Are you an ambitious procurement expert with recent publications? Check out the TED Ambassador award, our competition that aims to identify and reward research in the field of public procurement. Apply here by 28 April 2023.

Fornituri - 51093-2016

16/02/2016    S32

il-Belġju-Brussell: Provvista, bl-immuntar jew mingħajru, ta' għamara għall-krexx, skola tat-trabi għal matul il-jum u faċilitajiet tal-kindergardin

2016/S 032-051093

Avviż dwar kuntratt

Provvisti

Il-bażi ġuridika:
Direttiva 2014/24/UE

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1)Isem u indirizzi
Isem uffiċjali: Il-Kummissjoni Ewropea
Indirizz postali: CSM 1 05/43
Belt: Brussell
Kodiċi NUTS: BE1 RÉGION DE BRUXELLES-CAPITALE / BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST
Kodiċi postali: 1049
Pajjiż: Il-Belġju
Persuna ta’ kuntatt: Office pour les infrastructures et la logistique — Brussell
Posta elettronika: oib-marches-publics@ec.europa.eu
Telefown: +32 22986989
Faks: +32 22960570
Indirizz(i) tal-Internet:
Indirizz ewlieni: http://ec.europa.eu
Indirizz tal-profil tax-xerrej: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm
I.3)Komunikazzjoni
Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1300
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn l-indirizz imsemmi hawn fuq
Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu l-indirizz imsemmi hawn fuq
I.4)Tip ta’ awtorità kontraenti
Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali
I.5)Attività ewlenija
Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1)L-għan tal-ksib
II.1.1)Titlu:

Provvista, bl-immuntar jew mingħajru, ta' għamara għall-krexx, skola tat-trabi għal matul il-jum u faċilitajiet tal-kindergardin.

Numru ta' referenza: OIB.DR.2/PO/2015/077/687
II.1.2)Kodiċi ewlieni CPV
39161000 Għamara ta' l-iskola tan-nuna
II.1.3)It-tip ta’ kuntratt
Provvisti
II.1.4)Deskrizzjoni qasira:

Provvista, bl-immuntar jew mingħajru, u ffittjar, fejn xieraq, ta' għamara għall-krexxijiet, skejjel tat-trabi ta' matul il-jum u kindergardins f'binjiet tal-Kummissjoni, il-Kunsill tal-UE u l-European School Brussels III (Ixelles) fir-reġjun tal-Kapitali Brussell u l-madwar tiegħu, kif ukoll fil-krexxijiet tal-Kummissjoni, l-iskejjel tat-trabi ta' matul il-jum u kindergardins f'Lussemburgu (LU) u Ispra (IT).

II.1.5)Stima tal-valur totali
Valur mingħajr VAT: 1 330 000.00 EUR
II.1.6)Informazzjoni dwar il-lottijiet
Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet: le
II.2)Deskrizzjoni
II.2.2)Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK
39160000 Għamara ta' l-iskejjel
II.2.3)Il-post tat-twettiq
Kodiċi NUTS: BE BELGIQUE-BELGIË
Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:

Brussell.

II.2.4)Deskrizzjoni tal-akkwist:

Provvista, bl-immuntar jew mingħajru, u ffittjar, fejn xieraq, ta' għamara għall-krexxijiet, skejjel tat-trabi ta' matul il-jum u kindergardins.

II.2.5)Kriterji tal-għoti
Il-prezz mhuwiex il-kriterju waħdani għall-għoti u l-kriterji kollha huma msemmija biss fid-dokumenti tal-ksib
II.2.6)Stima tal-valur
Valur mingħajr VAT: 1 330 000.00 EUR
II.2.7)Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri
Tul ta' żmien f’xhur: 48
Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid: le
II.2.10)Informazzjoni dwar il-varjanti
Il-varjanti se jiġu aċċettati: le
II.2.11)Informazzjoni dwar l-għażliet
Għażliet: le
II.2.13)Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea
L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea: le
II.2.14)Informazzjoni addizzjonali

Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1)Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
III.1.1)Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kundizzjonijiet:

dak li jitfa' l-offerti għandu jehmeż dettalji tal-identità (ara Anness I.1 tal-ispeċifikazzjonijiet), u d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt punt III.1 'Kondizzjonijiet għas-sehem' ta' dan l-avviż u fil-lista fl-Anness I tal-ispeċifikazzjonijiet.

Dak li jitfa' l-offerti għandu jehmeż prova dokumentarja bl-isem tal-pajjiż fejn għandu l-uffiċċju ewlieni tiegħu jew fejn huwa domiċiljat, kif meħtieġ skont il-liġi fil-pajjiż tar-residenza tiegħu.

Dak li jitfa' offerti għandu jehmeż stqarrija solenni ffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' teskludih milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. L-istqarrija solenni trid issir fl-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, f'kull aspett tiegħu: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

NB: min jirbaħ il-kuntratt għandu jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex iwieżen l-istqarrija solenni qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jkun qiegħed jipperikola li jitwarrab:

— silta reċenti minn dokument ġudizzjarju jew, fin-nuqqas ta' dan, dokument tal-istess tip maħruġ dan l-aħħar minn entità ġudizzjarja jew amministrattiva xierqa fil-pajjiż fejn joqgħod min qiegħed jitfa' l-offerti, li juri li mhux fallut jew qiegħed jingħalaqlu n-negozju, l-affarijiet tiegħu mhumiex qegħdin ikunu amministrati mill-qorti, ma daħalx fi ftehim mal-kredituri, ma waqqafx l-attivitajiet tan-negozju, mhux is-suġġett ta' proċeduri ta' dan it-tip, lanqas ma jinsab f'xi sitwazzjoni bħal din li ġejja minn proċedura tal-istess tip skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali,

— silta reċenti mir-reġistru ġudizzjarju jew, fin-nuqqas ta' din, dokument ekwivalenti maħruġ reċenti minn korp ġudizzjarju jew amministrattiv xieraq fil-pajjiż fejn joqgħod min jitfa' l-offerti, li jistqarr li huwa ma kienx suġġett għal ġudizzju li għandu s-saħħa ta' 'res judicata' għal ksur tal-liġi marbut mal-imġiba professjonali tiegħu jew għal frodi, il-korruzzjoni, minħabba li kien midħla f'organizzazzjoni kriminali jew minħabba xi attività oħra illegali li tkun ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

— ċertifikat maħruġ riċenti minn korp xieraq fil-pajjiż fejn joqgħod dak li jitfa' l-offerta, li juri li wettaq l-obbligi tiegħu fejn għandu x'jaqsam il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali,

— ċertifikat maħruġ dan l-aħħar minn entità xierqa fil-pajjiż fejn joqgħod min qiegħed jitfa' l-offerta, li juri li wettaq l-obbligi tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħlas tat-taxxi (taxxi diretti u VAT) skont id-dispożizzjonijiet legali fil-pajjiż imsemmi.

Jekk ma jinħarġu l-ebda dokumenti jew ċertifikati bħal dawn fil-pajjiż li għandu x'jaqsam, minflok tista' ssir stqarrija taħt ġurament jew, fin-nuqqas ta' din, stqarrija solenni magħmula minn dak li qiegħed jitfa' l-offerta quddiem entità ġudizzjarja jew amministrattiva, nutar jew entità professjonali kkwalifikata fil-pajjiż imsemmi.

NB: f'każ li jingħataw il-kuntratt, il-gruppi jridu jagħtu l-istqarrija solenni flimkien mad-dokumenti u l-informazzjoni li jsostnu, għal kull membru individwali.

III.1.2)Qagħda ekonomika u finanzjarja
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi:

— kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet tal-operat) għas-sentejn (2) finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ fis-sena qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, min qiegħed jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, hu għandu jehmeż rendikont tal-qligħ annwali qabel il-ħlas tat-taxxa għall-aħħar sentejn (2). Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew id-dikjarazzjoni juru medja ta' telf matul dawn l-aħħar sentejn (2), min qiegħed jitfa' l-offerti jrid jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa minn terza entità (e.g. il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand awdituri, akkawntants iċċertifikati jew ekwivalenti.

III.1.3)Abbiltà teknika u professjonali
Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi:

— lista tal-bejgħ ta' għamara matul dawn l-aħħar sentejn (2). Din il-lista se tinkludi, għal kull benefiċjarju: l-isem tal-benefiċjarju, il-lista tal-provvisti li jinvolvu l-kuntratt, il-post jew postijiet tal-kunsinna, il-valur totali tal-ordnijiet u l-perijodu tal-implimentazzjoni,

— prova fuq il-bażi tad-deskrizzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-kumpanija tiegħu, li jista' jikkunsinna u jinstalla għamara fuq is-siti fi Brussell, Lussemburgu u Ispra.

— ċertifikazzjoni fl-immaniġġjar tal-kwalità (e.g. ISO 9001 jew ekwivalenti) jew, jekk dak li jitfa' l-offerta ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ebda possibbiltà li jottenihom fil-limiti taż-żmien stabbilit, provi oħra ta' miżuri ekwivalenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità pprovduti minnu stess.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

għall-offerent li se jintgħażel, il-bejgħ li għalih saret referenza matul is-sentejn (2) imsemmija jrid jirrappreżenta valur ta' mill-inqas EUR 200 000.

Taqsima IV: Proċedura

IV.1)Deskrizzjoni
IV.1.1)Tip ta’ proċedura
Proċedura miftuħa
IV.1.3)Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri
Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim
Ftehim qafas b’operatur wieħed
IV.1.8)Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)
L-akkwist huwa kopert mill-GPA: iva
IV.2)Informazzjoni amministrattiva
IV.2.2)Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni
Data: 04/04/2016
Ħin lokali: 17:30
IV.2.3)Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula
IV.2.4)Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni:
Bulgaru, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Spanjol, Eston, Finlandiż, Franċiż, Irlandiż, Kroat, Ungeriż, Taljan, Litwan, Latvjan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Svediż
IV.2.6)Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta
Tul ta' żmien f’xhur: 9 (mid-data msemmija għall-wasla tal-offerta)
IV.2.7)Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti
Data: 08/04/2016
Ħin lokali: 10:00
Post:

Office pour les infrastructures et la logistique — Bruxelles (OIB), bâtiment «CSM 1», cours Saint-Michel 1 (entrée côté rue Père de Deken 23),1040 Bruxelles, IL-BELĠJU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:

Rappreżentant 1 għal kull min jitfa' offerta, li jkun awtorizzat kif xieraq, jista' jattendi għall-ftuħ tal-offerti (irid ikun ippreżentat il-passaport jew il-karta tal-identità). Għal raġunijiet ta' sigurtà, dawk li jitfgħu l-offerti li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jinfurmaw lit-Taqsima OIB DR.2 'Il-Finanzi u l-Ksib Pubbliku' bil-miktub mill-inqas jumejn (2) tax-xogħol qabel is-sessjoni tal-ftuħ.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1)Informazzjoni dwar rikorrenza
Dan huwa akkwist rikorrenti: iva
Żmien stmat biex jiġu ppubblikati aktar avviżi:

36 xahar wara l-għoti.

VI.3)Informazzjoni addizzjonali:

1) L-ispeċifikazzjonijiet u dokumenti addizzjonali (fosthom il-mistoqsijiet u t-tweġibiet) se jkunu disponibbli fl-indirizz tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=1300 Dawk li huma interessati huma mistiedna jirreġistraw permezz tas-sit tal-Internet. Wara dan huma jkunu nnotifikati mis-sistema ta' ksib pubbliku onlajn dwar xi aġġornamenti disponibbli għal din l-istedina għall-offerti. Il-partijiet li mhumiex irreġistrati fuq is-sit huma mitluba jikkonsultawh b'mod regolari. Il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli jekk dawk li jitfgħu l-offerti jonqsu milli jagħtu kas ta' xi tagħrif addizzjonali mogħti dwar din l-istedina għall-offerti fuq is-sit tal-Internet.

Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari; hija r-responsabbiltà ta' dawk li jitfgħu l-offerti li jiċċekkjaw għal xi aġġornamenti u tibdiliet matul il-perijodu għat-tfigħ tal-offerti.

Informazzjoni addizzjonali dwar it-termini tal-kuntratt, it-tiġdid tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni, l-inqas livelli ta' ħila li huma meħtieġa, l-istima tal-volum sħiħ tal-kuntratt, eċċ. jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet li jistgħu jinkisbu mis-sit tal-Internet imsemmi qabel. Mhix se tinħareġ verżjoni stampata. Iċċertifikat mill-EMAS (Skema tal-Immaniġġjar u l-Verifika tal-Ekoloġija) sa mill-2005, l-OIB jadotta attitudni favur l-ambjent. L-EMAS hija l-iskema tal-immaniġġjar u l-verifika tal-ekoloġija, l-istrument volontarju tal-UE li jintuża minn organizzazzjonijiet biex itejbu t-twettiq ambjentali tagħhom.

2) L-aġenziji eżekuttivi jistgħu jiddaħħlu fil-kuntratt bħala awtoritajiet li joħorġu l-kuntratt (fil-limitu ta' 10 % tal-valur sħiħ tal-kuntratt u għall-aġenziji eżekuttivi kollha meqjusa flimkien) jekk fil-ħin li fih tkun ippubblikata din l-istedina għall-offerti, huma kienu għadhom ma nħolqux b'mod uffiċjali jew ma kinux qegħdin jinħolqu u, b'hekk, ma seta' jitniżżel l-ebda titlu formali fid-dokumenti tal-istedina għall-offerti.

3) Għal aktar tagħrif dwar il-parteċipazzjoni fl-istediniet għall-offerti u dwar is-sekwenza tal-proċeduri għall-ksib pubbliku fl-OIB, jekk jogħġbok ikkonsulta l-'Gwida għal dawk li jitfgħu l-offerti' u l-fuljett 'In-negozju mal-Kummissjoni Ewropea', aċċessibbli permezz tal-link: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

L-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt qiegħda tixtri f'isem awtoritajiet oħrajn li qegħdin joħorġu l-kuntratti: Il-Kunsill tal-UE, European School Brussels III.

VI.4)Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
VI.4.1)Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid
Isem uffiċjali: Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali: rue du Fort Niedergrünewald
Belt: Lussemburgu
Kodiċi postali: 2925
Pajjiż: Il-Lussemburgu
Posta elettronika: GeneralCourt.registry@curia.europa.eu
Telefown: +352 43031
Faks: +352 43032100
Indirizz tal-Internet: http://curia.europa.eu
VI.4.3)Proċedura ta' analiżi mill-ġdid
Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:

fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew la jissospendi dan il-perijodu, lanqas jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.

VI.5)Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż:
04/02/2016