Xogħlijiet - 467118-2018

24/10/2018    S205

il-Lussemburgu-Lussemburgu: Il-manutenzjoni tal-installazzjonijiet u x-xogħlijiet elettriċi, tat-TVAK u sanitarji f'binjiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

2018/S 205-467118

Avviż dwar kuntratt

Xogħlijiet

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Luxembourg
Kodiċi NUTS: LU LUXEMBOURG
Kodiċi postali: L-1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Persuna ta’ kuntatt: Service des appels d'offres et contrats
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Telefown: +352 4398-47611
Faks: +352 4398-46667
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://www.eca.europa.eu
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4125
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Persuna ta’ kuntatt: Procurement service
Telefown: +352 43981
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Faks: +352 4398-46946
Kodiċi NUTS: LU LUXEMBOURG
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://www.eca.europa.eu
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Il-manutenzjoni tal-installazzjonijiet u x-xogħlijiet elettriċi, tat-TVAK u sanitarji f'binjiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Numru ta' referenza: AO 675
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
45300000 Xogħol ta’ l-istallazzjoni fil-bini
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Xogħlijiet
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

L-għan ta' din il-proċedura tas-sejħa għall-offerti hu li jintgħażel il-kuntrattur li se jiżgura s-servizzi ta' manutenzjoni tal-installazzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-binjiet tal-Qorti u t-twettiq ta' xogħlijiet elettriċi, tat-TVAK u sanitarji.

Il-kuntratt huwa maqsum f'żewġ lottijiet separati:

— l-1 lott: il-manutenzjoni tal-installazzjonijiet elettriċi u tas-sigurtà u x-xogħlijiet elettriċi fil-binjiet tal-Qorti tal-Awdituri,

— it-2 lott: il-manutenzjoni tal-installazzjonijiet tat-TVAK / sanitarji u xogħlijiet tat-TVAK/sanitarji fil-binjiet tal-Qorti tal-Awdituri.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 10 900 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: iva
L-offerti jistgħu jintbagħtu għal il-lottijiet kollha
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

Il-manutenzjoni tal-installazzjonijiet u x-xogħlijiet elettriċi

Nru tal-lott: 1
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
50711000 Servizzi ta’ tiswija u tal-manutenzjoni ta’ l-istallazzjoni elettriċi tal-bini
45310000 Xogħol ta’ l-istallazzjoni ta’ l-elettriku
31000000 Makkinarju, appart, tagħmir u oġġetti tal-konusm elettriċi. Dawl
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU LUXEMBOURG
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

12, rue Alcide de Gasperi à L-1615 Luxembourg-Kirchberg, IL-LUSSEMBURGU.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Is-servizzi ta' manutenzjoni koperti minn dan il-kuntratt huma dawn li ġejjin:

— l-operazzjonijiet kollha ta' manutenzjoni preventiva,

— l-operazzjonijiet kollha ta' manutenzjoni korrettiva,

— is-servizzi kollha ta' tmexxija,

— is-servizzi kollha ta' għajnuna fl-immaniġġjar ambjentali,

— l-għajnuna waqt verifiki perjodiċi mwettqa mill-korp approvat.

Dawn is-servizzi jridu jsiru tul il-kuntratt kollu skont il-ħtiġijiet tal-Qorti.

Ix-xogħlijiet tal-elettriku, li mhumiex relatati ma' interventi koperti mis-servizzi ta' manutenzjoni, li l-ħtieġa tagħhom se tirriżulta matul il-kuntratt, jikkonċernaw partikolarment il-modifiki żgħar u/jew proġetti ta' organizzazzjoni mill-ġdid jew ta' tiġdid jew is-sorveljanza ta' xogħlijiet imwettqa minn kumpanija terza. Il-modifiki żgħar jistgħu jitwettqu matul il-kuntratt skont il-ħtiġijiet tal-Qorti, filwaqt li l-proġetti ta' organizzazzjoni mill-ġdid jew ta' tiġdid huma operazzjonijiet iktar kumplessi li jeħtieġu l-intervent ta' ħafna intrapriżi. Kull wieħed minn dawn il-proġetti se jitwettaq darba biss matul il-kuntratt.

Il-lista tal-installazzjonijiet prinċipali kkonċernati fil-kuntratt tinsab fl-Anness 2A. Id-deskrizzjoni teknika u kwantitattiva tagħhom tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Din il-lista mhijiex dettaljata u, fejn meħtieġ, għandha tkun kompluta mill-kuntrattur. L-installazzjonijiet kollha huma preżunti li jinsabu fi stat ta' funzjonament tajjeb. It-tagħmir, l-installazzjonijiet u l-aċċessorji kollha mehmuża jitqiesu bħala parti integrali mill-installazzjonijiet.

Il-Qorti waqqfet lista stmata u mhux dettaljata ta' servizzi u provvisti li jistgħu jintalbu mill-Qorti kemm fil-kuntest tal-manutenzjoni korrettiva kif ukoll fil-kuntest tax-xogħlijiet marbuta ma' dan il-kuntratt (l-Anness 2C). Din ma tikkostitwixxix impenn mill-qorti biex taċċetta li tagħmel dawn is-servizzi/ix-xogħlijiet u tista' tinbidel maż-żmien skont il-bżonn.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 5 000 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

Il-baġit tal-Unjoni Ewropea

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali
II.2)Deskrizzjoni
II.2.1)Titlu:

Il-manutenzjoni tal-installazzjonijiet u x-xogħlijiet tat-TVAK u sanitarji

Nru tal-lott: 2
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
50720000 Servizzi ta’ tiswija u tal-manutenzjoni ta’ l-apparat tas-sħana ċentrali
50730000 Servizzi ta’ tiswija u tal-manutenzjoni ta’ gruppi tat-tkessieħ
45330000 Xogħlijiet tal-kanen u katusi sanitarji
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: LU LUXEMBOURG
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

12, rue Alcide de Gasperi à L-1615 Luxembourg — Kirchberg, LUSSEMBURGU

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Is-servizzi ta' manutenzjoni koperti minn dan il-kuntratt huma dawn li ġejjin:

— l-operazzjonijiet kollha ta' manutenzjoni preventiva,

— l-operazzjonijiet kollha ta' manutenzjoni korrettiva,

— is-servizzi kollha ta' tmexxija,

— is-servizzi kollha ta' għajnuna fl-immaniġġjar ambjentali,

— l-għajnuna waqt verifiki perjodiċi mwettqa mill-korp approvat.

Dawn is-servizzi jridu jsiru tul il-kuntratt kollu skont il-ħtiġijiet tal-Qorti.

Ix-xogħlijiet tat-TVAK / sanitarji addizzjonali, li mhumiex relatati ma' interventi koperti mis-servizzi ta' manutenzjoni, li l-ħtieġa tagħhom se tirriżulta matul il-kuntratt, jikkonċernaw partikolarment il-modifiki żgħar u/jew proġetti ta' organizzazzjoni mill-ġdid jew ta' tiġdid jew is-sorveljanza ta' xogħlijiet imwettqa minn kumpanija terza. Il-modifiki żgħar jistgħu jitwettqu matul il-kuntratt skont il-ħtiġijiet tal-Qorti, filwaqt li l-proġetti ta' organizzazzjoni mill-ġdid jew ta' tiġdid huma operazzjonijiet iktar kumplessi li jeħtieġu l-intervent ta' ħafna intrapriżi. Kull wieħed minn dawn il-proġetti se jitwettaq darba biss matul il-kuntratt.

Il-lista tal-installazzjonijiet prinċipali kkonċernati fil-kuntratt tinsab fl-Anness 2A. Id-deskrizzjoni teknika u kwantitattiva tagħhom tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Din il-lista mhijiex dettaljata u, fejn meħtieġ, għandha tkun kompluta mill-kuntrattur. L-installazzjonijiet kollha huma preżunti li jinsabu fi stat ta' funzjonament tajjeb. It-tagħmir, l-installazzjonijiet u l-aċċessorji kollha mehmuża jitqiesu bħala parti integrali mill-installazzjonijiet.

Il-Qorti waqqfet lista stmata u mhux dettaljata ta' servizzi u provvisti li jistgħu jintalbu mill-Qorti kemm fil-kuntest tal-manutenzjoni korrettiva kif ukoll fil-kuntest tax-xogħlijiet marbuta ma' dan il-kuntratt (l-Anness 2C). Din ma tikkostitwixxix impenn mill-qorti biex taċċetta li tagħmel dawn is-servizzi/ix-xogħlijiet u tista' tinbidel maż-żmien skont il-bżonn.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
il-kriterji msemmija hawn taħt
Prezz
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 5 900 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

Il-baġit tal-Unjoni Ewropea

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

Bl-għoti ta' offerta, dawk li jitfgħu offerta jikkonfermaw li għandhom il-kapaċità legali biex iwettqu l-kuntratt (ara l-istqarrija fuq l-unur fl-anness 3). Il-ħtiġijiet f'termini tal-ħila legali huma kif ġejjin:

a) Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru professjonali jew tal-kummerċ taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti permezz tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn joqgħod dak li jitfa' l-offerta;

b) Dawk li jitfgħu l-offerti jridu jkunu awtorizzati biex iwettqu l-attività kummerċjali taħt din is-sejħa għall-offerti.

Il-provi li għandhom jiġu ppreżentati fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet fit-termini tal-ħila legali huma kif ġej:

— prova li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lil dak li jitfa' l-offerti li jwettqu l-kuntratt (reġistrazzjoni fuq reġistru professjonali jew tal-kummerċ, stqarrija taħt ġurament jew dikjarazzjoni, sħubija f'organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni espressa, jew tniżżil fir-reġistru tal-VAT).

Din il-prova se tintalab lil dawk li jitfgħu l-offerti u li lilhom se jingħata l-kuntratt.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

Il-kandidati jrid ikollhom biżżejjed riżorsi u mezzi finanzjarji biex iwettqu l-kuntratt. Il-ħtiġijiet f'termini tal-ħila ekonomika u finanzjarja huma kif ġejjin:

a) Għall-1 lott, il-medja tad-dħul matul l-aħħar tliet snin finanzjarji għas-servizzi u x-xogħlijiet koperti mill-kuntratt trid taqbeż iż-2 500 000 EUR;

b) Għat-2 lott, il-medja tad-dħul matul l-aħħar tliet snin finanzjarji għas-servizzi u x-xogħlijiet koperti mill-kuntratt trid taqbeż iż-2 500 000 EUR.

Il-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dak li jitfa' l-offerta ser tkun evalwata abbażi tad-dħul matul l-aħħar tliet snin finanzjarji (2015-2016-2017).

Il-provi se jintalbu lil dawk li jitfgħu l-offerti u li lilhom se jingħata l-kuntratt. Ara l-ispeċifikazzjonijiet, il-parti A.8.4. għal iktar informazzjoni.

Jekk, għal raġuni eċċezzjonali meqjusa bħala ġġustifikata mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, dak li jitfa' l-offerta ma jistax juri r-referenzi mitluba, huwa awtorizzat li jagħti prova tal-ħila finanzjarja tiegħu b'kull mezz meqjus xieraq mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.

Jekk dak li jitfa' l-offerta biħsiebu jqabbad sottokuntrattur sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji tal-għażla dwar il-ħila teknika u professjonali, u b'mod iktar preċiż dwar it-titli ta' studju u professjonali tal-uffiċċjali u l-ħaddiema tas-servizz, għandu jqis il-limiti li ġejjin imposti għas-sottokuntrattar:

— għall-1 lott: ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni preventiva u korrettiva tas-sistemi għal detezzjoni u protezzjoni min-nar, inklużi programmi assoċjati, għandhom jitwettqu mill-kuntrattur mingħajr xi tip ta' sottokuntratt,

— għat-2 lott: ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni preventiva u korrettiva ta' sistemi ċentralizzati għal immaniġġjar tal-bini (BMS) (kontrollur SAIA) għandhom jitwettqu mill-kuntrattur mingħajr xi tip ta' sottokuntratt.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

Għall-1 lott, il-medja tad-dħul matul l-aħħar 3 snin finanzjarji għas-servizzi u x-xogħlijiet koperti mill-kuntratt trid taqbeż iż-2 500 000 EUR;

Għat-2 lott, il-medja tad-dħul matul l-aħħar 3 snin finanzjarji għas-servizzi u x-xogħlijiet koperti mill-kuntratt trid taqbeż iż-2 500 000 EUR.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 30/11/2018
Ħin lokali: 17:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 5 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 04/12/2018
Ħin lokali: 10:00
Post:

12, rue Alcide de Gasperi à Luxembourg (Kirchberg), IL-LUSSEMBURGU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Dawk li jitfgħu l-offerti jew ir-rappreżentant tagħhom li jixtiequ jattendu l-ftuħ tal-offerti huma mitluba li jikkonfermaw dan bil-miktub (Email: eca-procurement.service@eca.europa.eu, faks +352 439846667) mhux aktar tard mit-3.12.2018, f'12:00).

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

Hemm ippjanata żjara fuq is-sit:

Fis-7.11.2018 fl-10:00 għall-1 lott, u

Fit-8.11.2018 fl-10:00 għat-2 lott.

Il-kumpaniji huma mitluba jżommu ġurnata sħiħa libera għal kull żjara.

Iż-żjara fuq is-sit se ssir fl-indirizz li ġej: 12, rue Alcide de Gasperi, L-1615 Luxembourg — Kirchberg, IL-LUSSEMBURGU (wieħed għandu jippreżenta ruħu fir-reception tal-bini prinċipali tal-Qorti tal-Awdituri,

12 rue Alcide de Gasperi à L-1615 Luxembourg — Kirchberg, IL-LUSSEMBURGU). Iż-żjara fuq is-sit hija rrakkomandata ħafna. Jekk id-data mhix konvenjenti, int mistieden tipproponi data oħra, mingħajr ma jkun hemm bidla fid-data għall-preżentazzjoni tal-offerti. Dawk li jitfgħu l-offerti huma mitluba li jikkonfermaw l-attendenza tagħhom billi jibagħtu email fuq l-indirizz li ġej eca-procurement.service@eca.europa.eu) mhux aktar tard mill-16:00 tal-jum qabel iż-żjara fuq is-sit

Talbiet għal informazzjoni addizzjonali għandhom jintbagħtu permezz tal-ħolqa "Créer une question" fil-"Questions et réponses" tal-paġna korrispondenti tat-TED eTendering (https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4125). Il-Qorti mhix marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jekk dawn jaslu inqas minn 6 ijiem tax-xogħol qabel id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti. Fuq inizjattiva tagħha, il-Qorti tista' tinforma lill-partijiet interessati dwar kull żball, informazzjoni mhux preċiża, ommissjoni jew kull insuffiċjenza materjali fit-tfassil tad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.

Fejn meħtieġ, it-tagħrif supplimentari u l-informazzjoni msemmija qabel se jkunu ppubblikati fuq is-sit "Ted-eTendering" (https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4125). Minħabba li din il-paġna tal-Internet hija aġġornata fuq bażi regolari, dawk li jitfgħu l-offerti huma mistennija li jiċċekkjaw għal aġġornamenti jew modifikazzjonijiet li jsiru matul il-proċedura tal-istedina għall-offerti. Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk li jitfgħu l-offerti għall-fatt li d-dokumenti tal-kuntratt jistgħu jinbidlu, anke fir-rigward tal-formola ta' offerta tal-prezzijiet (l-Anness 3 – il-Formoli 7 u 8) u l-annessi tekniċi. Għal dan l-għan, dawk li jitfgħu l-offerti huma avżati biex jirreġistraw fl-applikazzjoni tal-eTendering sabiex jirċievu notifiki dwar il-kuntratt.

Jekk jogħġbok, l-offerta tiegħek għandha tasal fi tliet kopji (waħda oriġinali, kopja stampata bil-kelma "kopja" kif ukoll kopja elettronika li tippermetti riċerka avvanzata tal-kliem ewlieni fuq USB stick jew CD-rom) u mħejjija fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-data ppjanata għall-bidu tal-kuntratt hija l-1.2.2019, basta li l-kuntratt ikun iffirmat miż-2 partijiet sa din id-data.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/
VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Belt: Strasbourg
Kodiċi postali: 67001
Pajjiż: Franza
Telefown: +33 388172313
Indirizz tal-Internet: http://ombudsman.europa.eu/
VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, service des appels d'offres et contrats
Indirizz postali: 12, rue Alcide de Gasperi
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-1615
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: eca-procurement.service@eca.europa.eu
Telefown: +352 4398-45540
Faks: +352 4398-46955
Indirizz tal-Internet: http://www.eca.europa.eu
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
12/10/2018