Servizzi - 465156-2017

22/11/2017    S224

il-Belġju-Brussell: Servizzi għall-ispezzjoni tas-sigurtá, l-iġjene u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol kif ukoll it-twettiq ta' spezzjonijiet tas-saħħa u l-analiżi fuq oġġetti tal-ikel

2017/S 224-465156

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea
Indirizz postali: CSM 1 05/P001
Belt: Brussell
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Persuna ta’ kuntatt: OIB.02.002 Marchés publics
Posta elettronika: oib-marches-publics@ec.europa.eu
Telefown: +32 22986989
Faks: +32 22960570
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://ec.europa.eu
Indirizz tal-profil tax-xerrej: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3063
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu b'mod elettroniku permezz ta': https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3063
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Servizzi għall-ispezzjoni tas-sigurtá, l-iġjene u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol kif ukoll it-twettiq ta' spezzjonijiet tas-saħħa u l-analiżi fuq oġġetti tal-ikel.

Numru ta' referenza: OIB.02/PO/2017/055/782.
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
71600000 Servizzi ta' ttestjar, analiżi u konsulenza teknika
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Taħt dan il-ksib l-għan hu l-konklużjoni ta' 2 oqfsa ta' kuntratti biex jipprovdi l-ispezzjoni u s-servizzi ta' kontroll fl-oqsma li ġejjin: l-aspetti tal-ispezzjoni u l-kontroll tas-sigurtà, l-iġjene u l-benesseri ta' impjegati; l-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u x-xorb imħejjija u/jew imqassma fir-ristoranti, ristoranti fejn il-klijenti jservu lilhom infushom, kafetteriji, crèches, faċiltajiet għall-kura tat-tfal u magni awtomatiċi. Dawn is-servizzi se jkunu pprovduti fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea u fil-binjiet li tal-aħħar jista' jkollha bżonn li tokkupa jew timmaniġġja matul il-perijodu tal-kuntratt, fir-Reġjun ta' Brussell u ż-żona tal-madwar.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 7 200 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: iva
L-offerti jistgħu jintbagħtu għal l-ogħla għadd ta' lottijiet: 2
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

Servizzi għall-ispezzjoni tas-sigurtá, l-iġjene u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea

Nru tal-lott: 1
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
71700000 Servizi ta' monitoraġġ u kontroll
71630000 Servizzi ta' l-ispezzjoni u t-testijiet tekniċi
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Fir-Reġjun ta' Brussell u ż-żona tal-madwar.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-ispezzjonijiet tekniċi regolari, l-ispezzjonijiet tekniċi ta' darba, kif ukoll servizzi speċjali u supplimentari li għandhom x'jaqsmu mal-aspetti tas-sigurtà, l-iġjene u l-benesseri tal-ħaddiema li jkopru l-binjiet kollha okkupati mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell u ż-żona tal-madwar.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 6 500 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett: Il-krediti amministrattivi tal-UE.
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

Servizzi tal-ispezzjoni tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u x-xorb

Nru tal-lott: 2
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
71700000 Servizi ta' monitoraġġ u kontroll
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Fir-Reġjun ta' Brussell u ż-żona tal-madwar.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Servizzi tal-ispezzjoni tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u x-xorb imħejjija u/jew imqassma fir-ristoranti, ristoranti fejn il-klijenti jservu lilhom infushom, kafetteriji, crèches, faċiltajiet għall-kura tat-tfal, is-CIE Overijse u magni awtomatiċi tal-bejgħ fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġati mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell u fiż-żona tal-madwar.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 700 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett: Il-krediti amministrattivi tal-UE.
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

min jitfa' l-offerta għandu jehmeż mal-offerta tiegħu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-punt III.1 'Il-kundizzjonijiet għas-sehem' ta' dan l-avviż u elenkati fl-Annessi 1.1 u 2.1 'Lista ta' kontroll ta' dokumenti li għandhom jiġu kkompletati u pprovduti' lill-ispeċifikazzjonijiet.

Min qiegħed jitfa' l-offerti għandu jehmeż stqarrija solenni ffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' żżommu milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. Id-dikjarazzjoni solenni għandha tieħu l-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, fis-sħuħija tagħha: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm

NB: min jirbaħ il-kuntratt għandu jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex jappoġġja l-istqarrija solenni qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jitwarrab.

NB: jekk ikunu gruppi li jingħataw il-kuntratt, huma jridu jipprovdu dikjarazzjoni solenni flimkien ma' dokumenti u informazzjoni li jsostnu għal kull membru individwali.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi:

— kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf) għat-3 snin finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ fis-sena qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, min qiegħed jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, hu għandu jehmeż rendikont tal-qligħ fis-sena qabel il-ħlas tat-taxxa għal dawn l-aħħar 3 snin. Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew id-dikjarazzjoni juru medja ta' telf matul dawn l-aħħar tliet snin (3), min qiegħed jitfa' l-offerti jrid jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa minn terza entità (e.g. il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand l-awdituri, akkawntants iċċertifikati jew ekwivalenti,

— rendikont tad-dħul fis-sena li hu speċifiku għall-qasam li jaqa' taħt il-lottijiet 1 u 2 f'dan l-avviż tal-kuntratt, li sar matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

biex jintgħażel, dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi prova ta' dħul annwali speċifiku medju għat-3 snin finanzjarji ta' EUR 2 400 000/fis-sena għall-1 lott u EUR 250 000/fis-sena għat-2 lott.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi:

l-1 lott:

— stqarrija dwar in-numru medju tal-persunal matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji, imqassam fil-kategoriji varji tal-pożizzjonijiet tal-persunal,

— lista tal-5 kuntratti ewlenin — fil-qasam kopert minn dan il-lott, u mwettqa matul dawn l-aħħar 3 snin. Din il-lista trid tinkludi l-erja tal-wiċċ tal-binjiet spezzjonati kif ukoll it-tipi ta' spezzjonijiet imwettqa. NB: dawk li jitfgħu l-offerti se jeħtieġ li jipprovdu prova tal-esperjenza f'kull qasam kopert minn dan il-lott,

— prova li ġiet imwaqqfa sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità (ċertifikazzjoni ISO 9001 jew ekwivalenti);

it-2 lott:

— prova li dak li jitfa' l-offerta għandu mill-inqas maniġer/sostitut 1 li se jkun assenjat mal-kuntratt jekk jingħata.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

l-1 lott:

— dak li jitfa' l-offerta se jeħtieġ li juri li l-persunal tekniku tiegħu jinkludi 20 individwu, li 5 minnhom huma inġiniera (livell tal-università jew livell ogħla mhux tal-università),

— l-erja tal-wiċċ totali koperta mill-5 kuntratti ta' referenza matul 3 snin trid tkun ta' mill-inqas 1 000 000 m2 (i.e. 333 000 m2/fis-sena),

— ċertifikat ISO 9001 jew ekwivalenti;

it-2 lott:

maniġer/deputat maniġer 1 (livell tal-università jew livell ogħla mhux tal-università) fil-qasam tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u xarbiet, supplimentat minn mill-inqas 3 snin ta' esperjenza professjonali fil-qasam.

III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.1)Informazzjoni dwar professjoni partikolari
L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari
Referenza għal-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva rilevanti:

għall-1 lott: approvazzjoni taħt il-Kodiċi Belġjan dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol (It-II titlu, it-III kapitlu);

għat-2 lott: akkreditament bi qbil mal-istandards EN ISO/IEC 17020 u EN ISO/IEC 17025.

III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 22/12/2017
Ħin lokali: 15:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 09/01/2018
Ħin lokali: 10:00
Post:

Office pour les infrastructures et la logistique — Bruxelles (OIB), bâtiment CSM1, cours Saint-Michel 23 (entrée côté rue Père de Deken), 1040 Bruxelles, IL-BELĠJU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Għall-ftuħ tal-offerti jista' jattendi rappreżentant 1 awtorizzat b'mod xieraq għal kull min jitfa' offerta (għandu jiġi ppreżentat passaport jew karta tal-identità). Jekk dawk li jitfgħu l-offerti li jixtiequ jattendu għandhom jgħarrfu lit-Taqsima OIB.02.002 Il-Ksib Pubbliku, bil-miktub (ara d-dettalji tal-indirizz imniżżla fil-punt I.1), mhux aktar tard minn jumejn (2) tax-xogħol qabel is-seduta tal-ftuħ.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: iva
Żmien stmat biex jiġu ppubblikati aktar avviżi:

36 xahar wara l-għoti.

VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

1) L-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti addizzjonali (inklużi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet) jistgħu jitniżżlu mill-indirizz tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=3063

Il-partijiet interessati huma mistiedna jirreġistraw permezz tas-sit tal-Internet. Wara dan huma jkunu nnotifikati mis-sistema ta' ksib pubbliku onlajn dwar xi aġġornamenti disponibbli għal din l-istedina għall-offerti. Dawk il-partijiet li ma jkunux irreġistrati fuq is-sit huma mitluba biex jikkonsultawh regolarment. Il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli jekk dawk li jitfgħu l-offerti jonqsu milli jagħtu kas ta' xi tagħrif addizzjonali mogħti dwar din l-istedina għall-offerti fuq dan is-sit tal-Internet.

Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari; dawk li jitfgħu l-offerti huma responsabbli biex jaraw jekk ikunx hemm xi aġġornamenti u modifikazzjonijiet matul il-perijodu tat-tfigħ tal-offerti.

Aktar informazzjoni dwar it-termini tal-kuntratt, it-tiġdid ta' kuntratti, il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, l-inqas l-livelli ta' ħila li huma meħtieġa, l-istima tal-volum sħiħ tal-kuntratt, eċċ. jistgħu jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet disponibbli fis-sit tal-Internet imsemmi qabel. Mhijiex se tinħareġ verżjoni stampata. Wara li kien iċċertifikat skont l-'EMAS' mill-2005 'il quddiem, l-OIB jieħu passi favur l-ambjent. L-EMAS hija l-iskema tat-tmexxija u l-verifika ekoloġika, l-istrument volontarju tal-UE li jintuża minn organizzazzjonijiet biex itejjeb it-twettiq ambjentali tagħhom.

2) Żjara fuq is-sit/laqgħa ta' tagħrif: se ssir żjara fuq is-sit mhux obbligatorja nhar is-6.12.2017 (fid-9:00).

3) Matul it-3 snin wara li jintemm il-kuntratt tal-bidu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tkun tista' tuża l-proċedura nnegozjata, mingħajr ma jkun ippubblikat minn qabel l-avviż dwar il-kuntratt, għal servizzi ġodda li jinkludu r-ripetizzjoni ta' servizzi tal-istess tip li ngħataw lill-entità li tkun ingħatat dan il-kuntratt mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.

4) Għal aktar tagħrif fuq is-sehem fl-istediniet għall-offerti u fuq is-sekwenza tal-proċeduri għall-ksib pubbliku fl-OIB, jekk jogħġbok ikkonsulta l-'Gwida għal dawk li jitfgħu l-offerti' u l-fuljett 'In-negozju mal-Kummissjoni Ewropea', li huwa aċċessibbli permezz tas-sit: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: GeneralCourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 43031
Faks: +352 43032100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew la jissospendi dan il-perijodu, lanqas jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
10/11/2017