Iċċekkja l-paġna ddedikata għas-sejħiet għall-offerti tal-COVID-19 tagħna relatati mal-ħtiġijiet ta’ tagħmir mediku.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija ċ-ċans tiegħek biex taqsam l-ideat tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Semma’ leħnek!

Servizzi - 552117-2018

15/12/2018    S242

il-Belġju-Brussell: Tkessiħ Rinnovabbli taħt id-Direttiva Riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli

2018/S 242-552117

Avviż dwar kuntratt

Servizzi

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Energy
Indirizz postali: Rue Demot 24-26 (DM24 4/135)
Belt: Brussels
Kodiċi NUTS: BE10 Région de Bruxelles-Capitale / Brussels Hoofdstedelijk Gewest
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Posta elettronika: ENER-TENDER-2018-493@EC.EUROPA.EU
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: https://ec.europa.eu/energy/en/home
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4201
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu b'mod elettroniku permezz ta': https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=4201
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Attivitajiet oħra: L-enerġija

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Tkessiħ Rinnovabbli taħt id-Direttiva Riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli

Numru ta' referenza: ENER/C1/2018-493
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
73210000 Servizzi ta' konsulenza dwar ir-riċerka
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Servizzi
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Dan l-istudju għandu jivvaluta l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tad-definizzjoni proposta għat-tkessiħ rinnovabbli u l-metodoloġiji għall-kalkolu tal-kwantitajiet u l-ishma ta' enerġija rinnovabbli mit-tkessiħ. F'dan il-kuntest,għandu b'mod speċjali janalizza l-impatt fuq il-linja bażi tal-ishma tal-enerġija rinnovabbli fl-2020; il-kontribuzzjoni mistennija fir-rigward tal-mira tal-UE għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kontribuzzjoni fir-rigward tal-ishma ta' enerġija rinnovabbli nazzjonali taħt ir-Regolament ġdid dwar il-Governanza tal-UE u d-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 400 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE BELGIQUE-BELGIË
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Ix-xogħlijiet se jitwettqu fil-bini tal-kuntrattur. Il-laqgħa bejn il-kuntrattur u l-Kummissjoni se ssir fil-bini tal-Kummissjoni fi Brussell.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

L-għan tal-istudju se jkun li:

— jagħti ħarsa ġenerali lejn it-teknoloġiji tat-tkessiħ u x-xejriet fl-iżvilupp teknoloġiku tagħhom,

— jistabbilixxi t-talba kurrenti għat-tkessiħ u kif dik it-talba se tevolvi sal-2030 u lil hinn sa mill-inqas l-2050,

— jagħti ħarsa ġenerali u jippreżenta teknoloġiji rinnovabbli possibbli tat-tkessiħ u l-iżvilupp teknoloġiku tagħhom,

— jeżamina fid-dettall il-limitu sa fejn jistgħu jipprovdu tkessiħ rinnovabbli l-pompi tas-sħana u t-tkessiħ distrettwali,

— jelabora l-opzjonijiet għal definizzjoni ta' tkessiħ rinnovabbli li hija konsistenti mad-direttiva riveduta dwar l-enerġija rinnovabbli u l-opzjonijiet għall-metodoloġiji possibbli għall-kalkolu tal-ishma ta' enerġija rinnovabbli,

— jivvaluta l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, l-ispejjeż u l-benefiċċji tad-definizzjonijiet possibbli tat-tkessiħ rinnovabbli u l-metodoloġiji relatati mal-kalkolu u r-rappurtaġġ tal-istatistika abbażi ta' analiżi kwantitattiva u kwalitattiva,

— jipprovdi rakkomandazzjonijiet iġġustifikati għall-għażla ta' definizzjoni adattata dwar it-tkessiħ rinnovabbli u metodoloġiji tal-kalkoli abbażi tal-adegwatezza teknika, ir-rekwiżiti tekniċi fid-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli, il-paragun ikkwantifikat u kkwalifikat tal-impatti, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-opzjonijiet,

— jipprovdi l-ekwazzjonijiet tal-kalkolu għall-metodoloġiji rrakkomandati,

— jipprovdi rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' kif ir-rappurtaġġ tal-istatistika jista' jiġi implimentat għat-tkessiħ rinnovabbli billi jitqies il-qafas tal-UE dwar l-istatistika tal-enerġija,

— jiżgura l-konsistenza ma' u jipprovdi għarfien dwar ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, il-qafas tal-UE dwar l-Eko-disinn u r-Regolament dwar il-gassijiet F,

— jgħin fl-implimentazzjoni tad-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli, b'mod partikulari fir-rigward tal-ksib tal-mira tal-UE 2030 (l-Artikolu 3),il-kalkolu tal-ishma tal-enerġija rinnovabbli (l-Artikolu 7), id-dispożizzjonijiet relatati mat-tisħin u t-tkessiħ (l-Artikolu 23) u t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali (l-Artikolu 24).

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 400 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 18
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: iva
Identifikazzjoni tal proġett:

Programm ta' ħidma H2020 għall-2018-2020

II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
III.2)Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt
III.2.3)Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt
Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 01/02/2019
Ħin lokali: 16:00
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Ingliż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 6 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 04/02/2019
Ħin lokali: 10:00
Post:

Directorate-general for Energy, Unit C/1, Rue De Mot 24, 1040 Brussels, IL-BELĠJU

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Dawk li jitfgħu l-offerti jistgħu jattendu għal-laqgħa iżda jistgħu jkunu rrappreżentati minn mhux iktar minn persuna 1. Fi tmiem is-seduta tal-ftuħ, il-President tal-kumitat tal-ftuħ se jindika l-isem ta' dawk li jitfgħu l-offerti u d-deċiżjoni li tikkonċerna l-ammissibbiltà ta' kull offerta li waslet. Il-prezzijiet imsemmija fl-offerti mhux se jiġu kkomunikati.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: le
VI.3)Informazzjoni addizzjonali:
VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu/
VI.4.2)Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni
Isem uffiċjali: L-Ombudsman Ewropew
Indirizz postali: 1 avenue du Président Robert Schuman, P.O. Box 403
Belt: Strasbourg
Kodiċi postali: 67001
Pajjiż: Franza
Posta elettronika: eo@ombudsman.europa.eu
Telefown: +33 3881-72313
Faks: +33 3881-79062
Indirizz tal-Internet: http://www.ombudsman.europa.eu
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

Fi żmien xahrejn (2) mill-ittra tan-notifika li tinforma dwar ir-riżultat tal-offerta jew, fin-nuqqas ta' din, mid-data li fiha dak li qiegħed iressaq l-appell ġie mgħarraf dwarha. It-tressiq ta' appell mal-Ombudsman Ewropew ma jistax iwaqqaf iż-żmien sa meta għandhom jintbagħtu l-appelli jew li joħloq data oħra tal-għeluq.

VI.4.4)Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali
Indirizz postali: Rue du Fort Nidergerünewald
Belt: Luxembourg
Kodiċi postali: L-2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: generalcourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 4303-1
Faks: +352 4303-2100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu
VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
04/12/2018