Hemm ippjanata żjara fuq is-sit:
Fis-7.11.2018 fl-10:00 għall-1 lott, u
Fit-8.11.2018 fl-10:00 għat-2 lott.
Il-kumpaniji huma mitluba jżommu ġurnata sħiħa libera għal kull żjara.
Iż-żjara fuq is-sit se ssir fl-indirizz li ġej: 12, rue Alcide de Gasperi, L-1615 Luxembourg — Kirchberg, IL-LUSSEMBURGU (wieħed għandu jippreżenta ruħu fir-reception tal-bini prinċipali tal-Qorti tal-Awdituri,
12 rue Alcide de Gasperi à L-1615 Luxembourg — Kirchberg, IL-LUSSEMBURGU). Iż-żjara fuq is-sit hija rrakkomandata ħafna. Jekk id-data mhix konvenjenti, int mistieden tipproponi data oħra, mingħajr ma jkun hemm bidla fid-data għall-preżentazzjoni tal-offerti. Dawk li jitfgħu l-offerti huma mitluba li jikkonfermaw l-attendenza tagħhom billi jibagħtu email fuq l-indirizz li ġej eca-procurement.service@eca.europa.eu) mhux aktar tard mill-16:00 tal-jum qabel iż-żjara fuq is-sit
Talbiet għal informazzjoni addizzjonali għandhom jintbagħtu permezz tal-ħolqa "Créer une question" fil-"Questions et réponses" tal-paġna korrispondenti tat-TED eTendering (https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4125). Il-Qorti mhix marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jekk dawn jaslu inqas minn 6 ijiem tax-xogħol qabel id-data tal-għeluq għat-tfigħ tal-offerti. Fuq inizjattiva tagħha, il-Qorti tista' tinforma lill-partijiet interessati dwar kull żball, informazzjoni mhux preċiża, ommissjoni jew kull insuffiċjenza materjali fit-tfassil tad-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.
Fejn meħtieġ, it-tagħrif supplimentari u l-informazzjoni msemmija qabel se jkunu ppubblikati fuq is-sit "Ted-eTendering" (https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4125). Minħabba li din il-paġna tal-Internet hija aġġornata fuq bażi regolari, dawk li jitfgħu l-offerti huma mistennija li jiċċekkjaw għal aġġornamenti jew modifikazzjonijiet li jsiru matul il-proċedura tal-istedina għall-offerti. Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk li jitfgħu l-offerti għall-fatt li d-dokumenti tal-kuntratt jistgħu jinbidlu, anke fir-rigward tal-formola ta' offerta tal-prezzijiet (l-Anness 3 – il-Formoli 7 u 8) u l-annessi tekniċi. Għal dan l-għan, dawk li jitfgħu l-offerti huma avżati biex jirreġistraw fl-applikazzjoni tal-eTendering sabiex jirċievu notifiki dwar il-kuntratt.
Jekk jogħġbok, l-offerta tiegħek għandha tasal fi tliet kopji (waħda oriġinali, kopja stampata bil-kelma "kopja" kif ukoll kopja elettronika li tippermetti riċerka avvanzata tal-kliem ewlieni fuq USB stick jew CD-rom) u mħejjija fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Id-data ppjanata għall-bidu tal-kuntratt hija l-1.2.2019, basta li l-kuntratt ikun iffirmat miż-2 partijiet sa din id-data.