, awditjar u żamma ta’ kotba
Kodiċi NUTS LU00 Luxembourg (Grand-Duché)
II.1.3)Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DPS)L-avviż jinvolvi kuntratt pubbliku
II.1.4)Informazzjoni dwar qafas ta' ftehim
II.1.5)Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt jew tax-xiri
Il-konsorzju tal-bażi tad-dejta dwar ir-riskju tal-'Global Emerging Markets' (GEMs), oriġinarjament imwaqqaf bi sforz konġunt mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Korporazzjoni tal-Finanzi Internazzjonali (IFC), hu bażi tad-dejta komprensiva ta' tagħrif dwar ir-riskju tal-kreditu li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' swieq li qegħdin jixirfu ta' 11-il istituzzjoni li bħalissa qegħdin jieħdu sehem. Membri oħrajn tal-konsorzju GEMs huma l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), il-Bank Afrikan għall-Iżvilupp (AfDB), il-Bank tal-Iżvilupp Inter-Amerikan (IADB), il-Bank tal-Asja għall-Iżvilupp (ADB), il-Bank Olandiż għall-iżvilupp (FMO), il-Bank għall-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed (BSTDB), il-Korporazzjoni tal-Investiment Privat Barrani (OPIC), il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp (IsDB), u l-'Agence Française de Développement' (AFD). L-iskop ewlieni tal-bażi tad-dejta hu li tipprovdi dejta miġbura flimkien dwar rati ta' falliment ta' krediti mill-proġetti ffinanzjati mill-organizzazzjonijiet li qegħdin jieħdu dehem u r-rati ta' rkupru minn proġetti falluti. Attwalment il-bażi tad-dejta dwar ir-riskju tal-GEMs għandha 'il fuq minn 7 000 kontroparti, madwar 1 500 avveniment ta' inadempjenza u kważi 1 500 kuntratti solvuti.
Il-membri tal-istituzzjonijiet li qegħdin jieħdu sehem tal-konsorzju GEMs jiltaqgħu darbtejn fis-sena sabiex jiddiskutu t-titjib potenzjali fuq firxa wiesgħa ta' suġġetti.
Il-konsorzju 'Global Emerging Market Credit Data (GEMs) ġie vvalidat fil-metodoloġija tiegħu u l-kwalità tad-dejta fil-bidu tal-2009, meta l-istituzzjonijiet li qegħdin jikkontribwixxu bid-dejta kienu l-BEI u l-IFC biss.
It-tieni validazzjoni indipendenti tal-operazzjonijiet tal-konsorzju saret fl-2013 billi ffokat fuq suġġerimenti, bidliet u l-parir dwar id-definizzjonijiet u l-applikazzjoni tagħhom.
Illum, il-konsorzju Gems ifittex validazzjoni esterna kemm fil-kwalità u l-metodoloġija tad-dejta, kif ukoll rigward l-eżerċizzju ta' kkalibrar.
II.1.6)Vokabularju komuni dwar l-akkwisti (CPV)79212000 Servizzi ta' l-awditjar
II.1.7)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)Il-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA): le
II.1.8)LottijietDan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.1.9)Informazzjoni dwar il-varjantiIl-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2)Kwantità jew ambitu tal-kuntratt
II.2.1)Il-kwantità jew l-ambitu totali:Valur stmat mingħajr VAT:
Medda: bejn 350 000 u 400 000 EUR
II.2.2)Informazzjoni dwar l-għażlietGħażliet: le
II.2.3)Informazzjoni dwar tiġdidDan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.3)Tul ta' żmien tal-kuntratt jew limitu ta’ żmien għat-twettiq
Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika
III.1)Kundizzjonijiet marbuta mal-kuntratt
III.1.1)Depożiti u garanziji meħtieġa:
III.1.2)Kundizzjonijiet ewlenin tal-finanzjament u l-arranġamenti tal-pagament u/jew referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolawhom:
III.1.3)Forma legali li trid tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li lilhom ser jingħata l-kuntratt:
Grupp ta' operaturi ekonomiċi (jew konsorzju) jista' jitfa' offerta konġunta jew jersaq 'il quddiem bħala kandidati. Sabiex tintefa' offerta konġunta jew talba għas-sehem, il-Bank ma jeħtieġx li l-grupp ta' operaturi ekonomiċi (jew konsorzju) jassumi għamla legali speċifika; madankollu, il-grupp magħżul ta' operaturi ekonomiċi (jew konsorzju) jista' jkun meħtieġ jagħmel dan meta jkun ingħata l-kuntratt, sal-punt li din il-bidla tkun neċessarja għat-twettiq sodifaċenti tal-kuntratt.
Il-membri tal-grupp (jew konsorzju) se jaħtru wieħed minnhom li jaġixxi bħala mexxej (il-'Mexxej') bl-awtorità sħiħa biex jorbot il-grupp (jew il-konsorzju) u kull wieħed mill-membri tiegħu. Il-mexxej se jkun responsabbli biex jirċievi u jipproċessa ħlasijiet għall-membri tal-grupp (jew konsorzju), għall-immaniġġjar tal-amministrazzjoni tas-servizz u tal-koordinazzjoni.
Jekk l-offerta tintefa' minn grupp ta' operaturi ekonomiċi (jew konsorzju), l-offerta għandha tinkludi:
(a) il-kompożizzjoni tal-grupp (jew konsorzju);
(b) l-allokazzjoni tal-għan tax-xogħlijiet fost il-membri; u
(ċ) il-prokura ffirmata mill-membri tal-grupp (jew konsorzju) li jaħtru l-mexxej.
Il-kompożizzjoni tal-grupp ta' operaturi ekonomiċi (jew konsorzju) mhix se tinbidel mingħajr kunsens bil-miktub minn qabel tal-Bank.
Fil-każ tal-għoti tal-kuntratt, il-Bank se jiffirma kuntratt mal-mexxej, awtorizzat kif xieraq mill-membri tal-grupp (jew konsorzju). Il-membri kollha tal-grupp (jew konsorzju) se jkunu responsabbli flimkien u b'mod individwali lill-Bank għat-twettiq tal-kuntratt sħiħ.
F'dak li għandu x'jaqsam mal-valutazzjoni tal-offerti mitfugħa minn konsorzju, il-kriterji ta' twarrib se jkunu vvalutati f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull membru tal-konsorzju, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti se jkunu vvalutati f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsorzju sħiħ.
III.1.4)Kundizzjonijiet partikolari oħrajnL-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari: le
III.2)Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.2.1)Sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjaliInformazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati: Dawk li jitfgħu l-offerti jitwarrbu milli jieħdu sehem f'din is-sejħa għall-offerti jekk, skont l-Artiklu 45 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31.3.2004 irrelatata mal-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, il-kuntratti għall-provvista pubblika u kuntratti għas-servizz pubbliku, xi wieħed mill-kriterji ta' twarrib li ġejjin japplikaw għalihom (ara l-formola rigward il-kriterji ta' twarrib).
Id-dokumenti li jridu jkunu pprovduti minn dawk li jitfgħu l-offerti li għandhom x'jaqsmu mal-kriterji ta' twarrib:
Min qiegħed jitfa' l-offerta (min qiegħed jitfa' l-offerta waħdu jew il-kuntrattur ewlieni) u kwalunkwe sottokuntrattur li hu maħsub li s-sehem tiegħu fil-kuntratt se jkun daqs jew iktar minn 20 %, għandu jagħti l-istqarrija f'Anness 1 tal-'Klawsoli ġenerali amministrattivi u tas-sottomissjoni' (stqarrija dwar il-kriterji tat-twarrib u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess).
Dawk kollha li jitfgħu l-offerti għandhom jagħtu l-istqarrija f'Anness 5a tal-'Klawsoli ġenerali amministrattivi u tas-sottomissjoni' (stqarrija dwar il-kriterji tat-twarrib u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess), iffirmata kif xieraq u bid-data minn rappreżentant awtorizzat (min qiegħed jitfa' l-offerta waħdu jew il-kuntrattur ewlieni), li turi li huma ma jinsabux f'waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla f'Anness 5a tal-'Klawsoli ġenerali amministrattivi u tas-sottomissjoni'.
L-istqarrija trid tingħata wkoll mis-sottokuntratturi li hu maħsub li s-sehem tagħhom fil-kuntratt se jkun daqs jew iktar minn 20 %.
Min jirbaħ l-offerta se jagħti d-dokumenti li huma mniżża bħala dokumenti ta' prova f'Anness 5a tal-klawsoli ġenerali amministrattivi u tas-sottomissjoni qabel ikun iffirmat il-kuntratt u sad-data tal-għeluq li tingħata mill-Bank.
Din il-ħtieġa tapplika għall-membri kollha tal-grupp ta' operaturi ekonomiċi (jew konsorzju) u lis-sottokuntratturi li s-sehem maħsub tagħhom fil-kuntratt huwa daqs jew aktar minn 20 %.
III.2.2)Kapaċità ekonomika u finanzjarja
III.2.3)Kapaċità teknikaInformazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:
Biex jintagħżlu għall-fażi tal-għoti, it-teffiegħa kollha għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin u għandu jkollhom il-ħila teknika u professjonali, kif jidhru mill-profili tal-kumpanija u tal-konsulenti kif ukoll id-deskrizzjonijiet ta' proġetti kompluti:
i. mill-inqas 5 snin ta' esperjenza fil-konsorzji tad-dejta dwar ix-xogħol, fl-awditjar tad-dejta ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-bażijiet tad-dejta dwar l-immaniġġjar tar-riskju u l-proċessi dwar l-immaniġġjar tar-riskju (l-evalwazzjoni se tkun ibbażata fuq dokumenti pprovduti minn dak li jitfa' l-offerta skont it-Taqsimiet 7.5.1) u 7.5.2));
ii. mill-inqas 2 proġetti komparabbli jew analogi għal dak li huwa l-oġġett tas-sejħa għall-offerti preżenti (l-evalwazzjoni se tkun ibbażata fuq id-deskrizzjoni pprovduta mit-teffiegħ tal-offerta skont it-Taqsima 7.5.3)).
III.2.4)Informazzjoni dwar kuntratti riżervati
III.3)Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti tas-servizzi
III.3.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
III.3.2)Persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizzL-entitajiet legali għandhom jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli għat-twettiq tas-servizz: iva
Taqsima IV: Proċedura
IV.1)Tip ta’ proċedura
IV.1.1)Tip ta’ proċeduraMiftuħa
IV.1.2)Limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ operaturi li ser jiġu mistiedna biex jitfgħu offerta jew biex jipparteċipaw
IV.1.3)Tnaqqis fl-għadd ta’ operaturi matul in-negozjati jew id-djalogu
IV.2)Kriterji tal-għoti
IV.2.1)Kriterji tal-għotiL-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'termini ta’ il-kriterji msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet, fis-sejħa għall-offerti jew għan-negozjar jew fid-dokument deskrittiv
IV.2.2)Informazzjoni dwar irkant elettronikuSer jintuża rkant elettroniku: le
IV.3)Informazzjoni amministrattiva
IV.3.1)Numru ta' referenza tal-fajl mogħti mill-awtorità kontraenti:
MHA-1292.
IV.3.2)Pubblikazzjoni(jiet) preċedenti dwar l-istess kuntrattle
IV.3.3)Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali jew dokument deskrittiv
IV.3.4)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni22.2.2016 - 23:59
IV.3.5)Data ta’ meta ntbagħtu s-sejħiet għall-offerti jew għall-parteċipazzjoni lill-kandidati magħżula
IV.3.6)Lingwa/i li biha/om jistgħu jitfasslu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoniIngliż.
IV.3.7)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offertaf’jiem: 180 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.3.8)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offertiPersuni awtorizzati li jkunu preżenti waqt il-ftuħ tal-offerti: le
Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari
VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenzaDan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.2)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni EwropeaIl-kuntratt huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali
VI.4)Proċeduri għall-appell
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri tal-appell VI.4.2)Preżentazzjoni tal-appelliInformazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-appelli: Fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mill-jum li fih isir jaf b'dan.
VI.4.3)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-appelli
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:11.12.2015