Dak li jitfa' l-offerta għandu:
— jagħti prova tal-eżistenza ta' organizzazzjoni bbażata fuq sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità li tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti tal-istandard ISO 9001:
—— kemm billi jipprovdi l-kopja konformi taċ-ċertifikat ISO 9001 li tispeċifika l-qasam kopert u l-korp akkreditat li ħareġ iċ-ċertifikat,
—— kemm billi jipprovdi l-kopja konformi ta' kull riferiment ieħor ekwivalenti li l-applikazzjoni tiegħu tista' tkun suġġetta, wara awditu minn parti terza, għal rikonoxximent bħal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni jew approvazzjoni,
—— kif ukoll billi jipprovdi dokumentazzjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tal-kwalità implimentata minn dak li jitfa' l-offerta, b'impenn miktub u ffirmat (qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż dwar kuntratt) tal-persuna awtorizzata li taħtar l-intrapriża; din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi mill-inqas:
——— il-politika tal-kwalità u l-objettivi "kwalità",
——— sistema dokumentarja (il-kontroll tad-dokumenti interni u esterni, il-kontroll tar-reġistrazzjonijiet, il-kontroll tan-nuqqasijiet ta' konformità, azzjonijiet preventivi, azzjonijiet korrettivi u awditi interni),
——— mappa u definizzjoni tal-proċessi li jridu jiġu applikati,
——— sistema ta' verifika (awditu intern,...),
——— sistema ta' analiżi tar-riżultati (reviżjoni tal-maniġment, ilmenti, mistoqsijiet, sodisfazzjon, indikaturi,...),
——— pjan ta' aġġustament u ta' titjib (pjan ta' negozju, pjan ta' azzjonijiet ta' tmexxija u ta' servizzi,...).
— jipprovdi, għal dawn l-aħħar 3 snin, 3 eżempji ta' kunsinna ta' għamara għal żoni ta' interazzjoni soċjali li jistgħu jilqgħu mill-inqas 50 persuna, eżempju ta' kunsinna ta' għamara għal ristorant b'kapaċità ta' mill-inqas 60 post bilqiegħda u żewġ eżempji ta' kunsinna ta' għamara għal ristoranti fejn tinqeda waħdek b'kapaċità ta' mill-inqas 250 post bilqiegħda,
— jipprovdi, għall-aħħar 3 snin, 2 eżempji ta' kunsinna ta' għamara għal żoni ta' forniment tal-ikel u ta' interazzjoni soċjali, kull wieħed f'pajjiż differenti, li ġejja mil-lista tal-pajjiżi li jridu jinqdew fil-qafas ta' dan il-kuntratt, minbarra l-Benelux.