Avviż legali

Ħarsa ġenerali

L-informazzjoni f’dan is-sit web hi soġġetta għal Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta’ responsabbiltà, avviż dwar id-Drittijiet tal-awtur u regoli relatati mal-istqarrija ta’ privatezza dwar il-Protezzjoni tad-data personali.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà

It-TED, it-TED eNotices2, it-TED Developer Docs u s-siti web tal-Portal TED għall-Iżviluppaturi (minn hawn ’il quddiem, is-sistema SIMAP) jeżistu biex jagħtu lill-pubbliku aċċess akbar għall-informazzjoni dwar l-offerti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex itejbu l-ġestjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Aħna nippruvaw inżommu l-informazzjoni kollha aġġornata u preċiża, u kull meta tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom.

Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligu jkun liema jkun fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab fuq dawn is-siti, li tkun:

  • ta’ natura ġenerali biss u mhux intiża biex tindirizza ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikulari
  • mhix neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata
  • xi drabi llinkjata ma’ siti esterni li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet m’għandux kontroll fuqhom u li għalihom ma jassumi ebda responsabbiltà
  • mhix parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

Jekk jogħġbok innota li dokument online mhux neċessarjament riproduzzjoni eżatta ta’ test adottat b’mod uffiċjali. L-avviżi tal-offerti pubbliċi ffirmati elettronikament ippubblikati fis-Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss huma awtentiċi. Sal-31.12.2021 dawn ġew ippubblikati fl-edizzjonijiet DVD-ROM ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-1.1.2022, il-ħruġ ta’ kuljum tas-Suppliment hu inkluż fir-repożitorju ta’ preservazzjoni diġitali fit-tul tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Ma nistgħux niggarantixxu li l-informazzjoni ġeografika li qed tidher fuq it-TED qiegħda tirriproduċi b'mod preċiż il-karatteristiċi ġeografiċi deskritti fit-testi adottati uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-UE ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss titqies bħala awtentika.

Nippruvaw innaqqsu kemm jista' jkun l-interruzzjonijiet minħabba problemi tekniċi. Madanakollu, xi data fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’files jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew b’xi mod effettwat minn problemi bħal dawn. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jerfa' ebda responsabbiltà għall-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe siti esterni relatati.

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta' responsabbiltà mhix maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-kontravenzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex tirrinunzja r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi skont dik il-liġi.

Protezzjoni tad-data personali tiegħek

Protezzjoni tad-data personali tiegħek: Informazzjoni ġenerali

Meta tibgħat messaġġ bl-email lil waħda mill-mailboxes funzjonali konnessi mas-sit permezz tal-funzjoni tal-messaġġ, id-data personali tiegħek tinġabar biss sa fejn ikun meħtieġ biex twieġeb u tintuża biss biex twieġeb il-mistoqsija tiegħek.

Jekk ikollok xi mistoqsija dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-data personali relatata magħha, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.

Aktar informazzjoni dwar dan l-ipproċessar tista’ tinstab fl-istqarrija ta’ privatezza dedikata hawnhekk: op.europa.eu/mt/web/about-us/legal-notices/helpdesk.

Informazzjoni aktar dettaljata dwar il-protezzjoni tad-data personali tiegħek fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar

tista’ tinstab fit-taqsimiet ta’ hawn taħt.


Protezzjoni tad-data personali tiegħek: Reġistrazzjoni tal-utent tas-sit web tat-TED

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija tal-privatezza tispjega għalfejn nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tingħata, u kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l-informazzjoni, u x’inhuma jeddijietek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li tista’ teżerċita jeddijietek miegħu, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ pproċessar “Reġistrazzjoni tal-utent tas-sit web tat-TED” tal-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt.

Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar: L-Unità C.3 "TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek meta tirreġistra fis-sit web tat-Tenders Electronic Daily, ted.europa.eu, biex tkun tista’ tgawdi minn dawn is-servizzi avvanzati:

  • l-aċċess għall-kontenut kollu tat-TED, inkluż l-arkivju,
  • il-ħolqien ta’ profili ta’ tfittxija personalizzati, skont il-ħtiġijiet tiegħek,
  • il-wasla ta’ twissijiet bl-email ibbażati fuq profili ta’ tfittxija ssejvjati,
  • il-personalizzazzjoni tal-RSS feeds għas-siti web u tal-RSS readers tiegħek,
  • l-aċċess għall-għodda tat-traduzzjoni awtomatika għall-avviżi kollha.

Id-data tiġi pproċessata wkoll mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ konkorsi jew kompetizzjonijiet.

Id-data personali tiegħek mhix se tintuża biex jittieħdu deċiżjonijiet b’mod awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili.

Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:

  • l-ipproċessar ikun neċessarju għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih hu soġġett il-kontrollur;
  • u billi tipprovdi d-data tiegħek meta toħloq profil tal-utent jew meta tipparteċipa f’konkors/kompetizzjoni, inti bħala s-suġġett tad-data tkun tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal dawn l-għanijiet.

Bażijiet ġuridiċi addizzjonali għall-ipproċessar:

  • Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku
  • Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
  • Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku
  • Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali
  • Id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Barra minn hekk, il-liġijiet applikabbli għal setturi speċifiċi.

Liema data personali niġbru u nipproċessaw b’mod ulterjuri?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar, l-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

Data obbligatorja:

  • indirizz tal-email
  • pajjiż
  • lingwa preferuta

Data fakultattiva: l-isem u l-kunjom; noti bijografiċi; il-lokalità.

Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

L-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew l-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri sakemm din hi użata b’mod attiv. Jekk ma tużax il-kont tiegħek għal tliet xhur, nibagħtulek messaġġ li jgħid li se nħassru l-kont tiegħek jekk tibqa’ ma tużahx għal 30 jum ieħor. Jekk ma jkunx hemm aktar attività fi żmien 30 jum, il-kont tiegħek jitħassar awtomatikament.

Għall-konkorsi, id-data personali tiegħek titħassar 6 xhur wara t-tmiem tal-konkors, sakemm ma tkunx fost ir-rebbieħa. F’dan il-każ, l-informazzjoni tiegħek tista’ tintwera fuq it-TED jew fuq siti web oħra tal-UE.

Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-kuntrattur(i) tagħha. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbutin bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, kif ukoll bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jitnisslu mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR” ir-Regolament (UE) 2016/679).

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u min-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzazzjonali jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-għanijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta' pproċessar u lill-istaff awtorizzat, inkluż l-istaff ta’ kuntrattur, skont il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta' tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Il-kuntrattur involut fl-ipproċessar: ARHS Spikeseed S.A., 13, Boulevard du Jazz, 4370 Belvaux, Luxembourg, il-kuntratt AO 10818 (sa Marzu 2027).

X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq skont l-Artikolu 5(1)(a).

Inti tajt il-kunsens tiegħek biex tipprovdi d-data personali tiegħek lill-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għall-operazzjoni ta’ pproċessar preżenti. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-kontrollur tad-data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.

Tista’ teżerċita jeddijietek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tikkuntattja wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata fit-taqsima “Protezzjoni tad-data personali tiegħek: Informazzjoni ta’ kuntatt”.

Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura “Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?” hawn taħt) fit-talba tiegħek.

Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha dwar id-data personali mill-Kummissjoni, li ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-00452.


Protezzjoni tad-data personali tiegħek: Avviżi tat-TED

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija tal-privatezza tispjega għalfejn nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tingħata, u kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l-informazzjoni, u x’inhuma jeddijietek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li tista’ teżerċita jeddijietek miegħu, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ pproċessar “Avviżi tat-TED” tal-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt.

Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar: L-unità C.3 "TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tiġbor u tuża l-informazzjoni personali meta tippubblika sejħiet għall-offerti ta’ awtoritajiet kontraenti (istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, korpi u aġenziji, awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri Ewropej jew f’xi każijiet ta’ pajjiżi terzi) bid-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, kif ukoll avviżi ta’ offerti lil offerenti rebbieħa, bid-dettalji ta’ kuntatt tal-offerenti, fis-sit web tat-Tenders Electronic Daily, ted.europa.eu. Dawn id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kontraenti u tal-offerenti rebbieħa huma meħtieġa għal operazzjoni korretta ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku u f’xi każijiet ikun fihom data personali. Id-dettalji ta’ kuntatt jintużaw ukoll mis-servizz tat-TED għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kontraenti meta jkun meħtieġ, u biex jintbagħtilhom il-link għall-avviżi ppubblikati bħala prova tal-pubblikazzjoni.

Id-data personali tiegħek mhix se tintuża biex jittieħdu deċiżjonijiet b’mod awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili.

Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:

  • l-ipproċessar ikun neċessarju għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni; kif ukoll
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih hu soġġett il-kontrollur;

Bażijiet ġuridiċi addizzjonali għall-ipproċessar:

  • Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (“Formoli Elettroniċi”).
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku
  • Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
  • Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku
  • Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali
  • Id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Barra minn hekk, il-liġijiet applikabbli għal setturi speċifiċi.

Liema data personali niġbru u nipproċessaw b’mod ulterjuri?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar, l-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jista’ jiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

Avviżi dwar kuntratti:

  • Persuna ta’ kuntatt (it-titlu tax-xogħol tal-persuna jew l-isem u l-kunjom),
  • indirizz tal-uffiċċju,
  • indirizz professjonali tal-email,
  • sit web professjonali,
  • numru tat-telefown tal-uffiċċju,
  • numru tal-fax tal-uffiċċju,
  • isem il-membru tal-ġurija jew il-parteċipant għal kompetizzjoni tad-disinn.

Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratti:

  • isem l-offerent jew il-kuntrattur (entità jew persuna fiżika f’każijiet speċifiċi),
  • Persuna ta’ kuntatt (it-titlu tax-xogħol tal-persuna jew l-isem u l-kunjom),
  • indirizz tal-uffiċċju,
  • indirizz professjonali tal-email,
  • sit web professjonali,
  • numru tat-telefown tal-uffiċċju,
  • numru tal-faxs tal-uffiċċju.

Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

L-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew l-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri għal għaxar snin fis-sit tat-TED. Wara dan, l-avviżi jiġu arkivjati għal għanijiet storiċi, f’arkivju intern mhux pubbliku.

Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-kuntrattur(i) tagħha. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbutin bi klawsola kuntrattwali speċifika għal kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, kif ukoll bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jitnisslu mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR” ir-Regolament (UE) 2016/679).

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u min-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzazzjonali jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-għanijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta' pproċessar u lill-istaff awtorizzat, inkluż l-istaff ta’ kuntrattur, skont il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta' tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq skont l-Artikolu 5(1)(a).

Tista’ teżerċita jeddijietek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tikkuntattja wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata fit-taqsima “Protezzjoni tad-data personali tiegħek: Informazzjoni ta’ kuntatt”.

Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura “Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?” hawn taħt) fit-talba tiegħek.

Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha dwar id-data personali mill-Kummissjoni, li ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-00453.


Protezzjoni tad-data personali tiegħek: Informazzjoni ta’ Kuntatt

  • Il-Kontrollur tad-Data fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tar-reġistrazzjoni tal-utent tas-sit web tat-TED u l-avviżi tat-TED
    • Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l-unità C.3 “TED u Akkwist Pubbliku tal-UE” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet info@publications.europa.eu.
  • L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DPO) tal-Kummissjoni
    • Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) rigward kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
    • Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.