Formoli standard għall-akkwist pubbliku

Pubblikazzjoni fil-ĠU S

 

Biex tgħinek tippubblika d-data tal-akkwist pubbliku tal-UE f’Il-Ġurnal Uffiċjali, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot formoli standard allineati ma’ kull waħda mill-bażijiet legali tal-UE fis-seħħ għall-pubblikazzjoni ta’ din id-data, jiġifieri l-Formoli elettroniċi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 (ir-Regolament dwar il-Formoli Elettroniċi).

L-użu tal-Formoli elettroniċi sar obbligatorju fil-25 ta’ Ottubru 2023.

Il-portal tat-TED se jkompli juri kemm l-avviżi tal-Formoli elettroniċi kif ukoll l-avviżi bl-użu tal-formoli tal-iskema tat-TED stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/1986.