Dak li jitfa' l-offerta jrid ikollu ħila teknika u professjonali li tkun biżżejjed biex iwettaq il-kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt filwaqt li jqis il-valur u l-firxa tiegħu.
Għall-kuntratt li jissemma f'din is-sejħa għall-offerti, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt teħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom il-ħiliet tekniċi u professjonali minimi li ġejjin:
a) ikun ipprovda, matul l-aħħar 3 snin, servizzi ta' taħriġ simili għal dawk suġġetti għal dan il-kuntratt għal ammont globali ta' iżjed minn 100 000 EUR matul dan il-perijodu;
b) ikollu tim ta' mill-inqas 4 għalliema approvati minn dak li jitfa' l-offerta, kif ukoll uffiċjal amministrattiv, bil-profili li ġejjin:
— profil ta' għalliema:
—— mill-inqas 3 snin ta' esperjenza professjonali bħala għalliem fil-qasam ta' dan il-kuntratt,
—— għarfien tal-lingwa Franċiża u/jew Ingliża [ara l-ispjegazzjonijiet fil-punt 1.5.5) tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (l-Anness 1 ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet)].
— profil ta' uffiċjal amministrattiv:
—— ara l-ispjegazzjonijiet fil-punt 1.7.10) tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (l-Anness 1 ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet);
c) jipprovdi mill-inqas 4 vetturi simili għal dawk li jintużaw bħalissa mill-istituzzjonijiet [ara t-tip ta' karozza fil-punt 1.5.4) tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (ara l-Anness 1 ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet)];
d) ikollu post għat-twettiq tas-servizzi ta' taħriġ (parti teoretika u oħra prattika) inkluż iċ-ċirkwit professjonali, li jikkonforma mal-karatteristiċi deskritti taħt il-punt 1.6) tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (l-Anness 1 ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet).