Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà għas-siti web tal-grupp tat-TED

L-aħħar aġġornament: 14 ta’ Novembru 2023

Introduzzjoni

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet huwa impenjat li jagħmel is-siti web tat-TED aċċessibbli, skont id-Direttiva 2016/2102 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. L-aċċessibbiltà hija fil-qalba tad-disinn tagħna, u aħna nsegwu l-prinċipji ta’ disinn universali. Dan jiżgura li l-utenti kollha tagħna jkunu jistgħu jaraw u jinnavigaw is-siti web tagħna faċilment, irrispettivament mill-apparat li jkunu qed jużaw.
Qed naħdmu biex niżguraw li l-paġni u d-dokumenti tagħna jkunu aċċessibbli għall-utenti kollha. Dan jinkludi utenti b’indebolimenti viżivi, tas-smigħ, konjittivi jew fiżiċi. L-aċċess għas-siti web tagħna hu possibbli minn apparati differenti bħal kompjuters desktop, laptops u apparati mobbli.

L-aċċessibbiltà għall-web hija bbażata fuq l-4 prinċipji elenkati hawn taħt.

  • perċettibbli – l-informazzjoni u l-interface tal-utent jiġu ppreżentati lill-utenti b’modi li jistgħu jipperċepixxu.
  • operabbli – l-iskrins tal-input tas-siti web, il-kontrolli (eż. buttuni, kaxxi tal-immarkar) u n-navigazzjoni huma operabbli.
  • tinftiehem – l-informazzjoni u l-operazzjoni tal-interface tal-utent iridu jkunu jinftiehmu.
  • robusta – il-kontenut tal-web irid jaħdem fuq browsers u tagħmir differenti, inklużi teknoloġiji ta’ assistenza.

Din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà tapplika għas-sit web tal-TED:
ted.europa.eu
u s-sottositi tiegħu elenkati hawn taħt:
enotices2.ted.europa.eu
docs.ted.europa.eu
developer.ted.europa.eu

 

Kif niksbu l-konformità

  • Nissodisfaw tal-anqas il-livell AA tal-istandard WCAG 2.1. Dan jista’ jvarja għal punti speċifiċi jekk ikun hemm raġunijiet tekniċi jew prattiċi ġustifikati.
  • Nippubblikaw din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà online.
  • Ngħinu lill-utenti jikkuntattjawna biex nirrappurtaw xi problema ta’ aċċessibbiltà.
  • Ninkludu klawżoli ta’ konformità tal-aċċessibbiltà fil-kuntratti kollha mal-fornituri tas-servizzi għall-iżvilupp tal-web u l-produzzjoni tal-pubblikazzjonijiet.
  • Inwettqu awditi tal-aċċessibbiltà billi nużaw riżorsi interni u esterni.

Status tal-konformità

Is-siti web tagħna huma parzjalment konformi mal - istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal iktar dettalji.
Is-siti web ġew ittestjati l-aħħar fl-14 ta’ Novembru 2023

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fl-14 ta' Novembru 2023.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq rieżami ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-siti web tat-TED, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.

Limitazzjonijiet magħrufa għas-siti web tat-TED:

  1. Xi elementi ta’ test u elementi interattivi jista’ ma jkollhomx biżżejjed kuntrast tal-kulur, li jista’ jagħmilhom inqas viżibbli.
  2. Xi elementi interattivi bħal buttuni u links m’għandhom l-ebda indikatur ta’ fokus viżibbli, li jfisser li huwa diffiċli li wieħed jara meta dawn l-elementi jistgħu jitħaddmu bil-keyboard.
  3. Xi immaġnijiet mhux dejjem ikollhom attribut alternattiv (test li jiddeskrivi l-immaġni, li huwa viżibbli biss għall-qarrejja tal-iskrin) jew dan jista’ jiġi ppreżentat b’mod mhux xieraq.
  4. Xi elementi jista’ ma jkollhomx test viżibbli għall-qarrejja tal-iskrin jew dan jista’ jitħabbar ħażin minn qarrej tal-iskrin.
  5. Mhux l-elementi kollha fil-paġna jistgħu jiġu aċċessati bl-użu ta’ keyboard biss.

Riżorsi

Feedback u informazzjoni ta’ kuntatt

Ikkuntattjana biex tirrapporta kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà/tagħti suġġerimenti.
Jekk jogħġbok kun kemm jista’ jkun ċar u dettaljat sabiex inkunu nistgħu nifhmu l-problema.
Jekk jogħġbok ipprovdi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tiegħeksabiex inkunu nistgħu nikkuntattjawk malajr.